32003R2314



Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0032 - 0033


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2314/2003

tad-29 ta' Diċembru 2003

li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità tas-segala miżmuma mill-aġenzija ta' intervent Ġermaniża

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1] u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi l-proċedura u l-kondizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent [2] jipprovdi partikolarment li ċereali miżmuma minn aġenzija ta' intervent għandhom jinbiegħu permezz ta' proċedura għall-offerti bi prezzijiet li jipprevjienu tfixkil fis-suq.

(2) Il-Ġermanja għad għandha ħażniet ta' intervent tas-segala.

(3) Minħabba fil-kondizzjonijiet diffiċli tat-temp f'ħafna mill-Komunità, il-produzzjoni taċ-ċereali ġiet imnaqqsa sinifikament fis-sena tas-suq ta' l-2003/04. Din is-sitwazzjoni rriżultat fi prezzijiet għoljin lokalment, li jikkawżaw diffikultajiet partikolari għal impriżi ta' bhejjem ħajjin u għall-industrija tat-tgħam, li qed isibuha diffiċli li jiksbu provvisti bi prezzijiet kompetittivi.

(4) Huwa għalhekk xieraq li ħażniet tas-segala miżmuma mill-aġenzija ta' intervent Ġermaniża jsiru disponibbli fis-suq intern. Il-perjodu ta' preżentazzjoni ta' l-offerti għall-aħħar stedina parzjali għall-offerti skond ir-Regolament (KE) Nru 1510/3003 [3] li skada fit-18 ta' Diċembru 2003, huwa ta' parir li tinfetaħ stedina permanenti għall-offerti ġdida.

(5) Biex titqies is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità, għandha ssir disposizzjoni biex il-Kummissjoni tmexxi din l-istedina għall-offerti. B'żidea ma' dan, disposizzjoni għandha ssir għal koeffiċjent ta' għotja għal offerti li joffru l-prezz minimu ta' bejgħ.

(6) Meta l-aġenzija ta' intervent Ġermaniża tgħarraf lill-Kummissjoni, il-persuni li jagħmlu l-offerti (tenderers) għandhom jibqgħu anonimi.

(7) Bil-ħsieb li tiġi modernizzata l-amministrazzjoni, it-tagħrif meħtieġ mill-Kummissjoni għandu jintbagħat permezz ta' posta elettronika.

(8) Il-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali ma ħariġx opinjioni fil-limitu taż-żmien preskritt mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aġenzija ta' intervent Ġermaniża għandha tiftaħ stedina permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità ta' 1139000 tunnellata metrika tas-segala miżmuma minnha.

Artikolu 2

Il-bejgħ ipprovdut fl-Artikolu 1 għandu jseħħ skond ir-Regolament (KEE) Nru 2131/93.

Madankollu, minkejja dak ir-Regolament:

(a) l-offerta ghandha titfassal a bażi tal-kwalità attwali ta' dak il-lott li għalih japplikaw:

(b) il-prezz minimu ta' bejgħ għandu jiġi stabbilit f'livell li ma jfixkilx is-suq fiċ-ċereali.

Artikolu 3

Minkejja l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, is-sigurta ta' l-offferi hija stabbilita għal 10 EUR kull tunnellata metrika.

Artikolu 4

1. Il-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandha tkun it-8 ta' Jannar 2004 fid-9.00 (ħin ta' Brussel):

Il-dati ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti għall-istediniet parzjali sossegwenti għall-offerti għandhom ikunu kull nhar ta' Ħamis fid-9.00 (ħin ta' Brussel), bl-eċċezzjoni tat-8 ta' April u l-20 ta' Mejju 2004.

Il-data ta' għeluq għas-sottomissjoni ta' l-offerti għall-aħħar proċedura parzjali għall-offerti għandha tkun is-27 ta' Mejju 2004 fid-9.00 (ħin ta' Brussel).

2. L-offerti għandhom jiġu depożitati ma' l-aġenzija ta' intervent Ġermaniża:

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (BLE)

Adickesallee 40

D-60322

Frankfurt am Main

Fax (49-691) 56 49 62

Artikolu 5

Fi żmien sagħtejn mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni ta' offerti, l-aġenzija ta' intervent Ġermaniża għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bl-offerti li tkun irċeviet. Għandhom jintbagħtu permezz ta' posta elettronika fil-forma stabbilita fl-Anness.

Artikolu 6

Bi qbil mal-proċedura preskritt fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-prezz minimu ta' bejgħ jew tiddeċiedi li ma taċċettax l-offerti. Jekk l-offerti huma ssottomessi għall-istess lott u għal kwantita totali akbar minn dak disponibbli, prezz separat jista' jiġi fissat għal kull lott.

Fejn offerti jkunu joffru l-prezz minimu ta' bejgħ, il-Kummissjoni tista' tiffissa koeffiċjent ta' għotja għall-kwantitajiet offruti fl-istess waqt illi tistabbilixxi l-prezz minimu ta' bejgħ.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1104/2003 (ĠU L 158, tas-27.6.2003, pġ. 1).

[2] ĠU L 191, tal-31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1630/2000 (ĠU L 187, tas-26.7.2000, pġ. 24).

[3] ĠU L 217, tad-29.8.2003, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2110/2003 (ĠU L 317, tat-2.12.2003, pġ. 3).

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------