|
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
454 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2004/116/KE
tat-23 ta' Diċembru 2004
li temenda l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE rigward l-inklużjoni tal-Candida guilliermondii.
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ġiet preżentata għal Candida guilliermondii, ikkultivata fuq is-sustrat ta’ oriġini veġetali, li tappartjeni lill-grupp ta’ prodotti “1.2.1. ħmira kkultivata fuq is-sustrat ta’ oriġini ta’ l-annimali jew veġetali” stipulata fl-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE. Dan l-għalf huwa prodott mikrobiku bażat fuq iċ-ċelluli li jibqgħu wara l-produzzjoni industrijali ta’ aċidu ċitriku bil-fermentazzjoni. |
|
(2) |
Il-Bord Xjentifku dwar additivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf ta’ l-annimali ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tat opinjoni dwar l-użu ta’ dan il-prodott fl-għalf tal-bhejjem fis-7 ta’ Ġunju 2004, li jikkonkludi li l-użu tal-Candida guilliermondii kkultivata fuq sustratt ta’ oriġini veġetali (ġulepp tal-kannamiela) ma jippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem, saħħa ta’ l-annimali jew l-ambjent. |
|
(3) |
L-istima tat-talba għall-awtorizzazzjoni preżentata għall-Candida guilliermondii kultivata fuq sustrati ta’ oriġini veġetali turi li dan il-prodott jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 82/471/KEE, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness. |
|
(4) |
Id-Direttiva 82/471/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 82/471/KE hija emendata kif stipulata fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri ser iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jirrispettaw din id-Direttiva sa [niżżel id-data 6 xhur wara d-daħla fis-seħħ] l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn il-dispożizzjonijiet u l-lista tal-korrelazzjonijiet bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn irid ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri nnifishom se jiddeċiedu kif se ssir din it-tip ta’ referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw għall-qasam li jmiss ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar it-23 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/104/KE (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 83).
ANNESS
Fl-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE tal-grupp ta’ prodott 1.2.1. huwa mibdul b’li ġej:
|
“Isem tal-grupp ta’ prodott |
Isem tal-prodott. |
Deżinjazzjoni tal-prinċipji nutrittivi jew l-identità tal-mikro-organiżmu |
Koltura ta’ sustratt (identifikazzjonijiet, jekk hemm) |
Karatteristiċi ta’ kompożizzjoni tal-prodott |
Speċji ta’ l-annimali |
Dispożizzjonijiet speċjali |
||||||
|
Il-ħmira kollha
|
Saccharomyces cerevisiae Saccharomyces carlsbergiensis Kluyveromyces lactis Kluyveromyces fragilis |
Ġulepp, residwi ta’ distillazzjoni, ċereali u prodotti li fihom lamtu, meraq tal-frott, xorrox, aċidu lattiku u fibra tal-ħxejjex idrolizzat |
|
Speċji ta’ l-annimali kollha |
|
||||||
|
Candida guilliermondii |
Ġulepp, residwi ta’ distillazzjoni, ċereali u prodotti li fihom lamtu, meraq tal-frott, xorrox, aċidu lattiku u fibra tal-ħxejjex idrolizzat |
Materja niexfa minimu ta’ 16% |
Ħnieżer biex jismnu” |