Official Journal L 296 , 14/11/2003 P. 0017 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2000/2003 tat-13 ta’ Novembru 2003 li jistabbilixxi, għall-2004, il-persentaġġi tat-tnaqqis li għandhom ikunu applikati għad-domandi għall-allokazzjoni ta’ l-operaturi mhux-tradizzjonali permezz tal-kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni tal-banana IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 404/93 tat-13 ta’ Frar 1993 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-banana [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 896/2001 tas-7 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljata għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 404/93 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana fil-Komunità [2], u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu, Billi: (1) In-notifiki lill-Istati Membri permezz ta’ l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 jindikaw li l-allokazzjonijiet li hemm applikazzjoni dwarhom hija ta’ 4961407,000 tunnellata għall-operaturi mhux-tradizzjonali kollha A/B u 399750,000 tunnellata għall-operaturi mhux-tradizzjonali C. (2) Il-persentaġġi li għandhom ikunu applikati għad-determinazzjoni ta’ l-allokazzjonijiet għall-operaturi mhux-tradizzjonali permezz tal-kwoti ta’ tariffa A/B u C għall-2004 gġandhom għalhekk ikunu stabbiliti. (3) Għandhu jkun innutat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma adottati mingħajr preġudizzju għall-miżuri li jistgħu jittieħdu sussegwentament b’konnessjoni mat-tkabbir ta’ l-Unjoni. (4) Sabiex l-operaturi jkollhom żmien suffiċjenti li fih jippreżentaw id-domanda għal-liċenzi għall-ewwel kwart tal-2004, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’effett immedjat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għal kwoti ta’ tariffa A/B u C li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, l-allokazzjoni għal kull operatur mhux-tradizzjonali għall-2004 permezz ta’ l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 896/2001 għandha tkun dan il-persentaġġ li ġej ta’ l-allokazzjoni li tkun saret applikazzjoni dwarha: (a) għal kull operatur mhux-tradizzjonali A/B: 9,09036 %, (b) għal kull operatur mhux-tradizzjonali C: 20,63789 %. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Novembru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni J. M. Silva Rodríguez Direttur-Ġenerali ta’ l-Agrikoltura [1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2587/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 13). [2] ĠU L 126, tat-8.5.2001, p. 6; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1439/2003 (ĠU L 204, tat-13.8.2003, p. 30). --------------------------------------------------