32004D0452



Official Journal L 156 , 30/04/2004 P. 0001 - 0004


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li tfassal elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi

(notifikata bin-numru tad-dokument C(2004) 1664)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2004/452/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistika Kommunitarja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nruo 831/2002 tas-17 ta' Mejju li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-istatistika komunitarja, rigward l-aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi [2], bl-intenzjoni li jistgħu jinġibdu konklużjonijiet statistiċi għall-għanijiet xjentifiċi, għandu l-iskop li jistabilixxi l-kondizzjonijiet taħt liema jista' jiġi awtorizzat l-aċċess għad-data kunfidenzali mibgħut lill-awtorità komunitajra u r-regolamenti ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet komunitarji u dak nazzjonali sabiex tħaffef dan l-aċċess.

(2) B'mod partikolari erba' fonti importanti ta' statistika, li ġejjin, huma msemmija: Il-Panel tal-Komunità Ewropea tal-Familji (ECHP); l-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol (LFS); l-Istħarriġ Komunitarju għall-innovazzjoni (CIS); l-Istħarriġ għat-taħriġ professjonali kontinwu (CVTS).

(3) Aċċess għad-data kunfidenzali jista' jingħata mill-awtorità komunitarja lir-riċerkaturi ta' universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni superjuri stabbiliti mill-liġi komunitarju jew mill-liġi ta' Stat Membru jew ta'ċentri jew istituzzjonijiet għar-riċerka xjentifika stabbiliti mill-liġi komunitarju jew mill-liġi ta' Stat Membru.

(4) Biż-żjieda ma' dan u skond l-Artikolu 3(1)(c) ta' dan ir-Regolament, l-aċċess jista' jingħata lir-riċerkaturi ta' aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet oħra wara r-riċeviment ta' l-opinjoni tal-Kumitat tal-kunfidenzalità statistika skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 322/97.

(5) Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit elenku ta' dawn l-entitajiet wara evalwazzjoni li jitqies numru ta' kondizzjonijiet, bħalma huma l-għan prinċipali ta' l-entità, l-organizzazzjoni interna għar-riċerka, id-dispożizzjonijiet adottati għas-sigurtà u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka.

(6) Reputazzjoni tajba ta' l-entità jew esperjenzi preċedenti dwar il-produzzjoni ta' riċerki ta' kwalità u t-tixrid tagħhom fil-pubbliku huwa konsiderazzjoni għall-favur ta' l-għotja ta' l-aċċess. Konsiderazzjoni sekondarju huwa jekk l-entità hija entità stabbilita u magħrufa bħala entità awtorevoli fil-qasam partikolari tagħha, forsi minn sponsors, partners jew azzjonisti stimati.

(7) Ir-riċerka fl-entità għandha ssir f'unit definit tajjeb, mingħajr relazzjonijiet fil-livell organizzativ jew amministrattiv bejn l-oqsma ta' tfassil tal-politika ta' l-entità, u l-unit tar-riċerka għandha tingħaraf bħala unit separat u awtonomu, immexxi minn direttur superjuri li ma għandux responsabbiltà diretta tal-politika jew l-implimentazzjoni ta' l-iskop ta' l-entità.

(8) Il-kap ta' l-entità għandu jagħti garanziji xierqa li huma meħtieġa dwar aspetti varji, bħalma huma l-impediment ta' l-impjegati ta' l-unit tar-riċerka tat-tixrid ta' tagħrif miksub mid-data mogħti lil kull impjegati barra mill-unit għajr ir-riżultati aggregati u sintetiċi tar-riċerka bl-awtorizzazzjoni tal-kap ta' l-unit tar-riċerka, jew li jiġi assigurat li jkun meqjus bħala offiża dixxiplinarja gravi rikjesta, lill-impjegati ta' l-unit tar-riċerka, minn naħa ta' kull impjegat ta' l-entità għat-tagħrif dwar rekords individwali ta' kull sett ta' data mogħti.

(9) Huwa meħtieġ li jiġi mgħarraf is-sigurtà fisiku tal-post ta' l-entità u tas-sistemi informatiċi tagħhom; għandhom jingħataw deskrizzjonijiet tal-kustodja tad-data fis-sistemi informatiċi, li jinkludu d-dettalji tal-mod kif aċċess awtorizzat huwa permess u kif aċċess mhux awtorizzat jitwaqqaf u kif is-sistemi huma protteti minn aċċess mhux awtorizzat minn barra mill-entità; għandhom jiġu deskritti wkoll id-dispożizzjonijiet addotati għall-kustodja tad-dokumenti, li jinkludu dokumenti tal-karta, li fihom tagħrif mis-sett tad-data.

(10) Il-fatt li l-aċċess huwa motivat bl-għanijiet xjentifiċi jimplika li r-riżultati għandhom ikunu aċċessibbli b'xejn u malgħajr għall-komunità xjentifika. L-użu ta' settijiet tad-data għar-rapporti jew skopijiet interni biss huma kontra l-għan tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. Il-politika ta' entità dwar it-tixrid ta' riċerka mill-unit tar-riċerka tagħha għandha tkun politika miftuħa u għaldaqastant tinkorraġixxi l-pubblikazzjoni tagħha fil-letteratura xjentifika rilevanti u għalhekk tagħmel ir-riżultati mir-riċerka aċċessibbli b'xejn fuq il-website ta' l-entità jew website ieħor xieraq.

(11) Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) għandu jiġi meqjus bħala entità li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija iktar il-fuq, u għalhekk huwa miżjud ma' l-elenku ta' aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet imsemmika fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(12) Dan l-elenku għandu jiġi aġġornat kif iktar aġenziji, organizzazzjonjiet jew istituzzjonijiet jiġu meqjusa bħala entitajiet ammissibbli.

(13) Jibqa' l-fatt li talb speċifiku ta' aċċess imressaq minn dawn l-entitajiet għandhom jiġu ipproċċessati suċċessivament skond ir-regoli u l-proċeduri mniżżla mir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(14) Il-miżuri mfassla f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-kunfidenzalità statistika.

ADDODTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-elenku ta' entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jisgħtu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għall-għanijiet xjentifiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002, huwa mehmuż fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata għall-Istati Membri

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

[2] ĠU L 133, tat-18.5.2002, pġ 7.

--------------------------------------------------

ENTITAJIET LI R-RIĊERKATURI TAGĦHOM JISGĦTU JKOLLHOM AĊĊESS GĦAD-DATA KUNFIDENZALI GĦALL-GĦANIJIET XJENTIFIĊI

Bank Ċentrali Ewropew

--------------------------------------------------