|
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
417 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta' Mejju 2004
dwar Pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-KE — dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu
(2004/683/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (1) tat-23 ta' Frar dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 108 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistabbilixxi Kunsill ta' l-Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 112 ta' l-imsemmi Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' l Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun assistit minn Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 109 ta' l-imsemmi Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni Assoċjazzjoni jadotta r-regoli tal-proċeduri tiegħu. |
|
(4) |
L-Artikolu 110 ta' l-imsemmi Ftehim jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fir-regoli tiegħu, għandu jiddetermina d-doveri tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u li l-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddelega xi poteri minn tiegħu lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 108 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, in relazzjoni mar-regoli tal-proċedura ta' l-imsemmi Kunsill ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni u mad-delegazzjoni tal-poteri tiegħu lill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni msemmi fl-Artikolu 110 ta' l-imsemmi Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, anness ma' din id-Deċiżjoni. Emendi żgħar għal dawn l-abbozzi ta' deċiżjonijiet jistgħu jiġu aċċettati mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Magħmula fi Brussell, fit-28 ta' Mejju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
N. DEMPSEY
ANNESS 1
ID-DEĊIŻJONI Nru 1/2004
tat-28 ta' Mejju 2004
dwar Pożizzjoni tal-Komunità fuq Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-KE — dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fuq ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu
IL-KUNSILL TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda (1), u Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolarli l-Artikoli 108, 109, 110, 111, 112, u 113 tiegħu,
Billi dak il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artkolu 1
Presidenza
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut alternattivament għal perjodi ta' 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u minn rappreżentant tal-Gvern u ta' Dik Li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM). L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2004.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' regolarment fuq livell ministerjali darba fis-sena. Sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jsiru fuq talba ta' kull waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu hekk.
Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, kull sessjoni tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fil-post fejn soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'data miftiehma miż-żewġ Partijiet.
Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bi ftehim mal-President.
Artikolu 3
Rappreżentazzjoni
Il-membri tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jkunu rappreżentati jekk ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jkun hekk rappreżentat, hu għandu jinnotifika lill-President bl-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel il-laqgħa li fiha hu jkun ser ikun hekk rappreżentat.
Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.
Artikolu 4
Delegazzjonijiet
Il-membri tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali.
Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun infurmat kif ser tkun magħmula d-delegazzjoni ta' kull Parti.
Rappreżentant tal-Bank Ewropewgħall-Investiment għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, bħala osservatur, meta jidhru fl-aġenda materji li jikkonċernaw il-Bank.
Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden persuni li mhumiex membri biex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.
Artkolu 5
Segretarjat
Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Missjoni tal-FYROM fi Brussel għandhom jaġixxu flimkien bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 6
Korrispondenza
Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun mibgħuta lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ Segretarji għandhom jiżguraw li jibgħatu il-korrispondenza lill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u, fejn jixraq, jiċċirkolawha lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Korrispondenza ċċirkolata għandha tintbagħat lis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni, lir-Rappreżentanti Permanenti ta' l-Istati Membri u lilll-Missjoni tal-FYROM fi Brussel.
Kommunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jintbgħatu lill-indirizzati miż-żewġ Segretarji u ċċirkolati, fejn jixraq, lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fl-indirizz indikat fil-paragrafu preċedenti.
Artikolu 7
Pubbliċità
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 8
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jħejji aġenda provviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 6 mhux iktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-affarijiet li fir-rigward tagħhom il-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni fl-aġenda mhux iktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-affarijiet m'għandhomx jinkitbu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumentazzjoni ta' sostenn ma tkunx intbagħtet lis-Segretarji mhux iktar tard mid-data ta' meta tintbagħat l-aġenda.
L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Affarijiet minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jitpoġġew fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.
2. Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, inaqqas il-limiti taż-żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jieħu kont tal-ħtiġiet ta' xi każ partikolari.
Artikolu 9
Minuti
Abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa għandu jkun imħejji miż-żewġ Segretarji.
Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull oġġett fl-aġenda:
|
— |
id-dokumentazzjoni sottomessa lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, |
|
— |
stqarrijiet mitluba biex jiddaħħlu minn membru tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, |
|
— |
id-deċiżjonijiet meħuda u rakkomandazzjonjiet magħmula, l-istqarrijiet li fuqhom kien hemm qbil u l-konklużjonijiet adottati. |
L-abbozz tal-minuti għandu jkun sottomess lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Meta jiġu approvati, il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u miż-żewġ Segretarji. Il-minuti għandhom jitpoġġew fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jaġixxi bħala depożitorju tad-dokumenti ta' l-Assoċjazzjoni. Kopja ċertifikata għandha tintbagħat lil kull wieħed mill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 6.
Artikolu 10
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel rakkomandazzjonijiet bi ftehim komuni tal-Partijiet.
Matul il-perijodu inter-sessjonali, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.
2. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, fit-tifsira ta' l-Artikolu 110 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom jissejħu rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwit b'numru serjali, bid-data ta' l-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jintbgħatu lil kull wieħed mill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 6.
Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 11
Lingwi
Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali taż-żewġ Partijiet.
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.
Artikolu 12
Spejjeż
Il-Komunità u l-FYROM għandhom joħorġu kull wieħed l-ispejjeż li jġarrbu minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kemm rigward il-persunsal, l-ivjaġġar u n-nefqa ta' sussistenza u kif ukoll fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-posta u t-telekommunikazzjonijiet.
L-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni ta' dokumenti għandhom jinġarru mill-Komunità, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni fi jew mil-lingwa uffiċjali tal-FYROM, li għandhom jinġarru mimill-FYROM. Spejjeż oħrajn marbuta ma' l-organizazzjoni ta' laqgħat għandhom jinġarru mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 13
Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
1. Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni hu hawnhekk stabbilit sabiex jgħin lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fit-twettieq tad-doveri tiegħu. Hu għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-waħda, u minn rappreżentanti tal-FYROM, min-naħa l-oħra, normalment f'livell ta' uffiċjali għolja taċ-ċivil.
2. Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jipprepara l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fejn adatt, u, in ġenerali, jassigura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' l-assoċjazzjoni u l-funzjonament sew tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Hu għandu jikkunsidra kwalunkwe materja riferuta lilumill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe materja oħra li tista' tqum matul l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjon. Hu għandu jissottometti proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
3. Fil-każijiet fejn il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jirreferi għall-obbligu ta' konsultazzjoni jew il-possibilità ta' konsultazzjoni, din il-konsultazzjoni tista' ssir fi ħdan il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jablu hekk.
4. Ir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huma annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Brussel, nhar it-28 ta' Mejju 2004
Ghall-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni
Il-President
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI
Artikolu 1
Presidenza
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut alternattivament għal perijodi ta' 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u minn rappreżentant tal-Gvern u tal-FYROM. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2004.
Artikolu 2
Laqgħat
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' meta ċ-ċirkustanzi jitolbu hekk, bi ftehim taż-żewġ Partijiet.
Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha ssir fil-ħin u l-post miftiehem miż-żewġ Partijiet.
Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jissejħu mill-President.
Artikolu 3
Delagazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-President għandu jkun informat kif ser tkun komposta d-delegazzjoni ta' kull Parti.
Artikolu 4
Segretarjat
Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tal-FYROM għandhom jaġixxu flimkien bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni.
Il-kommunikazzjonijiet kollha lil u mill-President tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jintbgħatu lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u lis-Segretarji u l-President tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Artikolu 5
Pubbliċità
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.
Artikolu 6
Aġendi għal-laqgħat
1. Il-President għandu jħejji aġenda provviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 4 sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.
L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-affarijiet li fir-rigward tagħhom il-President ikun rċieva talba għall-inklużjoni fl-aġenda mhux iktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm l-affarijiet m'għandhomx jinkitbu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumentazzjoni ta' sostenn ma tkunx intbagħtet lis-Segretarji mhux iktar tard mid-data ta' meta tintbagħat l-aġenda.
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jistieden esperti biex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.
L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Affarijiet minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jistgħu jitpoġġew fl-aġenda jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.
2. Il-President jista', bi ftehim maż-żewġ Partijiet, inaqqas il-limiti taż-żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jieħu kont tal-ħtiġiet ta' xi każ partikolari.
Artikolu 7
Minuti
Għandhom jittieħdu minuti f'kull laqgħa u għandhom ikunu bbażati fuq il-ġabra fil-qosor li jagħmel il-President tal-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Meta approvati mill-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-minuti għandhom ikunu iffirmati mill-President u mis-Segretarji u iffajljati minn kull wieħed mill-Partijiet. Kopja tal-minuti għandha tintbagħat lil kull wieħed mill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 8
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jingħata l-poter mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni taħt l-Artikolu 110 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, biex jieħu deċiżjonijiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet, dawn l-atti għandhom jissejħu rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwit b'numru serjali, bid-data ta' l-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi ftehim komuni bejn il-Partijiet.
Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ikunu iffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji u għandhom jintbagħtu lill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan l-Anness.
Kull Parti tista' tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tiegħu.
Artikolu 9
Spejjeż
Il-Komunità u l-FYROM għandhom joħorġu kull wieħed l-ispejjeż li jġarrbu minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Stabbilizzazjoni u Assoċjazzjoni, kemm rigward il-persunal, l-ivjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward ta' l-ispejjeż tal-posta u t-telekommunikazzjonijiet.
L-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni ta' dokumenti għandhom jinġarru mill-Komunità, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni fi jew mil-lingwa uffiċjali tal-FYROM, li għandhom jinġarru mill-FYROM. Spejjeż oħrajn marbuta ma' l-organizzazzjoni ta' laqgħat għandhom jinġarru mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħat.
Artikolu 10
Sottokumitati u gruppi speċjali
Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' joħloq sottokumitati jew gruppi speċjali biex jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u li għandhom jirrappurtaw lilu wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom. Il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jabolixxi xi sottokumitati jew gruppi eżistenti, jistabbilixxi jew jimmodifika t-termini ta' referenza tagħhom jew jistabbilixxi iktar sottokumitati jew gruppi sabiex jassituh fit-twettieq tad-doveri tiegħu. Dawn is-sottokumitati u gruppi m'għandhomx ikollhom poteri li jieħdu d-deċiżjonijiet.