Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0017 - 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2004 dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-evalwazzjoni ta’ metodi biex jiġu skoperti proteini proċessati ta’ l-annimal fl-għalf (notifikata bid-dokument numru K(2004) 131) (2004/99/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tagħha, Billi: (1) Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE il-Komunità għandha twettaq il-miżuri xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jippreskrivi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatija sponġiformi trasmissibbli(TSEs) [2] jipprojbixxi t-tmiegħ ta’ proteini ta’l-annimali lill-annimali mrobbija fl-irziezet, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti proteini ta’l-annimali. (3) Il-projbizzjoni ta’l-użu ta’proteini ruminanti fl-għalf ta’ ruminanti hija element prinċipali għall-prevenzjoni tat-trasmissjoni tat-TSEs lir-ruminanti. Għalhekk, l-implimentazzjoni kif imiss ta’ dik il-projnizzjoni għandha tkun strettament kontrollata permezz ta’ l-analiżi ta’ l-għalf. (4) Proteini miksuba minn non-ruminanti ma ġewx implikati fil-każi TSE, u ma hemm ebda evidenza xjentifika li tipponta lejn l-involviment ta’ proteini non-ruminanti fit-trasmissjoni tat-TSE. Iżda ġie ppruvat meħtieġ li jiġi projbit l-użu ta’ non-ruminanti fl-għalf għal raġunijiet ta’ kontrolli. B’mod partikolari, metodi analitiċi biex jidifferenzaw bejn proteini ruminanti u non-ruminanti fl-għalf m’humiex disponibbli. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi r-regoli tas-saħħa li jikkonċernaw bi-prodotti ta’l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem [3] jipprojbixxi t-tmiegħ lill-annimali ta’ proteini pproċessati ta’ l-annimali miksuba minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali ta’l-istess speċji. (6) L-użu ta’ proteini non-ruminanti fl-għalf taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jista’ biss jiġi rikonsidrat jekk metodi validati li jiddifferenzaw dawn il-proteini mill-proteini tar-ruminanti jsiru disponibbli. (7) Studju ta’ paragun bejniethom għall-istabbiliment ta’ proteini pproċessati ta’ l-annimali fl-għalf twettaq fl-2003 mill-Istitut għall-Materjali ta’ Referenza u Kejl taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka (IRMM-JRC). L-istudju wera li l-varjazzjoni fl-applikazzjoni tat-testijiet mikroskopiċi, u possibbilment il-ħila limitata ta’ xi analisti, rriżultat f’differenzi sinjifikanti fis-sensitività, speċifiċità u eżattezza ta’ l-iniku metodu uffiċjali presentement disponibbli. B’żieda, l-istudju wera perspettivi tajbin għall-validazzjoni ta’ metodi alternattivi. (8) Ibbażata fuq dan l-istudju u sabiex jiġi armonizzat u imtejjeb l-istabbiliment ta’ proteini pproċessati mill-annimali, proposta qed tiġi fil-present diskussa li tispeċifika u ttejjeb il-metodu mikroskopiku. Din il-proposta tipprevbedi wkoll l-approvazzjoni ta’ metodu alternattivi speċifiċi għall-ispeċji ġialadarba jiġu validati. (9) Kontra dan l-isfond, huwa meħtieġ li tiġi monitorjata l-effikaċja tal-laboratorji li jwettqu t-testijiet mikroskopiċi, b’mod partikolari fil-pajjiżi li sejrin jissieħbu, u biex jiġu skrinjati metodi alternattivi meta jsiru disponibbli. (10) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġislazzjoni tal-Komunità u għandhom, għalhekk, jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. (11) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI: Artikolu 1 Il-Kummissjoni għandha tassigura li għal ta’ l-anqas għal perjodu ta’ 12-il xahar il-kompiti li ġejjin fir-rigward tal-metodi ta’ evalwazzjoni biex jiskopru proteini proċessati ta’ l-annimali fl-għalf jitwettqu: (a) test ta’ profiċjenza dwar l-iskoperta ta’ kostitwenti ta’ l-annimali fl-għalf; (b) studji qabel il-validazzjoni dwar il-metodi analitiċi relevanti għall-iskoperta ta’ kostitwenti ta’l-annimali fl-għalf, skond il-progress ta’ l-iżviluppi ta’ dawk il-metodi. Artikolu 2 Għall-miżuri previsti fl-Artikolu 1 il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità m’għandhiex teċċedi EUR 60000. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2004. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, pġ.1). [2] ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1915/2003 (ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 1). [3] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 10. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 808/2003 (ĠU L 117, tat-13.5.2003, p. 10). --------------------------------------------------