Official Journal L 144 , 30/04/2004 P. 0012 - 0033
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2004 li taddotta d-deċiżjonijiet ta' l-importazzjonijiet Komunitarji għal ċerti kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/482/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 li jirrigwarda l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi [1], u b'mod partikolari Artikolu 12(1) tiegħu, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 il-Kummissjoni trid tiddeċiedi f'isem il-Komunità, jekk tippermettix jew le l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' kull oġġett kimiku bla ħsara għall-proċedura tal-kunens imgħarraf minn qabel (PIC). (2) Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent (il-UNEP) u l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja (il-FAO) ġew maħtura sabiex jipprovdu s-servizzi segretarjali għall-operat tal-proċedura interim tal-PIC stabbilita bl-Att Finali tal-Konferenza tal-Plenipotenzarji tal-Konferenza ta' Rotterdam dwar il-proċedura tal-Kunsens Imgħarraf minn Qabel (il-PIC) għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, iffirmat fil-11 ta' Settembru 1998, u approvat mill-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità, tal-Konferenza ta' Rotterdam dwar il-proċedura tal-Kunsens Imgħarraf minn Qabel għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali [2], b'mod partikolari r-riżoluzzjoni dwar l-arranġamenti interim stabbiliti fl-Att Finali. (3) Il-Kummissjoni, hija u taġixxi bħala awtorità komuni nominata, hija meħtieġa li tibgħat id-deċiżjonijiet dwar il-kimiċi lis-Segretarjat tal-proċedura interim tal-PIC, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha. (4) Is-Segretarjat interim talab illi l-parteċipanti fil-proċedura tal-PIC jużaw il-formola tat-Tweġiba speċali tal-Pajjiż Importatur meta jirrapportaw id-deċiżjonijiet taghhom ta' l-importazzjonijiet. (5) Il-kimiċi aktinolit, amosit, antofillit u tremolit li lkoll huma għamliet amfiboli tal-fibri ta' l-asbestos ġew magħduda wkoll mal-proċedura interim tal-PIC u l-Kummissjoni rċeviet tagħrif mis-segretarjat interim fil-għamla ta' dokument ta' gwida għad-deċiżjonijiet (li jinkludi wkoll l-asbestos croċidolit, li kien diġà inkluż fil-proċedura interim tal-PIC u kien bla ħsara għal deċiżjoni Komunitarja finali ta' l-importazzjoni li ġiet irrappurtata fiċ-ċirkolari IV tal-PIC li tirrifletti kif kienet il-pożizzjoni fil-31 ta' Diċembru 1994). Dawn il-kimiċi kollha ġew ipprojbiti jew ristretti bl-aħrax b'mod progressiv fil-livell Komunitarju permezz ta' serje ta' azzjonijiet regolatorji, li l-aħħar waħda minnhom hija d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KE tas-26 ta' Lulju 1999 [3] li taddatta għas-sitt darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjoniet aministrattivi ta' l-Istati Membri fejn jidħlu r-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u tħejjijiet perikolużi [4]. Għaldaqstant għandha tittieħed deċiżjoni dwar rapport finali għall-aktinolit, l-amosit, l-antofillit u t-tremolit u għandha tittieħed deċiżjoni finali riveduta u aġġornata rigward il-kroċidolit. (6) Il-kimika DNOC ġiet miżjuda mal-proċedura interim tal-PIC, bħala pestiċida, li għaliha l-Kummissjoni rċeviet it-tagħrif minn għand is-Segretarjat Interim fil-għamla ta' dokument ta' gwida għad-deċiżjoniet. Id-DNOC jidħol fl-iskop tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2003 [6]. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/164/KE tas-17 ta' Frar 1999 li tirrigwarda n-nuqqas ta' inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva [7], id-DNOC kien eskluż mill-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu fihom minnu kellhom jiġi rtirati sas-16 ta Awissu 1999. Għaldaqshekk għandha tittieħed deċiżjoni finali dwar l-importazzjonijiet. (7) Ċerti formolazzjonijiet tal-pestċidi, fil-għamla ta' formolazzjonijiet tat-trab li jista' jitnaddaf li jkun fihom għaqda tal-benomil ta' 7 % jew fuqhom, tal-karbofuran ta' 10 % jew fuqhom u tat-tiram ta' 15 % jew fuqhom, ġew ukoll miżjuda mal-proċedura interim tal PIC. Il-Kummissjoni rċeviet tagħrif mis-segretarjat interim fil-għamla ta' dokument gwida għad-deċiżjonijiet. Il-kimiċi benomil, karbofuran u tiram jidħlu fl-iskop tad-Diretiva 91/414/KEE. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/928/KE tas-26 ta' Novembru 1999 li tirrigwarda n-nuqqas ta' inklużjoni tal-benomil fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva [8], il-benomil ġie eskluż mill-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkunu fihom minnu kellhom jiġu rtirati sal-25 ta' Mejju 2003. Il-Karbofuran bħalissa huwa bla ħsara għal stima għaddejja fil-qafas tad-Direttiva 91/414/KEE. Din id-Direttiva tipprovdi perjodu transitorju taż-żmien li matulu l-Istati Membri jitħallew li jieħdu deċiżjonijiet nazzjonali dwar is-sustanzi u l-prodotti li jidħlu fl-iskop tagħha sakemm tittieħed deċiżjoni Komunitarja. Bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE tal-5 ta' Settembru 2003 li temenda d-Direttiva 91/414/KE sabiex tinkludi l-molinat, it-tiram u ż-żiram bħala sustanzi attivi [9], it-tiram ġie inkluż fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u huwa awtorizzat sabiex jintuża fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet. It-tiram ġie notifikat ukoll taħt id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali [10], li tipprovdi għal perjodu transitorju taż-żmien li matulu l-Istati Membri jistgħu, sakemm il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, jieħdu deċiżjoni dwar is-sustanzi u l-prodotti li jidħlu fl-iskop tagħha. B'konsegwenza ta' dan, deċiżjoni interim dwar l-importazzjonijiet għandha tittieħed għall-formolazzjonijiet li jistgħu jsiru trab li jista' jitnaddaf li jkun fihom għaqda ta' benofil, karbofuran u tiram f'konċentrazzjonijiet speċifikati jew fuqhom. (8) Il-miżuri provvduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kumissjoni 2002/59/KE [12]. IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Hija adottata d-deċiżjoni finali dwar l-importazzjoni tal-kimiċi aktinolit, amosit, antofillit, kroċidolit u treolit, kif iddikjarati fil-formola tat-tweġiba ta' l-importazzjonijiet li tinsab fl-Anness I. Artikolu 2 Hija adottata d-deċiżjoni finali dwar l-importazzjoni tal-kimika DNOC, kif iddikjarata fil-formola tat-tweġiba ta' l-importazzjonijiet li tinsab fl-Anness I. Artikolu 3 Hija adottata wkoll id-deċiżjoni interim, dwar l-importazzjoni fil-għamla ta' formolazzjonijiet tat-trab li jista' jitnaddaf li jkun fihom għaqda tal-benomil ta' 7 % jew fuqhom, tal-karbofuran ta' 10 % jew fuqhom u tat-tiram ta' 15 % jew fuhom fl-Anness III. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] Regolamenrt kif l-aħar emendat bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 775/2004 (ĠU L 123, tas-27.4.2004, p. 27). [2] ĠU L 63, tas-6.3.2003, p. 27. [3] ĠU L 207, tas-6.8.1991, p. 18. [4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 24. [5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [6] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1. [7] ĠU L 54, tat-2.3.1999, p. 21. [8] ĠU L 322, tas-27.11.2002, p. 53. [9] ĠU L 224, tas-6.9.2003, p. 29. [10] ĠU L 123, ta' l-24.4.1998, p. 1. [11] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. [12] ĠU L 225, tal-21.8.2001, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Id-deċiżjoni finali ta' l-importazzjonijiet tal-kimiċi aktinolit, amosit, antofillit u tremolit, flimkien ma' deċiżjoni finali u aġġornata ta' l-importazzjonijiet għall-kroċidolit li tibdel id-deċiżjoni ta' qabel tas-sena 1994 dwar l-importazzjonijiet +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II Deċiżjoni finali għall-importazzjoni għall-kimika DNOC +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III Id-deċiżjoni interim ta' l-importazzjoni tal-formolazzjonijiet tal-pestiċidi tat-trab li jista' jitnaddaf li jkun fihom għaqda tal-benomil ta' jew aktar minn 7 %, tal-karbofuran ta' jew aktar mill-10 % u tat-tiram ta' jew aktar minn 15 %. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------