Official Journal L 003 , 07/01/2004 P. 0034 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ l-Assigurazzjoniet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2004/9/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Billi: (1) F’Ġunju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/527/KE [1] u 2001/528/KE [2] li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej rispettivament. (2) Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Frar u tal-21 ta’ Novembru 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-avviċinament fuq erba’ livelli mitkellem favuru fir-Rapport Finali tal-Kumitat ta’ l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq tat-titoli Ewropej u sejjaħ għalbiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta’ dan l-avviċinament għas-setturi tal-banek u ta’ l-assigurazzjoni bla ħsara għal impenn ċar mill-Kunsill għal riforma sabiex jiġi ggarantit bilanċ istituzzjonali xieraq. (3) Fit-3 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dawn l-arranġamenti fl-oqsma tal-banek u ta’ l-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li tistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun kumitati ġodda f’kapaċità konsultattiva fejn jidħlu dawn l-oqsma. (4) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/675/KE tad-19 ta’ Diċembru 1991 li tisabbilixxi Kumitt ta’ l-Assigurazzjonijiet [3] stabbiliet Kumitat sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-kamp ta’ l-assigurazzjonijiet. (5) Il-Kummissjoni pproponiet direttiva li timmodifika, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 91/675/KE, l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-kordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrttivi li għandhom x’jaqsmu mat-teħid u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni għall-ħajja [4] kif emendata, id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tirrigwarda l-assigurazzjoni għall-ħajja [5], u d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza supplimentari ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u d-ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6], sabiex tħassar il-funzjonijiet konsultattivi tal-Kunitat ta’ l-Assigurazzjonijiet. (6) Din l-emenda teħtieġ il-ħolqien korrispondenti u simultanju ta’ grupp ġdid konsultattiv sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni rigward l-iżvilupp tal-leġislazzjoni Komunitarja fl-oqsma ta’ l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej" (7) Sabiex jiġi żgurat dan, id-Deċiżjoni għandha titwieled biss fl-istess żmien ta’ kull Direttiva oħra li tħassar il-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat ta l-Assigurazzjoniet. (8) Il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej għandu jkun kompetenti li jeżamina kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw l-oqsma ta’ l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, u, b’mod partikolari, għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar proposti ġodda għal-leġislazzjoni ġdida f’dawk l-oqsma li l-Kummissjoni jkun beħsiebha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej ma għandux jindirizza aspetti mil-liġijiet tax-xogħol u soċjali bħalma huma l-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, b’mod partikolari is-sħubija obbligatorja u r-riżultti tal-ftehimijiet ta’ negozjati kollettivi, IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Huwa hawnhekk stabbilit grupp konsultattiv dwar l-assigurazzjoniet u l-pensjonijiet tax-xogħol fil-Komunità, imsejjaħ "il-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej" (minn issa ’l quddiem riferit bħala "il-Kumitat"). Artikolu 2 1. Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, dwar kwistjonijiet tal-politika fejn jidħlu l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet tax-xogħol kif ukoll proposti tal-Kummissjoni f’dawn l-oqsma. Il-Kumitat għandu jeżamin kull kwistjoni li jkollha x’taqsam mas-setturi ta’ l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet tax-xogħol, u b’mod partikolari d-Direttivi dwar l-assigurazzjoni, l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-pensjonijiet taxxogħol. 2. Il-Kumitat ma għandux jikkunsidra l-problemi speċifiċi fejn jidħlu l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew l-assigurazzjoni mill-ġdid jew l-istituzzjonijiet tal-pensjonijiet tax-xogħol. 3. Il-Kumitat ma għandux jindirizza aspetti tal-liġijiet tax-xogħol u soċjali bħalma huma l-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, b’mod partikolari s-sħubija obbligatorja u r-riżultati tal-ftehim tan-negozjati kollettivi. Artikolu 3 1. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli ta’ l-Istati Membri. Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Il-President tal-Kumitat ta’ l-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE [7] għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur. 3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat. 4. Is-segretarjat tal-Kumitat għandu jiġi provvdut mill-Kummissjoni. 5. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Artikolu 4 Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari taż-żmien u kull meta s-sitwazzjoni hekk titlob. Il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ laqgħa ta’ emerġenza jekk tikkunsidra illi sitwazzjoni hekk teħieġ. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum tad-dħul fis-seħħ ta’ kull direttiva li temenda l-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat ta’ l-Asskurazzjonijiet. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Novembru 2003. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43. [2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45. [3] OJ L 374, tal-31.12.1991, pġ. 32. [4] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. [5] ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1. [6] ĠU L 35, tal-11.2.2003, pġ. 1. [7] Ara l-paġna 30 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------