32004R0064



Official Journal L 010 , 16/01/2004 P. 0001 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 64/2004

tad-9 ta' Jannar 2004

li jistabbilixxi l-peżati li japplikaw mill-1 ta' Lulju 2003 għall-ħlas ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f‘pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kunsidra r-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1] u b'mod paertikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 ta' l-Anness X tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Għandhom jitqiesu l-bidliet fil-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra mill-Komunità u għandhom jiġu stabbiliti kif jixraq il-peżati applikabbli mill-1 ta' Lulju 2003 għall-ħlas imħallas fil-munita korrenti tal-pajjiż tax-xogħol ta' l-uffiċjali li jservu fil-pajjiżi terzi.

(2) Il-peżati li rigward tagħhom ikun sar il-ħlas fuq il-bażi tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1338/2003 [2], jistgħu jwasslu għal aġġustamenti retrospettivi ‘l fuq jew ‘l isfel għall-ħlas.

(3) Għandha ssir dispożizzjoni għall-ħlasijiet b'lura fl-eventwalità ta' żieda fil-ħlas bħala riżultat ta' peżati ġodda.

(4) Għandha ssir dispożizzjoni għall-irkupru tas-somom imħallsa żejda fl-eventwalità ta' tnaqqis fil-ħlas b'riżulat ta' peżati ġodda għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Lulju 2003 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(5) Għandha ssir dispożizzjoni għal kull irkupru minn dan li jiġi ristrett għal perjodu taż-żmien ta' mhux iktar minn sitt xhur qabel id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-peżati u li l-effetti tagħha jiġu mifruxa fuq perjodu taż-żmien ta' mhux iktar minn sena wara d-data ta' din id-deċiżjoni, bħalma jiġri fil-peżati li japplikaw ġewwa l-Komunità Ewropea għall-ħlas u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2003, il-peżati li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jservu fil-pajjiżi terzi mħallsa fil-munita korrenti tal-pajjiż tax-xogħol għandhom ikunu kif jidhru fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju għall-kalkolu ta' dan il-ħlas għandhom ikunu dawk użati għall-implimentazzjoni ta' l-estimi finanzjarji ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għax-xahar li jiġi qabel id-data riferita fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

1. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-ħlasijiet b'lura fl-eventwalità ta' żieda fil-ħlas bħala riżultat ta' peżati murija fl-anness.

2. L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retrospettivi ‘l isfel għall-ħlas fl-eventwalità ta' tnaqqis b'riżultat ta' peżati ġodda murija fl-anness għall-perjodu taż-żmien bejn l-1 ta' Lulju 2003 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retrospettivi li jinvolvu l-irkupru tas-somom imħallsa żejda għandhom ikunu ristretti għal perjodu taż-żmien ta' mhux iktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-irkupru għandu jiġi mifrux fuq mhux iktar minn tnax-il xahar minn din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Jannar 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2182/2003 (ĠU L 327, tas-16.12.2003, p. 1).

[2] ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Post tax-xogħol | Il-Peżati f'Lulju 2003 |

L-Afganistan | 0,0 |

L-Albanija | 79,5 |

L-Algerija | 77,1 |

L-Angola | 109,6 |

L-Argentina | 61,1 |

L-Awstralja | 89,7 |

Il-Bangladesh | 56,7 |

Il-Barbados | 105,8 |

Il-Belize | 78,9 |

Il-Benin | 87,7 |

Il-Bolivja | 51,2 |

Il-Bosnja Erzegovina | 74,5 |

Il-Botswana | 68,7 |

Il-Brażil | 58,0 |

Il-Bulgarija | 71,4 |

Il-Burkina Faso | 82,4 |

Il-Burundi | 0,0 |

Il-Kambodja | 65,2 |

Il-Kamerun | 99,0 |

Il-Kanada | 75,8 |

Il-Cape Verde | 75,9 |

Ir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali | 111,4 |

Iċ-Chad | 114,5 |

Iċ-Ċilì | 65,2 |

Iċ-Ċina | 76,8 |

Il-Kolombja | 53,7 |

Il-Komoros | 109,9 |

Il-Congo | 130,2 |

Il-Kosta Rika | 75,2 |

Il-Kosta ta' l-Avorju | 106,3 |

Il-Kroazja | 95,5 |

Il-Kuba | 0,0 |

Ċipru | 100,1 |

Ir-Repubblika Ċeka | 82,7 |

Ir-Repubblika Demokratika tal-Congo | 138,7 |

Djibouti | 97,6 |

Ir-Repubblika Dominikana | 51,7 |

L-Ekwador | 0,0 |

L-Eġittu | 45,7 |

Il-Ginea Ekwatorjali | 108,7 |

L-Eritrea | 38,8 |

L-Estonja | 75,5 |

L-Etjopja | 70,0 |

Il-Gżejjer Fiġi | 70,5 |

Dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | 75,7 |

Il-Gabon | 113,3 |

Georgia | 82,0 |

Il-Ghana | 70,0 |

Il-Gwatemala | 73,3 |

Il-Ginea | 71,3 |

Il-Ginea- Bissau | 136,6 |

Il-Gujana | 59,5 |

Ħaiti | 82,7 |

Hong Kong | 87,5 |

L-Ungerija | 73,3 |

L-Indja | 48,2 |

L-Indonezja | 86,6 |

Iżrael | 93,8 |

Il-Ġamajka | 77,4 |

Il-Ġappun (Naka) | 121,3 |

Il-Ġappun (Tokyo) | 129,2 |

Il-Ġordan | 75,5 |

Il-Kazakistan | 90,8 |

Il-Kenya | 83,0 |

Il-Laos | 70,1 |

Il-Latvja | 69,9 |

Il-Libanu | 92,6 |

Lesotho | 55,0 |

Il-Liberja_ | 0,0 |

Il-Litwanja | 75,5 |

Madagaskar | 78,6 |

Il-Malawi | 78,7 |

Il-Malasja | 74,8 |

Il-Mali | 90,4 |

Malta | 94,9 |

Il-Mawritanja | 65,4 |

Il-Gżira tal-Mawrizju | 76,4 |

Il-Messiku | 80,4 |

Il-Marokk | 84,0 |

Il-Mozambique | 69,6 |

In-Namibja | 64,2 |

In-Nepal | 63,5 |

L-Antilli Olandiżi | 89,2 |

Il-Kaledonja l-Ġdida | 119,9 |

In-Nikaragwa | 69,1 |

In-Niġer | 87,5 |

In-Niġerja | 75,3 |

In-Norveġja | 134,5 |

Il-Pakistan | 52,6 |

Il-Papua New Guinea | 68,4 |

Il-Paragway | 60,8 |

Il-Perù | 80,8 |

Il-Filippini | 51,5 |

Il-Polonja | 70,8 |

Ir-Rumanija | 49,5 |

Ir-Russja | 104,0 |

Ir-Rwanda | 80,8 |

São Tomé u Príncipe | 55,2 |

L-Gharabja Sawdita | 0,0 |

Is-Senegal | 79,3 |

Is-Serbja u Montenegro | 60,7 |

Sierra Leone | 72,9 |

Singapore | 0,0 |

Is-Slovakkja | 79,0 |

Is-Slovenja | 85,3 |

Il-Gżejjer Solomon | 81,0 |

Is-Somalja | 0,0 |

L-Afrika ta' Isfel | 54,3 |

Il-Korea ta' Isfel | 88,9 |

Is-Sri Lanka | 57,2 |

Is-Sudan | 36,7 |

Is-Surinam | 50,2 |

Swaziland | 55,0 |

L-Isvizzera | 119,2 |

Is-Sirja | 56,6 |

It-Tajwan | 0,0 |

It-Tanżanja | 58,6 |

It-Tajlandja | 58,7 |

Il-Gambja | 38,0 |

It-Togo | 97,2 |

Trinidad u Tobago | 69,5 |

It-Tuniżija | 74,8 |

It-Turkija | 79,7 |

L-Uganda | 66,2 |

L-Ukrajna | 92,1 |

L-Istati Uniti (New York) | 104,7 |

L-Istati Uniti (Washington DC) | 101,3 |

L-Urugwaj | 57,1 |

Vanuatu | 115,2 |

Il-Venezwela | 67,5 |

Il-Vjetnam | 52,9 |

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża | 87,7 |

Iż-Żambja | 45,5 |

Iż-Żimbabwe | 0,0 |

--------------------------------------------------