Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0068 - 0069
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 tad-29 ta' April 2004 li jawtorizza mingħajr limitu ta' żmien l-użu ta' beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f'materjali ta' għalf li jappartjenu lill-grupp ta' materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbillixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 dwar addittivi f'materjali ta' għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1756/2002 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 9d il-paragrafu 1 tiegħu, Billi: (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-użu ta' addittiv għandu jkun awtorizzat f'livell Komunitarju. (2) L-addittivi li jirreferi għalihom l-Anness ma' dan ir-Regolament, beta-karoten, użat għal kanarini, u kantaksantin, użat għal għasafar domestiċi u ornamentali, kienu awtorizzati b'mod provviżorju għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 tas-26 ta' Ottubru 1998 [3]. L-awtorizzazzjoni provviżorja ta' dawn l-addittivi kienet estiża sa' l-14 ta' Diċembru 2003 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2200/2001 tas-17 ta' Ottubru 2001 [4]. (3) Data ġdida, dwar l-effikaċja, kienet issottomessa mill-kumpanija li tipproduċi ż-żewġ addittivi b'appoġġ għall-applikazzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta' żmien. (4) L-istima ta' l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal perjodu mingħajr limitu ta' żmien issottomessa rigward il-"Karotenojdi u ksantofilli" tal-grupp "Materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti" turi li l-kondizzjonijiet relevanti preskritti fid-Direttiva 70/524/KEE huma ssodisfatti. (5) L-istima ta' l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri huwa rekwiżiti biex il-ħaddiema jkunu protetti minn esposizzjoni għall-addittivi beta-karoten u kantaksantin. Madankollu, protezzjoni tali tkun żgurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 [5] dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurezza u saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. (6) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali taqsima Nutrizzjoni ta' l-Annimali. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-addittivi li jappartienu lill-Part 1 "Karotenojdi u ksantofilli" tal-grupp "Materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti", li jirreferi għalihom l-Anness huma awtorizzati għall-użu bħala addittivi f'materjali ta' għalf taħt il-kondizzjonijiet presritti fl-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta' l- 14.12.70, pġ. 1. [2] ĠU L 265, tat-03.10.02, pġ. 1. [3] ĠU L 289, tat-28.10.1998, pġ. 4. [4] ĠU L 299, tal-15.11.01, pġ. 1. [5] ĠU L 183, ta' l- 29.06.89, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Nru tal-KE. | Addittiv | Formola kimika, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' annimali | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Tmiem tal-perjodu ta' l-awtorizzazzjoni | mg/kg t'affarijiet ta'l-ikel kompleti | mg/kg t'affarijiet ta'l-ikel | Kuluranti, inklużi pigmenti 1.Karotenojdi u ksantofilli E 160a | Beta-karoten | C40H56 | Kanarini | — | — | — | — | Mingħajr limitu ta' ħin | E 161g | Kantaksantin | C40H52O2 | Għasafar domestiċi u ornamentali | — | — | — | — | Mingħajr limitu ta' ħin | --------------------------------------------------