32004R0277



Official Journal L 047 , 18/02/2004 P. 0020 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 277/2004

tas-17 ta’ Frar 2004

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ addittiv fl-għalf ta’ l-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-addittivi fl-għalf ta’ l-annimali [1], kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9d(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-ebda addittiv ma jista’ jkun imqassam mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Komunità.

(2) L-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-Komunità għal addittiv fl-għalf ta’ l-annimali.

(3) Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 [3], l-użu ta’ l-enzima 3-phutase, prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94), hu diġà awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għall-kategoriji ta’ l-annimali ta’ qżieqeż, ħnieżer tas-simna, ħnieżer nisa, tiġieġ tas-simna u tiġieġ li huma mrobbijin biex ibidu.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/98 [4] awtrorizza proviżorjament dan l-addittiv għal dundjani tas-simna.

(5) F’Ġunju 2003 informazzjoni ġdida ġiet ippreżentata mill-produtturi biex issostni applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dan l-addittiv għal dundjani tas-simna.

(6) Il-valutazzjoni ta’ din l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dan l-addittiv għad-dundjani tas-simna turi li l-kondizzjonijiet previsti fid-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ġew sodisfatti.

(7) Għalhekk l-użu ta’ dan l-addittiv għad-dundjani għandu jkun awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(8) Il-valutazzjoni ta’ l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu rekwiżiti biex jipproteġu lill-ħaddiema mill-esposizzjoni għall-addittivi imniżżla fl-Anness. Din il-protezzjoni għandha tkun assigurata mill-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 fuq l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [5], kif emendata mir-Regolament(KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6].

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Food Chain u s-saħħa ta’ l-annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tappartjeni għall-grupp "Enzimi" kif imniżżla fl-Anness hija awtorizzata biex tintuża bħala addittiv għall-għalf ta’ l-annimali, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, 14.12.70, p. 1.

[2] ĠU L 265, 03.10.02, p. 1.

[3] ĠU L 155, 28.06.00, p. 15.

[4] ĠU L 289, 28.10.98, p. 4.

[5] ĠU L 183, 29.06.89, p. 1.

[6] ĠU L 284, 31.10.03, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Nru (jew Nru tal-KE) | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategoriji ta' annimali | Età massima | Minimu Kontenut | Massimu Kontenut | Dispożizzjonijiet oħrajn | Tmiem tal-perjodu ta' l-awtorizazzjoni |

Għalf komplet ta' l-annimali | Għalf komplet ta' l-annimali |

Enzimi

E 1600 | 3-phytase KE 3.1.3.8 (Natuphos FTU-8) | Preparazzjoni ta' 3-phytase prodott mill-Aspergillus niger (CBS 114.94) li għandhom attività minima ta': Forma solida: 5000 FTU/gForma ta' likwidu: 5000 FTU/ml | Dundjani tas-simna | — | 250 FTU | — | 1.Fl-istruzzjonijiet dwar l-użu ta' l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħażna, it-tul taż-żmien tal-ħażna,, u l-istabbilità ta l-addittiv ma' l-għalf.2.Id-doża rakkomandata għal kull kilo ta' għalf ta' l-annimali: 500 FTU.3.Għall-użu f'għalf kompost li jkun fih iktar minn 0,23 % fosfru veġetali. | Mingħajr limitu ta' żmien |

--------------------------------------------------