7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

207


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2059/2004

ta' l-4 ta' Ottubru 2004

li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/KEFA dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Kazakastan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Kazakastan (1) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.

(2)

L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni jipprovdi sabiex il-kummerċ fi prodotti tal-Komunità Ekonomika tal-Faħam u l-Azzar (minn hawn iżjed 'il quddiem imsejħa ’KEFA’) jiġi regolat mit-Titolu III ta' dak il-Ftehim, ħlief għall-Artikolu 11 tiegħu, u mid-dispozizzjonijiet ta' ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi li jikkonċernaw l-iskambju ta' prodotti ta' l-azzar tal-KEFA.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2002 il-KEFA u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakastan ikkonkludew tali Ftehim dwar il-kummerċ f'ċertu prodotti ta' l-azzar (2) (minn hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), approvat f'isem il-KEFA bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/654/KEFA (3).

(4)

It-Trattat tal-KEFA skada fit-23 ta' Lulju 2002 u l-Komunità Ewropea assumiet id-drittijiet u l-obbligi kollha kkuntrattati mill-KEFA.

(5)

Il-Partijiet qablu skond l-Artikolu 11(2) tal-Ftehim li dan ta' l-aħħar kellu jkompli u li d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Partijiet taħtu kellhom jinżammu fis-seħħ wara tali skadenza.

(6)

Il-Partijiet daħlu f'konsultazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 2(6) tal-Ftehim u qablu li jżidu l-limiti kwantitattivi stabbiliti fih sabiex jieħdu in konsiderazzjoni t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. Iż-żidiet kienu s-suġġett ta' ftehim ġdid li daħal fis-seħħ fil-jum ta' l-iffirmar tieghu (4).

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1469/2002/KEFA tat-8 ta' Lulju 2002 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Kazakastan (1) għandha tiġi emendata għaldaqstant,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IV tad-Deċiżjoni Nru 1469/2002/KEFA, il-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena 2004 huma sostitwiti mil-limiti kwantitattivi li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

A. J. DE GEUS


(1)   ĠU L 196, 28.7.1999, p. 3.

(2)   ĠU L 222, 19.8.2002, p. 20.

(3)   ĠU L 222, 19.8.2002, p. 19.

(4)  Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(1)   ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 1


ANNESS

LIMITI KWANTITATTIVI

Kejl: tunnellati

Prodotti

2004

SA. Prodotti ċatti

 

SA1. Kojls

55 228

SA1a. Kojls għal re-rolling

5 500

SA2. Pjanċa tqila

852

SA3. Prodotti ċatti oħra

80 082