32003R2309



Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0021 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2309/2003

tad-29 ta' Diċembru 2003

li jemenda l-Annessi III B, IV u VI mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 rigward kwoti tat-tessuti għall-2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew b'regoli oħra speċifiċi Komunitarji fuq l-importazzjoni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi annwali għal ċerti prodotti tessili li joriġinaw mis-Serbia u l-Montenegro u l-Korea ta' Fuq.

(2) Mill-1 ta' Mejju 2004, l-Unjoni Ewropea se tinkludi 10 Stati Membri ġodda. L-Artikolu 6(7) ta' l-Att ta' Adeżjoni jipprovdi li l-Istati Membri ġodda jridu japplikaw il-politika ta' kummerċ komuni rigward tessili u li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità għal importi ta' prodotti tessili u tal-ħwejjeġ iridu jiġu aġġustati biex titqies l-adeżjoni ta' l-Istati Membri ġodda għall-Komunità. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għal importi ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità mkabbra jridu konsegwentement jiġu aġġustati biex jinkludu importi fl-10 Stati Membri ġodda. Dan jeħtieġ l-emenda ta' ċerti l-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 517/94.

(3) Huwa xieraq li tintuża' metodoloġija biex jiġu emendati l-kwantitajiet li tqis l-importi tradizzjonali ġo l-Istati Membri ġodda fl-aġġustament tal-livelli ġodda ta' kwota. Formola li tikkonsisti mill-medju ta' l-importi ta' l-aħħar tliet snin minn pajjiżi terzi ġo l-10 Stati Membri ġodda, pro rata temporis aġġustata,tipprovdi kejl adegwat ta' ċaqliq storiku. Is-snin 2000 sa 2002 ġew magħżula bħala l-aktar sinifikanti, għaliex jirrappreżentaw l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar importi ta' l-10 Stati Membri ġodda ta' tessili u ħwejjeġ.

(4) L-Annessi III B, IV u VI mar-Regolament (KEE) Nru 517/94 għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex iniżżlu f'lista livelli ta' kwota applikabbli għas-sena 2004. Ir-regoli dettaljati li jirregolaw l-allokazzjoni ta' kwota ta' l-2004 huma dawk li jinstabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 2308/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 dwar it-tmexxija ta' kwoti ta' tessili stabbiliti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 għas-sena 2004 [2].

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(6) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessili stabbilit skond l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi III B, IV u VI mar-Regolament (KE) Nru 517/jiġu emendati kif dikjarat fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 1, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/2003 (ĠU L 212, tat-22.8.2003, p. 46).

[2] Ara paġna 13 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi III B, IV u VI mar-Regolament (KE) Nru 517/94 jiġu emendati kif ġej:

1. L-Anness III B huwa mibdul b'dan li ġej:

"

L-ANNESS III B

Limiti kwantitattivi annwali Komunitarji riferiti fir-raba' indent ta' l-Artikolu 2(1)

Is-Serbja u l-Montenegro [1]

Kategorija | Unit | Kwantita |

1 | tunnellati mettriċi | 2350 |

2 | tunnellati mettriċi | 2853 |

2a | tunnellati mettriċi | 645 |

3 | tunnellati mettriċi | 312 |

5 | 1000 biċċa | 1326 |

6 | 1000 biċċa | 594 |

7 | 1000 biċċa | 311 |

8 | 1000 biċċa | 1109 |

9 | tunnellati mettriċi | 292 |

15 | 1000 biċċa | 460 |

16 | 1000 biċċa | 232 |

67 | tunnellati mettriċi | 244 |

""

Kategorija | Unit | Kwantita |

1 | tunnellati mettriċi | 128 |

2 | tunnellati mettriċi | 150 |

3 | tunnellati mettriċi | 81 |

4 | 1000 biċċa | 289 |

5 | 1000 biċċa | 188 |

6 | 1000 biċċa | 218 |

7 | 1000 biċċa | 97 |

8 | 1000 biċċa | 302 |

9 | tunnellati mettriċi | 71 |

12 | 1000 pairs | 1308 |

13 | 1000 biċċa | 1509 |

14 | 1000 biċċa | 154 |

15 | 1000 biċċa | 175 |

16 | 1000 biċċa | 88 |

17 | 1000 biċċa | 61 |

18 | tunnellati mettriċi | 61 |

19 | 1000 biċċa | 411 |

20 | tunnellati mettriċi | 142 |

21 | 1000 biċċa | 3416 |

24 | 1000 biċċa | 263 |

26 | 1000 biċċa | 175 |

27 | 1000 biċċa | 288 |

28 | 1000 biċċa | 286 |

29 | 1000 biċċa | 120 |

31 | 1000 biċċa | 293 |

36 | tunnellati mettriċi | 95 |

37 | tunnellati mettriċi | 378 |

39 | tunnellati mettriċi | 51 |

59 | tunnellati mettriċi | 466 |

61 | tunnellati mettriċi | 40 |

68 | tunnellati mettriċi | 120 |

69 | 1000 biċċa | 184 |

70 | 1000 biċċa | 270 |

73 | 1000 biċċa | 149 |

74 | 1000 biċċa | 133 |

75 | 1000 biċċa | 39 |

76 | tunnellati mettriċi | 120 |

77 | tunnellati mettriċi | 14 |

78 | tunnellati mettriċi | 184 |

83 | tunnellati mettriċi | 54 |

87 | tunnellati mettriċi | 8 |

109 | tunnellati mettriċi | 11 |

117 | tunnellati mettriċi | 51 |

118 | tunnellati mettriċi | 23 |

142 | tunnellati mettriċi | 10 |

151A | tunnellati mettriċi | 10 |

151B | tunnellati mettriċi | 10 |

161 | tunnellati mettriċi | 152 |

"

3. L-Anness VI huwa mibdul b'dan li ġej:

"

ANNESS VI

TRAFFIKU LI JIPPROĊEDI GĦALL-ESTERN

Limiti kwantitattivi annwali Komunitarji riferiti fl-Artikolu 4

Is-Serbja u l-Montenegro [1]

Kategorija | Unit | Kwantita |

5 | 1000 biċċa | 1501 |

6 | 1000 biċċa | 4457 |

7 | 1000 biċċa | 2190 |

8 | 1000 biċċa | 4936 |

15 | 1000 biċċa | 2576 |

16 | 1000 biċċa | 1374 |

"

--------------------------------------------------