32004D0434



Official Journal L 154 , 30/04/2004 P. 0054 - 0056


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' April 2004

li taddatta d-Deċiżjoni 2003/324/KE rigward deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intra-speċje għall-annimali tal-pil skond ir-REGOLAMENT (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-adeżjoni ta' l-Estonja

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 1632)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/434/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(1) tiegħu,

Billi:

(1) Rigward ċerti atti li jissoktaw validi lil hemm mill-1 ta' Mejju 2004 u li jeħtieġu l-addattament minħabba l-adeżjoni, l-addattamenti meħtieġa ma ġewx ipprovvduti fl-Att ta' l-Adeżjoni, jew kienu ppovvduti imma jeħtieġu iktar addattament. Dawn l-addattamenti kollha jeħtieġu li jiġu adottati qabel l-adeżjoni sabiex ikunu japplikaw ma' l-adeżjoni.

(2) Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni, dawn l-addattamenti jridu jiġu addattati mill-Kummisjoni fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att oriġinali.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [1] jipprovdi għal projbizzjoni fuq it-tmigħ lill-annimali bil-proteina ta' l-annimali pproċessati dderivata mill-annimali ta' l-istess speċi. Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll li jistgħu jiġu konċessi derogi fejn jidħlu l-annimali tal-pil.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/324/KE [2] telenka l-Istati Membri awtorizzati li jagħmlu użu minn din id-deroga, l-ispeċi li jistgħu jiġu mitmugħa l-proteina ta' l-annimali pproċessati dderivata mill-annimali ta' l-istess speċi, u r-regoli li fuqhom jista' jsir it-tmigħ.

(5) L-Estonja ssottomettiet talba għal deroga mill-projbizzjoni tar-riċiklaġġ intra-speċi ta' l-annimali tal-pil u ssottomettiet tagħrif biżżejjed dwar il-miżuri tas-sigurtà li fuqhom jista' jsir it-tmigħ.

(6) Id-Deċiżjoni 2003/324/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2003/324/KE hija emendata kif ġej:

1. "Skond l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, hija konċessa deroga lill-Estonja u lill-Finlandja rigward it-tmigħ lill-annimali tal-pil li ġejjin bil-proteina mill-annimali pproċessati ddervata mill-iġsma jew partijiet mil-iġsma ta' l-annimali ta' l-istess speċi:"

2. L-Artikolu 5 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 5

L-Estonja u l-Finlandja għandhom jieħdu minnufih il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħardfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.";

3. L-Artikolu 7 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' l-Estonja u lir-Repubblika tal-Finlandja"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU 273 ta’ l-10.10.2002, pġ.1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 808/2003 (ĠU 117 tat-13.5.2003, pġ.1).

[2] ĠU 117 tat-13.5.2003, pġ.37.

--------------------------------------------------