Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0077 - 0078
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 914/2004 tad-29 ta'April 2004 li jiffissa l-għajnuna ta' kumpens għal banana prodotta u mibjugħa fil-Komunità fl-2003 u l-valur ta'l-unità ta' l-avvanzi għall-2004 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-banana [1], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(6) u l-Artikolu 14 tiegħu, Billi: (1) Taħt l-Artikolu 12(3) tar-regolament (KEE) Nru 404/93, l-għajnuna ta' kumpens lill-produtturi tal-Komunità għal xi telf ta' dħul hija kalkolata fuq il-bażi tad-differenza bejn id-dħul ta' referenza b'rata fissa u d-dħul medju ta' produzzjoni mill-banana prodotta u mibjugħa fil-Komunità matul is-sena in kwistjoni. (2) L-Artikolu 2(2) tar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1858/93 tad-9 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 fir-rigward ta' l-iskema ta' għajnuna biex jiġi kompensat telf fid-dħul mill-marketing fis-settur tal-banana [2] jiffissa d-dħul ta' referenza b'rata fissa ta' Ewro 64,03 kull 100 kilogramm piż nett ta' banana ħadra fil-maħżen qabel l-ippakkjar. (3) Fl-2003, id-dħul medju ta' produzzjoni, kalkolat fuq il-bażi tal-medja tal-prezzijiet għall-banana marketed barra r-reġjuni tal-produttur fl-istadju tat-twassil fl-ewwel port ta' ħatt (oġġetti mhux maħtuta), mill-parti 'l waħda, u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-swieq lokali għall-banana marketed fir-reġjun tal-produttur tagħha, mill-parti 'l oħra, imnaqqas bl-ammonti tar-rata fissa preskritti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93, kien anqas mid-dħul ta' referenza tar-rata fissa ffissat għall-2003. L-għajnuna ta' kumpens li għandha tingħata fir-rigward ta' l-2003 għandha għalhekk tiġi ffissata. (4) Taħt it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, tingħata għajnuna supplementari f'reġjun wieħed jew aktar ta' produtturi fejn id-dħul medju mill-produzzjoni jkun b'mod sinifikattiv aktar baxx mill-medja għall-Komunità. (5) Id-dħul medju annwali mill-produzzjoni għall-marketing ta' banana prodotta fil-Martinique u fi Guadeloupe ġie pprovat li kien b'mod sinifikattiv aktar baxx mill-medja tal-Komunitômatul l-2003. Bħala riżultat, għandha tingħata għajnuna supplementari fir-reġjuni produtturi ta' Martinique u Guadeloupe, skond il-prattika segwita fis-snin reċenti. Għajnuna supplementari li tkopri perċentwal tad-differenza bejn id-dħul medju fil-Komunità u d-dħul medju rekordjat fuq il-bejgħ ta' prodotti f'dawk ir-reġjuna għandha tiġi ffissata, bl-użu ta' metodu ta' kalkolazzjoni digressiva li fih l-ewwel 10 % ta' din id-differenza ma jiġix kompensat. (6) L-ammont ta' unità tal-avvanzi u l-ammont tal-garanzija relevanti jiġu stabbiliti, skond l-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93, fuq il-bażi ta' l-għajnuna ffissata għas-sena li tiġi qabel. (7) Minħabba li mhux it-tagħrif kollu meħtieġ kien disponibbli, s'issa għadu ma kienx possibbli li tiġi stabbilita l-għajnuna ta' kumpens għall-2003. Għadha ssir dispożizzjoni biex il-bilanċ ta' għajnuna għall-2003 u l-avvanzi għall-banana marketed matul Jannar u Frar 2004 jitħallsu fi żmien xahrejn mill-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. (8) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Banana, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-għajnuna ta'kumpens li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għal banana friska li taqa' taħt il-Kodiċi NM ex0803, eskluża banana tal-pjantaġġini, prodotta u marketed fil-Komunità fl-2003 għandha tkun ta' Ewro 29,46 kull 100 kilogramms. 2. L-Għajnuna ffissata fil-paragrafu 1 għandha tiġi miżjuda għal Ewro 5.19 kull 100 kilogramm għall-banana prodotta fil-Martinique u b'Ewro 5,15 kull 100 kilogramm għall-banana prodotta fi Guadeloupe. Artikolu 2 L-avvanzi għall-banana marketed minn Jannar sa Diċembru 2004 għandhom jammontaw għal Ewro 20,62 kull 100 kilogramms. Il-garanzija relevanti għandha tkun Ewro 10,31 kull 100 kilogramm. Artikolu 3 Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-għajnuna ta' kumpens li għandha tingħata fir-rigward ta' l-2003, u l-avvanz għall-banana marketed matul Jannar u Frar 2004 fi żmien xahrejn mill-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2587/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 13). [2] ĠU L 170, tat-13.7.1993, p. 5. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 471/2001 (ĠU L 67, tad-9.3.2001, p. 52). --------------------------------------------------