Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 128/2004 tat-23 a' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabilixxi l-metodi Komunitarji għall-analiżi ta' l-inbejjed
Official Journal L 019 , 27/01/2004 P. 0003 - 0011
CS.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
ET.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
HU.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
LT.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
LV.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
MT.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
PL.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
SK.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
SL.ES Chapter 3 Volume 43 P. 7 - 15
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 128/2004 tat-23 a' Jannar 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabilixxi l-metodi Komunitarji għall-analiżi ta' l-inbejjed IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu, Billi: (1) Il-metodu għalbiex titkejjel il-qawwa alkolika ta' l-inbid bil-miżien idrostatiku ġie aġġornat u vvalidat skond kriterji magħrufa internazzjonalment. L-Uffiċċju Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid adotta d-deskrizjoni l-ġdida ta' dan il-metodu fl-Assemblea Ġenerali tiegħu fis-sena 2003. (2) L-użu ta' dan il-metodu tal-kejl jista' jikkostitwixxi mezz iktar sempiċi u iktar eżatt għalbiex jiċċekkja l-qawwa alkolika skond il-volum ta' l-inbejjed u b'hekk jevita l-kontroversji li jinħolqu mill-użu ta' metodi inqas eżatti. (3) Id-deskrizzjoni aġġornata ta' dan il-metodu, flimkien mal-valuri sperimentali għall-parametri tal-validazzjoni tal-metodu, għandhom jiġu inklużi fil-Kapitolu 3 ta' l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 [2]. (4) Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. (5) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni ta' l-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Kapitolu 3 ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 "Il-qawwa alkolika skond il-volum" huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fil-paragrafu 2, jitħassar il-punt 2.3.2; 2. the text in the Annex to this Regulation is inserted as paragraph 4a after paragraph 4, 2, it-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-paragrafu 4a wara l-paragrafu 4, 3. fil-paragrafu 5, jitħassar il-punt 5 "Id-densimetrija bl-użu tal-miżien idrostatiku". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Jannar 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif l-aar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13). [2] ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1. Regolament kif l-aar emendat bir-Regolament (KE) Nru 440/2003 (ĠU L 66, 11.3.2003, p. 15). -------------------------------------------------- L-ANNESS "4a. IL-METODU VVALIDAT Kif tiġi stabbilita l-qawwa alkolika ta' l-inbejjed bl-użu ta' miżien idrostatiku 1. IL-METODU TAL-KEJL 1.1. Daħla Il-qawwa alkolika skond il-volum trid tiġi mkejla qabel il-marketing, prinċipalment sabiex tikkonforma mar-regoli tal-għoti tat-tikketti. Il-qawwa alkolika skond il-volum hija egwali għan-numru ta' litri ta' l-etanol li jkun hemm f'100 litru ta' nbid imkejla f'temperatura ta' 20 °Ċ. Riferit bħala ' % vol'. 1.2. L-oġġett u l-kamp ta' l-applikazzjoni Il-metodu tal-kejl deskritt huwa d-densimetrija bl-użu ta' miżien idrostatiku. Għall-għanijiet tad-dispożizzjonijiet regolatorji fis-seħħ, it-temperatura tal-prova hija ffissata għal 20 °Ċ. 1.3. Il-prinċipju u d-definizzjonijiet Il-prinċipju ta' dan il-metodu huwa msejjes fuq id-distillazzjoni ta' l-inbid volum b'volum. Il-metodu tad-distillazzjoni huwa deskritt f'dan il-Kapitolu. Id-distillazzjoni telimina s-sustanzi li ma jtirux. L-omologi ta' l-etanol, flimkien ma' l-etanol u l-omologi ta' l-etanol fl-etil esteri, huma inklużi fil-qawwa alkolika ġaladarba jidhru fid-distillat. Iiġi mbagħad imkejla d-densità tad-distillat miksub. Id-densità ta' likwidu f'temperatura mogħtija hija egwali għall-kwozjent tal-massa fuq il-volum tagħha: p2= m/V; għall-inbid, hija espressa fi g/ml. Il-qawwa alkolika ta' l-inbejjed tista' tiġi mkejla bid-densimetrija bl-użu ta' miżien idrostatiku msejjes fuq il-prinċipju ta' Arkimede, li skondu korp imgħaddas f'likwidu jirċievi mbottatura vertikali 'l fuq mil-likwidu egwali għall-piż tal-likwidu spostat. 1.4. Ir-reaġenti Matul l-analiżi, għajr jekk iddikjarat xorta oħra, uża r-reaġenti biss tal-grad analitiku magħruf u l-ilma ta' mill-inqas il-grad 3 kif iddefinit fl-ISO 3696:1987. 1.4.1. Is-soluzzjoni tat-tindif tal-galleġġjant (l-idrossidu tas-sodju, 30 % w/v) Sabiez tħejji 199 ml, iżen 30 g idrossidu tas-sodju u wassal għall-volum billi tuża 96 % etanol fil-volum. 1.5. L-apparat u t-tagħmir L-apparat tas-soltu tal-laboratorju u b'mod partikolari dan li ġej: 1.5.1. Il-miżien idrostatiku ta' keffa waħda b'sensittività ta' 1 mg. 1.5.2. Galleġġjant b'volum ta' mill-inqas 20 ml, addattat b'mod speċjali għall-miżien, sospiż b'ħajta ta' dijametru li ma jaqbiżx iż-0,1 mm. 1.5.3. Iċ-ċilindu tal-kejl li jġorr marka tal-livell. Il-galleġġjant irid ikun kapaċi li jkun ikkontenut b'mod komplet ġewwa l-volum taċ-ċilindru lokat taħt il-marka; il-wiċċ tal-likwidu jista jiġi ppenetrat biss bil-ħajta tas-sostenn. Iċ-ċilindru tal-kejl irid ikollu dijametru intern ta' mill-inqas 6 mm ikbar minn dak tal-galleġġjant. 1.5.4. Termometru (jew sonda tal-kejl tat-temperatura) iggradwat fi gradi u l-għexur ta' grad minn 10 °Ċ sa 40 °Ċ, ikkalibrat għal 0,05 °Ċ. 1.5.5. Piżijiet, ikkalibrati minn korp magħruf taċ-ċertifikazzjoni. 1.6. Il-proċedura Il-galleġġjant u ċ-ċilindru tal-kejl iridu jiġu mnaddfa bejn kull kejl bl-ilma ddistillat, imnixxef b'karta ratba tal-laboratorju li ma twaqqax fibri u mlaħlaħ bis-soluzzjoni li d-densità tagħha trid tiġi stabbilita. Il-kejlijiet iridu jsiru hekk kif l-apparat ikun laħaq l-istabbiltà għalbiex jirrestrinġi t-telf ta' l-alkol bl-evaporazzjoni. 1.6.1. Il-kalibrazzjoni tal-miżien Għalkemm l-imwieżen is-soltu jkollhom sistema interna tal-kalibrazzjoni, il-miżien idrostatiku jrid ikun kapaċi jikkalibra b'piżijiet iċċekkjati minn korp uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni. 1.6.2. Il-kalibrazzjoni tal-galleġġjant 1.6.2.1. Imla ċ-ċilindru tal-kejl sal-marka bl-ilma ddistillat għal darbtejn (jew ilma ta' safa ekwivalenti, p.e. l-ilma mikro-ffiltrat b'kondittività ta' 18,2 MO/ċm) f'temperatura ta' bejn il-15 °Ċ u l-25 °Ċ imma preferibbilment ta' 20 °Ċ. 1.6.2.2. Għaddas il-galleġġjant u t-termometru, ħawwad u aqra d-densità tal-likwidu mill-apparat u, jekk meħtieġ, ikkorreġi l-qari hekk li jkun egwali għal dak ta' l-ilma fit-temperatura tal-kejl. 1.6.3. Ikkontrolla billi tuża soluzzjoni ta' l-ilma-alkol. 1.6.3.1. Imla ċ-ċilindru tal-kejl sal-marka b'taħlita ta' ilma-alkol ta' qawwa magħrufa u f'temperatura ta' bejn il-15 °Ċ u l-25 °Ċ imma preferibbilment ta' 20 °Ċ. 1.6.3.2. Għaddas il-galleġġjant u t-termometru, ħawwad, aqra d-densità tal-likwidu (jew il-qawwa alkolika jekk dan ikun possibbli) mill-apparat. Il-qawwa alkolika hekk stabbilita għandha tkun egwali għall-qawwa stabbilita qabel ta' l-alkol. Nota: Din is-soluzzjoni ta' qawwa alkolika magħrufa tista' tintuża wkoll sabiex tikkalibra l-galleġġjant minflok l-ilma ddistillat doppjament. 1.6.4. Il-kejl tad-densità ta' distillat (jew tal-qawwa alkolika tiegħu jekk l-apparat jippermetti) 1.6.4.1. Ferragħ il-kampjun tat-test għal goċ-ċilindru sal-marka tal-gradazzjoni. 1.6.4.2. Għaddas il-galleġġjant u t-termometru, ħawwad, aqra d-densità tal-likwidu (jew il-qawwa alkolika jekk dan ikun possibbli) mill-apparat. Innota t-temperatura jekk id-densità titkejjel f'temperatura ta' p °Ċ. 1.6.4.3. Ikkorreġi t-temperatura p bl-użu tad-densitajiet f'temperatura ta' p għat-taħlitiet ta' ilma-alkol (it-Tabella II ta' l-Anness II ma' dan il-Kapitolu). 1.6.5. It-tindif tal-galleġġjant u ċ-ċilindru tal-kejl. 1.6.5.1. Għaddas il-galleġġjant fis-soluzzjoni tat-tindif tal-galleġġjant fiċ-ċilidru tal-kejl. 1.6.5.2. Ħalli jixxarrab għal siegħa filwaqt li ddawwar il-galleġġjant perjodikament. 1.6.5.3. Laħlaħ b'ammonti kbar ta' l-ilma tal-vit segwit bl-ilma ddistillat. 1.6.5.4. Nixxef b'karta ratba tal-laboratorju li ma twaqqax fibri. Wettaq din il-proċedura meta l-galleġġjant jintuża għall-ewwel darba, imbagħad b'mod regolari kif meħtieġ. 1.6.6. Ir-riżultat Billi tuża d-densità ta' 20, ikkalkola l-qawwa vera ta' l-alkol bl-użu tat-tabella li tagħti l-valur tal-qawwa alokolika skond il-volum (il- % vol.) f'temperatura ta' 20 °Ċ bħala funzjoni tad-densità f'20 °Ċ tat-taħlitiet ta' ilma-alkol, jiġifieri t-tabella internazzjonali adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjoni tal-Metroloġija Legali fir-Rakkommandazzjoni tagħha Nru 22. 2. IL-PARAGUN TAL-KEJLIJIET MAGĦMULA BL-UŻU TA' MIŻIEN IDROSTATIKU BIL-PROĊEDURI MIKSUBA BL-UŻU TA' DENSIMETRU ELETTRONIKU Bl-użu tal-kampjuni b'qawwa alkolika ta' bejn il-4 % u t-18 % vol., il-kapaċità tal-kapaċita tat-tennija u r-riproduċibbiltà kienu mkejla wara test taċ-ċirku inter-laboratorju. Kienu pparagunati l-qawwa alkolika tal-kampjuni differenti kif imkejla bl-użu tal-miżien idrostatiku u d-densimetru elettroniku u l-valuri tal-kapaċità tat-tennija u r-riproduċibbità dderivati minn eżerċizzju multi-annwali ta' fost il-paraguni. 2.1. Il-kampjuni L-inbejjed ta' densità u qawwa alkolika differenti mħejjija kull xahar fuq skala industrijali, meħuda minn ħażna maħżuna kif jixraq ta' fliexkien u kkunsinnati bħala prodotti anomimi lill-laboratorji. 2.2. Il-laboratorji Il-laboratorji li jipparteċipaw fit-test ta' kull xahar taċ-ċirku organizzat mill-Unione Italiana Vini (ta' Verona, l-Italja) skond ir-regoli ta' l-ISO 5727 (l-UNI 9225) u l-Protokoll Internazzjonali tat-Testijiet tal-Profiċjenza għall-laboratorji ta' l-analiżi kimika stabbilit mill-AOAC, l-ISO u l-IUPAC u l-linji gwida ta' l-ISO 43 u l-ILAC G13. Irid jiġi fornit rapport annwali minn din il-kumpanija lill-parteċipanti kollha. 2.3. It-Tagħmir 2.3.1. Miżien idrostatiku elettroniku (eżatt sa 5 postijiet deċimali), jekk possibbli b'mezz tal-proċessar ta' l-informazzjoni. 2.3.2. Densimetru elettroniku, jekk possibbli b'mezz tat-teħid tal-kampjuni waħdu. 2.4. L-analiżi Skond ir-regoli għall-validazzjoni tal-metodi, kull kampjun kien analizzat darbtejn konsekuttivament sabiex jistabbilixxi l-qawwa alkolika. 2.5. Ir-riżultat It-Tabella 1 turi r-riżultati tal-kejlijiet miksuba mil-laboratorji bl-użu tal-miżien idrostatitku. It-Tabella 2 turi r-riżultati miksuba mil-laboratorji bl-użu ta' densimetru elettroniku. 2.6. Il-valutazzjoni tar-riżultati 2.6.1. Ir-riżultati tal-prova ġew eżaminati għal xiehda ta' żball sistematiku individwali (p < 0,023) bl-użu tat-testijiet ta' Cochran u ta' Grubb konsekuttivament, bil-poċeduri deskritti fil-Protokoll miftiehem internazzjonalment tad-Disinn, il-Kondotta u l-Interpetazzjoni ta' l-Istudji dwar it-Twettiq tax-Xogol tal-Metodu. 2.6.2. Il-kapaċità tat-tennija (r) u r-riproduċibbiltà (R) Il-kalkoli tal-kapaċità tat-tennja (r) u tar-riproduċibbiltà (R) kif iddefiniti b'dan il-protokoll kienu mwettqa fuq dawk ir-riżultat li baqgħu wara r-tneħħija ta' l-oġġetti li kienu fuq barra. Meta jkun qiegħed jiġi stmat metodu ġdid spiss ma jkun hemm l-ebda metodu tar-riferiment jew statutorju vvalidati sabiex jiġu pparagunati l-kriterji tal-preċiżjoni, għalhekk ikun utli li tiġi pparagunata l-informazzjoni ta' preċiżjoni miksuba minn prova kollaborattiva b'livelli 'mbassra' ta' preċiżjoni, Dawn il-livlli 'mbassra' jiġu kkalkolati mill-ekwazzjoni ta' Horwitz. Il-paragun tar-riżultati tal-prova u l-livelli mbassra jagħtu indikazzjoni dwar jekk il-metodu jkunx preċiż biżżejjed għal-livell ta' l-analit li jkun qiegħed jitkejjel. Il-valur tal-livell imbassar ta' Horwitx jiġi kkalkolat mill-ekwazzjoni ta' Horwitz. RSDR=2 fejn il-C = il-konċentrazzjoni mkejla ta' l-analit espressa bħala deċimali (p.e. 1 g/100 g = 0,01). Il-valur ta' Horrat jagħti paragum tal-preċiżjoni attwali mkejla bil-preċiżjoni mbassra mill-ekwazzjoni ta' Horwitz għal metodu tal-kejl f'dan il-livell partikolari ta' l-analit. Jiġi kkalkolat kif ġej: HoR =RSDR(imkejjel)/RSDR(Horwitz) 2.6.3. Il-preċiżjoni bejn il-laboratorji Valur ta' Horrat ta' 1 is-soltu jindika preċiżjoni bejn il-laboratorji sodisfaċenti, filwaqt li valur ta' 2 is-soltu jindika proċiżjoni mhux sodisfaċenti, jiġifieri wieħed li jvarja żżejjed għall-biċa l-kbira tal-għanijiet analitiċi jew meta l-varjazzjoni miksuba tkun ikbar minn dik mistennija għat-tip ta' metodu wżat. Il-Hor jiġi kkalkolat ukoll, u wżat għalbiex jistma l-preċiżjoni bejn il-laboratorji, bl-użu ta' l-approssimazzjoni li ġejja: RSDr(Horwitz) = 0,66 RSDR(Horwitz) (din tassumi l-approssimazzjoni r = 0,66 R). It-Tabella 3 turi d-differenza bejn il-kejlijiet miksuba mil-laboratorji li jużaw id-densimetrija elettronika u dawk li jużaw il-miżien idrostatiku. Jekk jitħalla barra l-kampjun 2000/3, li kellu qawwa alkolika baxxa ħafna u li għalih iż-żewġ metodi tat-teknika juru riproduċibbiltà fqira, jiġi ġeneralment osservat qbil tajjeb ħafna għall-kampjuni l-oħra. 2.6.4. Il-parametri tal-fedeltà It-Tabella 4 turi l-medju ġenerali tal-parametri tal-fidelità kkomputAti mill-provi kollha ta' kull xahar imwettqa minn Jannar 1999 sa Mejju 2001. B'mod partikolari: IL-kapaċità tat-tennija (r) = 0,074 ( % vol.) għall-miżien idrostatiku u 0,061 ( % vol.) għal-densimetrija elettronika. Ir-riproduċibbiltà (R) = 0,229 ( % vol.) għall-miżien idrostatiku u 0,174 ( % vol.) għad-densimetrija elettronika. 2.7. Il-konklużjoni Ir-riżultati sabiex tiġi stabbilita l-qawwa alkolika għal firxa wiesgħa ta' nbejjed juru l-paragunabbiltà tal-kejlijiet imwettqa bil-miżien idrostatiku u d-densimetru elettroniku bl-użu ta' oxxillatur tal-frekwenzi u juru illi l-valuri tal-parametri tal-validazzjoni huma simili għaż-żewġ metodi. Kjavi gal tabelli —Il-Medju | il-medju ta' l-informazzjoni kollha wżata fl-analiżi statistika | —N | in-numru totali tas-settijiet ta' l-informazzjoi ssottomesi | —Nc: | in-numru tar-riżultati esklużi mill-analiżi statistika minħabba n-nuqqas tal-konformità | —Dawk li jkunu barra | in-numru tar-riżultati esklużi mill-analiżi statistika minħabba li jiġu stabbiliti bħala li jkunu barra bit-testijiet jew ta' Cochran jew ta' Grubb | —n1 | in-numru tar-riżultati wżati fl-analiżi statistika | —R | il-limitu tal-kapaċita tat-tennija | —Sr | the standard deviation of the repeatability id-devjazzjoni standard tal-kapaċità tat-tennija | —RSDr | id-devjazzjoni standard relattiva tal-kapaċità tat-tennija (Sr × 100/il-Medju) | —Hor | il-valur Horrat tal-kapaċità tat-tennija huwa l-RSDr osservat imqassam bil-valur tar-RSDr stmat mill-ekwazzjoni ta' Horwitz bl-użu tas-supposizzjoni r = 0,66R | —R | Il-limitu tar-riprodiċibbiltà | —SR | the standard deviation of the reproducibility id-devjazzjoni standard tar-riproduċibbiltà | —Hor | il-valur Horrat tar-riproduċibbiltà huwa l-valur tar-RSDr imqassam bil-valur tar-RSDR ikkalkolat mill-Hor = RSDR(imkejjel)/RSDR | It-Tabella 1 Il-miżien idrostatiku (HB) | Il-Medju | n | Dawk li jkunu barra | n1 | r | Sr | RSDr | Hor | R | sR | RSDR | Hor | In-Numru ta' replikati | Id-differenza kritika CrD95 | 1999/1 | 11,043 | 17 | 1 | 16 | 0,0571 | 0,0204 | 0,1846 | 0,1004 | 0,1579 | 0,0564 | 0,5107 | 0,18 | 2 | 0,1080 | 1999/2 | 11,247 | 14 | 1 | 13 | 0,0584 | 0,0208 | 0,1854 | 0,1011 | 0,1803 | 0,0644 | 0,5727 | 0,21 | 2 | 0,1241 | 1999/3 | 11,946 | 16 | 0 | 16 | 0,0405 | 0,0145 | 0,1211 | 0,0666 | 0,1593 | 0,0569 | 0,4764 | 0,17 | 2 | 0,1108 | 1999/4 | 7,653 | 17 | 1 | 16 | 0,0502 | 0,0179 | 0,2344 | 0,1206 | 0,1537 | 0,0549 | 0,7172 | 0,24 | 2 | 0,1057 | 1999/5 | 11,188 | 17 | 0 | 17 | 0,0871 | 0,0311 | 0,2780 | 0,1515 | 0,2701 | 0,0965 | 0,8622 | 0,31 | 2 | 0,1860 | 1999/6 | 11,276 | 19 | 0 | 19 | 0,0846 | 0,0302 | 0,2680 | 0,1462 | 0,2957 | 0,1056 | 0,9365 | 0,34 | 2 | 0,2047 | 1999/7 | 8,018 | 17 | 0 | 17 | 0,0890 | 0,0318 | 0,3964 | 0,2054 | 0,2573 | 0,0919 | 1,1462 | 0,39 | 2 | 0,1764 | 1999/9 | 11,226 | 17 | 0 | 17 | 0,0580 | 0,0207 | 0,1846 | 0,1423 | 0,2796 | 0,0999 | 0,8896 | 0,45 | 2 | 0,1956 | 1999/10 | 11,026 | 17 | 0 | 17 | 0,0606 | 0,0216 | 0,1961 | 0,1066 | 0,2651 | 0,0947 | 0,8588 | 0,31 | 2 | 0,1850 | 1999/11 | 7,701 | 16 | 1 | 15 | 0,0643 | 0,0229 | 0,2980 | 0,1535 | 0,2330 | 0,0832 | 1,0805 | 0,37 | 2 | 0,1616 | 1999/12 | 10,987 | 17 | 2 | 15 | 0,0655 | 0,0234 | 0,2128 | 0,1156 | 0,1258 | 0,0449 | 0,4089 | 0,15 | 2 | 0,0827 | 2000/1 | 11,313 | 16 | 0 | 16 | 0,0986 | 0,0352 | 0,3113 | 0,1699 | 0,2577 | 0,0920 | 0,8135 | 0,29 | 2 | 0,1754 | 2000/2 | 11,232 | 17 | 0 | 17 | 0,0859 | 0,0307 | 0,2731 | 0,1489 | 0,2535 | 0,0905 | 0,8060 | 0,29 | 2 | 0,1740 | 2000/3 | 0,679 | 10 | 0 | 10 | 0,0680 | 0,0243 | 3,5773 | 1,2783 | 0,6529 | 0,2332 | 34,3395 | 8,10 | 2 | 0,4604 | 2000/4 | 11,223 | 18 | 0 | 18 | 0,0709 | 0,0253 | 0,2257 | 0,1230 | 0,2184 | 0,0780 | 0,6951 | 0,25 | 2 | 0,1503 | 2000/5 | 7,439 | 19 | 1 | 18 | 0,0630 | 0,0225 | 0,3023 | 0,1549 | 0,1522 | 0,0544 | 0,7307 | 0,25 | 2 | 0,1029 | 2000/6 | 11,181 | 19 | 0 | 19 | 0,0536 | 0,0191 | 0,1710 | 0,0932 | 0,2783 | 0,0994 | 0,8890 | 0,32 | 2 | 0,1950 | 2000/7 | 10,858 | 16 | 0 | 16 | 0,0526 | 0,0188 | 0,1731 | 0,0939 | 0,1827 | 0,0653 | 0,6011 | 0,22 | 2 | 0,1265 | 2000/9 | 12,031 | 17 | 1 | 16 | 0,0602 | 0,0215 | 0,1787 | 0,0985 | 0,2447 | 0,0874 | 0,7263 | 0,26 | 2 | 0,1704 | 2000/10 | 11,374 | 18 | 0 | 18 | 0,0814 | 0,0291 | 0,2555 | 0,1395 | 0,2701 | 0,0965 | 0,8482 | 0,31 | 2 | 0,1866 | 2000/11 | 7,644 | 18 | 0 | 18 | 0,0827 | 0,0295 | 0,3863 | 0,1988 | 0,2289 | 0,0817 | 1,0694 | 0,36 | 2 | 0,1565 | 2000/12 | 11,314 | 19 | 1 | 18 | 0,0775 | 0,0277 | 0,2447 | 0,1336 | 0,2421 | 0,0864 | 0,7641 | 0,28 | 2 | 0,1667 | 2001/1 | 11,415 | 19 | 0 | 19 | 0,0950 | 0,0339 | 0,2971 | 0,1623 | 0,2410 | 0,0861 | 0,7539 | 0,27 | 2 | 0,1636 | 2001/2 | 11,347 | 19 | 0 | 19 | 0,0792 | 0,0283 | 0,2493 | 0,1361 | 0,1944 | 0,0694 | 0,6119 | 0,22 | 2 | 0,1316 | 2001/3 | 11,818 | 16 | 0 | 16 | 0,0659 | 0,0235 | 0,1990 | 0,1093 | 0,2636 | 0,0941 | 0,7965 | 0,29 | 2 | 0,1834 | 2001/4 | 11,331 | 17 | 0 | 17 | 0,1067 | 0,0381 | 0,3364 | 0,1836 | 0,1895 | 0,0677 | 0,5971 | 0,22 | 2 | 0,1229 | 2001/5 | 8,063 | 19 | 1 | 18 | 0,0782 | 0,0279 | 0,3465 | 0,1797 | 0,1906 | 0,0681 | 0,8442 | 0,29 | 2 | 0,1290 | It-Tabella 2 Il-densimetrija elettronika (ED) | Il-n1 medju | n | Dawk li jkunu barra | n1 | r | sr | RSDr | Hor | R | sR | RSDR | Hor | In-Numru ta' replikati | Id-differenza kritika CrD95 | D1999/1 | 11,019 | 18 | 1 | 17 | 0,0677 | 0,0242 | 0,2196 | 0,1193 | 0,1996 | 0,0713 | 0,6470 | 0,23 | 2 | 0,1370 | D1999/2 | 11,245 | 19 | 2 | 17 | 0,0448 | 0,0160 | 0,1423 | 0,0776 | 0,1311 | 0,0468 | 0,4165 | 0,15 | 2 | 0,0900 | D1999/3 | 11,967 | 21 | 0 | 21 | 0,0701 | 0,0250 | 0,2091 | 0,1151 | 0,1552 | 0,0554 | 0,4631 | 0,17 | 2 | 0,1040 | D1999/4 | 7,643 | 19 | 1 | 18 | 0,0610 | 0,0218 | 0,2852 | 0,1467 | 0,1340 | 0,0479 | 0,6262 | 0,21 | 2 | 0,0897 | D1999/5 | 11,188 | 21 | 3 | 18 | 0,0260 | 0,0093 | 0,0829 | 0,0452 | 0,2047 | 0,0731 | 0,6536 | 0,24 | 2 | 0,1442 | D1999/6 | 11,303 | 21 | 0 | 21 | 0,0652 | 0,0233 | 0,2061 | 0,1125 | 0,1466 | 0,0523 | 0,4631 | 0,17 | 2 | 0,0984 | D1999/7 | 8,026 | 21 | 0 | 21 | 0,0884 | 0,0316 | 0,3935 | 0,2039 | 0,1708 | 0,0610 | 0,7600 | 0,26 | 2 | 0,1124 | D1999/9 | 11,225 | 17 | 0 | 17 | 0,0372 | 0,0133 | 0,1183 | 0,0645 | 0,1686 | 0,0602 | 0,5366 | 0,19 | 2 | 0,1178 | D1999/10 | 11,011 | 19 | 0 | 19 | 0,0915 | 0,0327 | 0,2969 | 0,1613 | 0,1723 | 0,0615 | 0,5588 | 0,20 | 2 | 0,1129 | D1999/11 | 7,648 | 21 | 1 | 20 | 0,0615 | 0,0220 | 0,2872 | 0,1478 | 0,1538 | 0,0549 | 0,7183 | 0,24 | 2 | 0,1043 | D1999/12 | 10,999 | 16 | 1 | 15 | 0,0428 | 0,0153 | 0,1389 | 0,0755 | 0,2015 | 0,0720 | 0,6541 | 0,23 | 2 | 0,1408 | D2000/1 | 11,248 | 22 | 1 | 21 | 0,0697 | 0,0249 | 0,2212 | 0,1206 | 0,1422 | 0,0508 | 0,4516 | 0,16 | 2 | 0,0944 | D2000/2 | 11,240 | 19 | 3 | 16 | 0,0448 | 0,0160 | 0,1424 | 0,0776 | 0,1619 | 0,0578 | 0,5145 | 0,19 | 2 | 0,1123 | D2000/3 | 0,526 | 12 | 1 | 11 | 0,0327 | 0,0117 | 2,2185 | 0,7630 | 0,9344 | 0,3337 | 63,4009 | 14,39 | 2 | 0,6605 | D2000/4 | 11,225 | 19 | 1 | 18 | 0,0476 | 0,0170 | 0,1514 | 0,0825 | 0,1350 | 0,0482 | 0,4295 | 0,15 | 2 | 0,0924 | D2000/5 | 7,423 | 21 | 0 | 21 | 0,0628 | 0,0224 | 0,3019 | 0,1547 | 0,2635 | 0,0941 | 1,2677 | 0,43 | 2 | 0,1836 | D2000/6 | 11,175 | 23 | 2 | 21 | 0,0606 | 0,0217 | 0,1938 | 0,1056 | 0,1697 | 0,0606 | 0,5424 | 0,20 | 2 | 0,1161 | D2000/7 | 10,845 | 21 | 5 | 16 | 0,0440 | 0,0157 | 0,1449 | 0,0786 | 0,1447 | 0,0517 | 0,4766 | 0,17 | 2 | 0,0999 | D2000/9 | 11,983 | 22 | 1 | 21 | 0,0841 | 0,0300 | 0,2507 | 0,1380 | 0,2410 | 0,0861 | 0,7183 | 0,26 | 2 | 0,1651 | D2000/10 | 11,356 | 22 | 1 | 21 | 0,0635 | 0,0227 | 0,1997 | 0,1090 | 0,1865 | 0,0666 | 0,5866 | 0,21 | 2 | 0,1280 | D2000/11 | 7,601 | 27 | 0 | 27 | 0,0521 | 0,0186 | 0,2448 | 0,1258 | 0,1685 | 0,0602 | 0,7916 | 0,27 | 2 | 0,1162 | D2000/12 | 11,322 | 25 | 1 | 24 | 0,0476 | 0,0170 | 0,1503 | 0,0820 | 0,1594 | 0,0569 | 0,5028 | 0,18 | 2 | 0,1102 | D2001/1 | 11,427 | 29 | 0 | 29 | 0,0706 | 0,0252 | 0,2207 | 0,1206 | 0,1526 | 0,0545 | 0,4771 | 0,17 | 2 | 0,1020 | D2001/2 | 11,320 | 29 | 1 | 28 | 0,0675 | 0,0241 | 0,2128 | 0,1161 | 0,1570 | 0,0561 | 0,4952 | 0,18 | 2 | 0,1057 | D2001/3 | 11,826 | 34 | 1 | 33 | 0,0489 | 0,0175 | 0,1476 | 0,0811 | 0,1762 | 0,0629 | 0,5322 | 0,19 | 2 | 0,1222 | D2001/4 | 11,339 | 31 | 2 | 29 | 0,0639 | 0,0228 | 0,2012 | 0,1099 | 0,1520 | 0,0543 | 0,4788 | 0,17 | 2 | 0,1026 | D2001/5 | 8,058 | 28 | 0 | 28 | 0,0473 | 0,0169 | 0,2098 | 0,1088 | 0,2025 | 0,0723 | 0,8976 | 0,31 | 2 | 0,1412 | It-Tabella 3 Il-paragun tar-riżultati bejn il-miżien idrostatiku (HB) u d-densimetrija elettronika (DE) | Il-Medju (HB) | nn | Dawk li jkunu barra | n1 | | Il-Medju (ED) | nn | Dawk li jkunu barra | n1 | ΔTAV(HB-ED) | 1999/1 | 11,043 | 17 | 1 | 16 | D1999/1 | 11,019 | 18 | 1 | 17 | 0,024 | 1999/2 | 11,247 | 14 | 1 | 13 | D1999/2 | 11,245 | 19 | 2 | 17 | 0,002 | 1999/3 | 11,946 | 16 | 0 | 16 | D1999/3 | 11,967 | 21 | 0 | 21 | – 0,021 | 1999/4 | 7,653 | 17 | 1 | 16 | D1999/4 | 7,643 | 19 | 1 | 18 | 0,010 | 1999/5 | 11,188 | 17 | 0 | 17 | D1999/5 | 11,188 | 21 | 3 | 18 | 0,000 | 1999/6 | 11,276 | 19 | 0 | 19 | D1999/6 | 11,303 | 21 | 0 | 21 | – 0,028 | 1999/7 | 8,018 | 17 | 0 | 17 | D1999/7 | 8,026 | 21 | 0 | 21 | – 0,008 | 1999/9 | 11,226 | 17 | 0 | 17 | D1999/9 | 11,225 | 17 | 0 | 17 | 0,002 | 1999/10 | 11,026 | 17 | 0 | 17 | D1999/10 | 11,011 | 19 | 0 | 19 | 0,015 | 1999/11 | 7,701 | 16 | 1 | 15 | D1999/11 | 7,648 | 21 | 1 | 20 | 0,052 | 1999/12 | 10,987 | 17 | 2 | 15 | D1999/12 | 10,999 | 16 | 1 | 15 | – 0,013 | 2000/1 | 11,313 | 16 | 0 | 16 | D2000/1 | 11,248 | 22 | 1 | 21 | 0,065 | 2000/2 | 11,232 | 17 | 0 | 17 | D2000/2 | 11,240 | 19 | 3 | 16 | – 0,008 | 2000/3 | 0,679 | 10 | 0 | 10 | D2000/3 | 0,526 | 12 | 1 | 11 [1] | 0,153 | 2000/4 | 11,223 | 18 | 0 | 18 | D2000/4 | 11,225 | 19 | 1 | 18 | – 0,002 | 2000/5 | 7,439 | 19 | 1 | 18 | D2000/5 | 7,423 | 21 | 0 | 21 | 0,016 | 2000/6 | 11,181 | 19 | 0 | 19 | D2000/6 | 11,175 | 23 | 2 | 21 | 0,006 | 2000/7 | 10,858 | 16 | 0 | 16 | D2000/7 | 10,845 | 21 | 5 | 16 | 0,013 | 2000/9 | 12,031 | 17 | 1 | 16 | D2000/9 | 11,983 | 22 | 1 | 21 | 0,049 | 2000/10 | 11,374 | 18 | 0 | 18 | D2000/10 | 11,356 | 22 | 1 | 21 | 0,018 | 2000/11 | 7,644 | 18 | 0 | 18 | D2000/11 | 7,601 | 27 | 0 | 27 | 0,043 | 2000/12 | 11,314 | 19 | 1 | 18 | D2000/12 | 11,322 | 25 | 1 | 24 | – 0,008 | 2001/1 | 11,415 | 19 | 0 | 19 | D2001/1 | 11,427 | 29 | 0 | 29 | – 0,012 | 2001/2 | 11,347 | 19 | 0 | 19 | D2001/2 | 11,320 | 29 | 1 | 28 | 0,027 | 2001/3 | 11,818 | 16 | 0 | 16 | D2001/3 | 11,826 | 34 | 1 | 33 | – 0,008 | 2001/4 | 11,331 | 17 | 0 | 17 | D2001/4 | 11,339 | 31 | 2 | 29 | – 0,008 | 2001/5 | 8,063 | 19 | 1 | 18 | D2001/5 | 8,058 | 28 | 0 | 28 | 0,004 | Id-differenza medja/D TAV (HB-ED) | 0,014 | Id-devjazzjoni standard fuq id-differenza | 0,036 | It-Tabella 4: Il-parametri tal-fedeltà | Il-Miżien idrostatiku | Id-Densimetrija elettronika | n1 | 441 | 557 | In-nuqqas ta' qbil ippeżat tal-kapaċità tat-tennija | 0,309 | 0,267 | R | 0,074 | 0,061 | Sr | 0,026 | 0,022 | In-nuqqas ta' qbil ippeżat tar-riproduċibbiltà | 2,948 | 2,150 | R | 0,229 | 0,174 | sR | 0,082 | 0,062" | [1] "Test 2000/3 ma jittiħidx inkonsiderazzjoni. --------------------------------------------------