32004R0297



Official Journal L 050 , 20/02/2004 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2004

tad-19 ta’ Frar 2004

li jissuplimenta l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ensaimada de Mallorca jew Ensaimada mallorquina)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u deniminazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, Spanja bagħtet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-isem "Ensaimada de Mallorca" jew "Ensaimada mallorquina" bħala indikazzjoni ġeografika.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, instab li l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fih u li b’mod partikolari li fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) L-ebda prospett ta’ oġġezzjoni, fis-sens ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 [2], ma ntbagħat lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-isem li jinsab elenkat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(4) Konsegwentement l-isem jikkwalifika għall-inklużjoni fir-"Reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u protezzjoni fuq livell Komunitarju bħala indikazzjoni ġeografika protetta.

(5) L-Anness għal dan ir-Regolament jissuplimenta l-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [3],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem elenkat fl-Anness għal dan ir-Regolament qiegħed hawnhekk jiżdied ma’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mniżżel bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-"Reġistru tad-deniminazzjonijiet ta’ l-oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" imsemmi fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU C 131, tal-5.6.2003, p. 14 (Ensaimada de Mallorca jew Ensaimada mallorquina).

[3] ĠU L 327, 18.12.96, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 135/2004 (ĠU L 21, 28.01.04, p. 9).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Ħobż, prodotti ta’ l-għaġina, ħelu, biskotti/bikuttelli u xogħolijiet oħra tal-furnara

Spanja

Ensaimada de Mallorca jew Ensaimada mallorquina.

--------------------------------------------------