|
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
118 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Settembru 2004
li tapprova t-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni teknika 2004 għat-titjib ta' l-istatistiċi agrikoli
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3374)
(2004/637/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 96/411/KE tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1996 relattiva għat-titjib ta' l-istatistiċi agrikoli komunitarji (1) u b'mod speċjali l-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 4 tagħha u l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6 tagħha,
Billi :
|
(1) |
B'mod konformi mad-Deċiżjoni 96/411/KE, il-Kummissjoni kull sena tistabbilixxi pjan ta' azzjoni teknika għall-istatistiċi agrikoli. |
|
(2) |
Hu neċessarju li tittejjeb l-informazzjoni fuq il-karatteristiċi fiżiċi ta' l-agrikoltura ewropea, u li jitwaqqfu sistemi ta' informazzjoni fuq l-istruttura ta' l-irziezet fil-pajjiżi mseħbin għall-implimentazzjoni tas-sistemi politiċi komunitarji relattivi. |
|
(3) |
B'mod konformi mad-Deċiżjoni 96/411/KE, il-Komunità tipparteċipa finanzjarjament fl-ispejjeż magħmula minn kull Stat Membru għall-addattar tas-sistemi nazzjonali jew għax-xogħlijiet preparatorji marbutin ma' bżonnijiet ġodda jew li qed jiżdiedu li għandhom jitwettqu fil-qafas ta' pjan ta' azzjoni teknika. |
|
(4) |
Jaqbel li jiġu kkonsolidati ċerti azzjonijiet mibdija fil-pjanijiet ta' azzjoni preċedenti u li jitkompla l-isforz mibdi. |
|
(5) |
Minħabba t-tkabbir li se jseħħ matul is-sena 2004 hemm bżonn li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-2004 issir f'żewġ fażijiet. L-ewwel fażi ta' dan il-pjan ta' azzjoni ġiet approvata bid-Deċiżjoni 2004/366/KE tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2004 (2). Jaqbel li issa tiġi adottata t-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni msemmi. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
It-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni teknika 2004 għat-titjib ta' l-istatistiċi agrikoli (TAPAS 2004 - fażi 2), li tidher fl-Anness, hi approvata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula Brussell fit-8 ta' Settembru 2004.
Mill-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 162, ta' l-1.7.1996, p. 14. Deċiżjoni modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 1919/2002/KE (ĠU L 293 tad-29.10.2002, p. 5).
ANNESS
It-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni teknika 2004 għat-titjib ta' l-istatistiċi agrikoli (TAPAS 2004 — fażi 2)
L-azzjonijiet maħsuba bit-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni teknika għat-titjib ta' l-istatistiċi agrikoli (TAPAS) fl-2004 għandhom l-għan li jiżviluppaw jew itejbu l-istatistiċi fl-oqsma li ġejjin :
|
(a) |
il-karatteristiċi fiżiċi ta' l-agrikoltura ewropea, |
|
(b) |
l-istatistiċi fuq l-istruttura ta' l-irziezet. |
Il-Kummissjoni se tipparteċipa finanzjarjament fil-proġetti żviluppati fil-qafas ta' dawn l-azzjonijiet. Din il-kontribuzzjoni minn kull Stat Membru m'hijiex se taqbeż l-ammonti indikati fit-tabelli A u B.
L-azzjonijiet preżentati mill-Istati Membri jikkonċernaw :
1) Il-karatteristiċi fiżiċi ta' l-agrikoltura ewropea
Din l-azzjoni hi parti mill-prolungament ta' l-azzjonijiet diġà mwettqa fis-snin preċedenti u hi maħsuba biex ittejjeb l-informazzjoni statistika fir-rigward ta' wċuħ, produzzjoni u użu tal-prodotti agrikoli, b'mod speċjali l-frott u l-ħaxix; il-bhejjem u l-produzzjoni u l-użu tal-prodotti tal-bhejjem, b'mod partikolari l-produzzjoni tal-ħalib.
2) L-istatistiċi fuq l-istruttura ta' l-irziezet
L-istatistiċi fuq l-istruttura ta' l-irziezet huma ta' importanza kbira għall-kontinwità tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola. Fl-2003, jiġifieri qabel l-adeżjoni, l-10 pajjiżi mseħbin għamlu stħarriġ fuq l-istruttura ta' l-irziezet, imma ma kinux obbligati li jittrasmettu l-fatti individwali lill-Eurostat. It-tieni fażi tal-pjan ta' azzjoni TAPAS 2004 għandha tippermettilhom li jippreparaw din it-trasmissjoni u li jikkonsolidaw l-istatistiċi dwar l-istruttura. Din għandha wkoll tippermetti xogħlijiet metodoloġiċi u l-implimentazzjoni tat-tipoloġija komunitarja ta' l-irziezet.
TABELLA A
Pjan ta' azzjoni teknika 2004, fażi 2
UE 15
Parteċipazzjoni finanzjarja massima tal-Komunità fl-ispejjeż magħmula
|
(f'eluf ta' ewro) |
||||||||||||||||
|
PAJJIŻI |
BE |
DK |
DE |
EL |
ES |
FR |
IE |
IT |
LU |
NL |
AT |
PT |
FI |
SE |
UK |
TOTAL |
|
Karatteristiċi fiżiċi |
|
12 |
20 |
|
|
|
|
111 |
|
|
|
|
|
|
|
143 |
|
TOTAL |
|
12 |
20 |
|
|
|
|
111 |
|
|
|
|
|
|
|
143 |
TABELLA B
Pjan ta' azzjoni teknika 2004, fażi 2
Pajjiżi li aderixxew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004
Parteċipazzjoni finanzjarja massima tal-Komunità fl-ispejjeż magħmula
|
(f'eluf ta' ewro) |
|||||||||||
|
PAJJIŻI |
CZ |
EE |
CY |
LV |
LT |
HU |
MT |
PL |
SI |
SK |
TOTAL |
|
Karatteristiċi fiżiċi |
40 |
29,7 |
|
21,096 |
14 |
30,5 |
28,6 |
|
11,25 |
38 |
213,146 |
|
Statistiċi fuq l-istruttura ta' l-irziezet |
|
13,95 |
|
|
|
|
|
54 |
9,9 |
36 |
113,850 |
|
TOTAL |
40 |
43,65 |
|
21,096 |
14 |
30,5 |
28,6 |
54 |
21,15 |
74 |
326,996 |