Official Journal L 008 , 14/01/2004 P. 0017 - 0021
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tniżżel kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd mill-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5018) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/38/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha, Billi: (1) Twettqet spezzjoni fl-Eġittu għan-nom tal-Kummissjoni biex jiġu verifikati l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti mis-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità. (2) Il-ħtiġiet fil-leġislazzjoni ta’ l-Eġittu dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u l-immonitorjar tal-prodotti mis-sajd huma meqjusa ekwivalenti għall-dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE. (3) B’mod partikolari l-Organizzazzjonijiet Ġenerali tas-Servizzi Veterinarji (GOVS), hija kapaċi li effettivament tivverifika l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni fis-seħħ. (4) Il-GOVS ipprovdiet assigurazzjonijiet uffiċjali fir-rigward tal-konformità ma’ l-istandards għall-kontrolli tas-saħħa u l-immonitorjar tal-prodotti mis-sajd kif stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness li jinsab mad-Direttiva 91/493/KEE u fir-rigward tat-tħaris ta’ ħtiġiet iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva. (5) Huwa xieraq li jitniżżlu dispożizzjonijiet dettaljati dwar prodotti mis-sajd importati fil-Komunità mill-Eġittu, skond id-Direttiva 91/493/KEE. (6) Huwa wkoll meħtieġ li titħejja lista ta’ stbbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-friża, u lista tal-bastimenti friża mgħamra skond il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tippreskrivi r-regoli minimi ta’iġjene applikabbli għall-prodotti mis-sajd maqbuda abbord ċerti bastimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE [2]. Dawk il-listi għandhom jitħejjew fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-GOVS lill-Kummissjoni. (7) Minħabba li l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd mill-Eġittu sejrin ikun awtorizzati għall-ewwel darba permezz tad-deċiżjoni presenti m’hemmx il-ħtieġa ta’ perjodu tansitorji, u perjodu ta’ tlett ijiem huwa suffiċjenti biex jassigura l-pubbliċità ta’ l-awtorizzazzżjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet minn dan il-pajjiż għandhom ikunu permessi tlett ijiem wara il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. (8) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Organizzazzjonijiet Ġenerali tas-Servizzi Veterinarji (GOVS), għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-Eġittu identifikata għall-finijiet tal-verifika u l-immonitorjar tal-konformità ta’ prodotti mis-sajd mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE. L-Artikolu 2 Il-prodotti mis-sajd importati fil-Komunità mill-Eġittu għandhom iħarsu l-ħriġiet stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 5. L-Artikolu 3 1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali numerat tas-saħħa skond il-mudell muri fl-Anness I u magħmul minn paġna waħda, debitament mimlija iffirmata u datata. 2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitħejja f’ta’ l-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn jitwettqu l-verifiki. 3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jġorr l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappresentant tal-GOVS, u t-timbru uffiċjali ta’ dan imsemmi l-aħħar f’kulur differenti minn dak ta’ l-endorsjar. L-Artikolu 4 Il-prodotti mis-sajd għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, jew imħażen tal-friża, jew mill-bastimenti tal-friża elenkati fl-Anness II. L-Artikolu 5 Il-pakketti kollha għandhom iġorru l-kelma "l-Eġittu" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ l-oriġini f’ittri li ma jitħassrux, ħlief fil-każ ta’ prodotti mis-sajd iffriżati fi kwantità u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel ippriservat. L-Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mis-17 ta’ Jannar 2004. L-Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [2] ĠU L 187, 07.07.92, p. 41. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II LISTA TA’ STABBILIMENTI U BASTIMENTI Iskrizzjoni tal-kategorija: PP : Impjant ta’ l-ipproċessar. Nru ta’ approvazzjoni | Isem | Belt/reġjun | limitu ta’ approvazzjoni | Kategorija | 066.F.I | Sala Company (Mahmoud El-Sala Mahmoud Dorgam) | Port Said | 25 March 2004 | PP | --------------------------------------------------