Official Journal L 083 , 20/03/2004 P. 0023 - 0025
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (notifikata bid-dokument numru K(2004) 819) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2004/266/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2003/61/KE [2], u b’mod partikolari l-aħħar sentenza tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 87/309/KEE tat-2 ta’ Ġunju 1987 li tawtorizza l-istampar li ma jidhirx ta’ informazzjoni preskritta fuq pakketti ta’ żerriegħa ta’ ċerti speċi ta’ pjanta ta’ l-għalf [3], ġiet emendata sostanzjalment diversi drabi [4]. Fl-interess u taċ-ċarezza u tar-razzjonalità l-imsemmija Deċiżjoni għandha tkun ikkodifikata. (2) Iż-żerriegħa tal-pjanta ta’ l-għalf normalment ma għandhix titqiegħed fis-suq sakemm il-pakketti tagħha ma jkunux tikkettjati b’tikketta uffiċjali skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva Nru 66/401/KEE. (3) Madankollu, jista’ jiġi awtorizzat l-istampar li ma jitħassarx fuq il-pakkett innifsu ta’ l-informazzjoni mitluba, fuq il-bażi tal-mudell stabbilit għat-tikketta. (4) Fir-rigward taż-żerriegħa taċ-ċereali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 80/755/KEE tas-17 ta’ Lulju 1980 li awtorizzat l-istampar li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni preskritta fuq il-pakketti taż-żerriegħa taċ-ċereali [5], kif emendata mid-Deċiżjoni Nru 81/109/KEE [6], awtorizzat li jsir l-istampar li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni mqegħda fuq il-pakkett innifsu, fuq il-bażi tal-mudell stabbilit għat-tikketta, taħt ċerti kondizzjonijiet li assiguraw li r-responsabbiltà tibqa’ ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat. Billi rriżulta li dik is-sistema kienet utli, għandha tingħata awtorizzazzjoni simili, taħt l-istess kondizzjonijiet, fir-rigward ta’ pjanti ta’ l-għalf. (5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal tat-Tkabbir għall-użu fl-Agrikoltura, l-Ortikoltura u x-Xjenza tal-Foresti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati, bis-saħħa tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, li jipprovdu għall-istampar taħt sorveljanza uffiċjali ta’ l-informazzjoni preskritta fuq pakketti ta’ żerriegħa ta’ speċi tal-pjanta ta’ l-għalf tal-kategoriji "Żerriegħa bażika" u "żerriegħa ċertifikata". 2. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-paragrafu 1: (a) l-informazzjoni ordnata li ssir għandha tiġi stampata jew ittimbrata fuq il-pakkett b’mod li ma jitħassarx; (b) il-format u l-kulur ta’ l-istampar jew tat-timbru għandu jkun skond il-mudell użat fl-Istat Membru konċernat; (ċ) mill-informazzjoni preskritta, mill-inqas dik mitluba skond l-Anness IV, parti A, il-punt I(a)(3) u (3a) tad-Direttiva 66/401/KEE għandha tiġi stampata jew ittimbrata meta l-kampjuni jiġu meħuda konformi ma’ l-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva, filwaqt li l-istampar u l-ittimbrar isir uffiċjalment taħt sorveljanza uffiċjali; (d) b’żieda ma’ l-informazzjoni preskritta li ssir, kull pakkett għandu jkollu numru tas-serje mogħti b’mod individwali li jrid ikun ġie stampat jew ittimbrat b’mod li ma jitħassarx mid-ditta li tistampa l-pakketti; dik id-ditta għandha tavża lill-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati bil-kwantitajiet ta’ pakketti maħruġin, inkluż in-numru tas-serje tagħhom; (e) l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati għandha żżomm nota tal-kwantitajiet ta’ żerriegħa mmarkata b’dan il-mod, inkluż in-numru u l-kontenut tal-pakketti ta’ kull lott, kif ukoll in-numri tas-serje msemmija taħt (d); (f) ir-rekords tal-produtturi għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza ta’ l-awtorità li toħroġ iċ-ċertifikati. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kondizzjonijiet li taħthom jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni mogħtija fl-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom.. Artikolu 3 Id-Deċiżjoni 87/309/KEE qegħda tiġi mħassra. għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li hemm fl-Anness II. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 2004. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66 (Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż, Serje I, p. 132). [2] ĠU L 165, tat-3.7.3, p. 23. [3] ĠU L 155, tas-16.6.87, p. 26. [4] Ara l-Anness I [5] ĠU L 207, tad-9.8.80, p. 37. [6] ĠU L 64, tal-11.3.81, p. 13. -------------------------------------------------- L-Anness I Id-Deċiżjoni mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha Deċiżjoni Nru 87/309/KEE | (ĠU L 155, tas-16.6.1987, p. 26) | Deċiżjoni Nru 88/493/KEE | (ĠU L 261, tal-21.9.1988, p. 27) | Deċiżjoni Nru 97/125/KE, l-Artikolu 2 biss | (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 35) | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Tabella tal-korrelazzjoni Deċiżjoni Nru 87/309/KEE | Din id-Deċiżjoni | L-Artikolu 1 u 2 | L-Artikolu 1 u 2 | — | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 | — | L-Anness I | — | L-ANNESS II | --------------------------------------------------