32003R1801



Official Journal L 264 , 15/10/2003 P. 0016 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003

ta’ l-14 ta’ Ottubru 2003

li jawtorizza b’mod proviżorju l-użu l-ġdid ta’ ċertu mikro-organiżmu f’oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar addittivi f’oġġetti ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendata minn Direttiva tal-Kummissjoni 2003/7/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9e(1) tagħha,

billi:

(1) Direttiva 70/524/KEE teżiġi li l-ebda addittiv ma jitpoġġa fis-suq mingħajr awtorizzazzjoni tal-Komunità.

(2) Fil-każ ta’ addittivi msemmija f’Parti II ta’ l-Anness C ta’ Direttiva 70/524/KEE, li jinkludi l-mikro-organiżmi, awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv f’oġġetti ta’ l-ikel jistgħu jingħataw jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva huma sodisfatti u, jekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi, fid-dawl tar-riżultati disponibli, li meta jintuża fl-ikel ta’ l-annimali, ikollu wieħed mill-effetti msemmija fl-Artikolu 2(a) ta’ dik id-Direttiva. Tali awtorizzazzjoni provizjorja tista’ tingħata għal perjodu li ma jeċċedix aktar minn erba’ snin.

(3) Dan l-addittiv ġie diġa awtorizzat minn Regolament tal-Kummissjoni Nmr 1411/1999/KE [3] għal ħnienes, u b’Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nmr 1636/1999 [4] għal baqar u tiġieġ għat-tħaxxien.

(4) Data ġodda ġew sottomessi bħala sapport lill-applikazzjoni sabiex tkun estiża l-awtorizzazzjoni għal l-użu lid-dundjani għat-tħaxxien.

(5) L-istima ta’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa fir-rispett tal-mikro-organiżmu speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, juri li l-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 9e(1) ta’ Direttiva 70/524/KEE hija sodisfatta.

(6) L-użu tal-Enterococcus faecium, speċifikat fl-Anness, għandu għal daqs tant ikun awtorizzat fuq bażi proviżorja għal perjodu ta’ erba’ snin u jkun inkluż f’Kapitolu IV tal-lista ta’ addittivi awtorizzati.

(7) Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel ta’ l-Annimali wassal opinjoni favorevoli dwar is-sigurta ta’ l-użu ta’ dak il-Enterococcus faecium, li huwa wżat f’oġġetti ta’ l-ikel tad-dundjani, taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(8) L-istima ta’ l-applikazzjoni turi li ċerta proċeduri juma meħtieġa sabiex ikunu mħarsa il-ħaddiema milli jkunu esposti għal-addittivi speċifikati fl-Anness. Madankollu, tali protezzjoni hija assigurata bl-applikazzjoni ta’ Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraggixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [5].

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-addittiv li jappartjeni lil grupp "Mikro-organiżmi" msemmija fl-Anness huwa awtorizzat għal-użu bħala addittiv f’oġġetti ta’ l-ikel taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.70, p. 1.

[2] ĠU L 22, tal-25.01.03, p. 28.

[3] ĠU L 164, tat-30.06.99, p. 56.

[4] ĠU L 194, tas-27.07.99, p. 17.

[5] ĠU L 183, tad-29.06.89, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Nmr (jew Nmr KE) | Additttiv | formula kimika, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' l-annimali | Eta massima | Kontenut minimu | Kontenur massimu | Provvedimenti oħrajn | perjodu ta' awtorizzazzjoni |

CFU/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel komplut | CFU/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel komplut |

Mikro-organiżmi

13 | Enterococcus faecium DSM 10 663/NCIMB 10 415 | Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li jkun fih minimu ta': Trabb forma granulata:3,5 × 1010 CFU/gaddittiv 'forma miksija:2,0 × 1010 CFU/gaddittiv f'forma likwida:1×1010 CFU/ml additttiv | Dundjani tħaxxien għ all- | — | 1 × 107 | 1×109 | 1.Fl-istruzzjonijiet ta' l-użu ta' l-addittiv u ta' l-ewwel taħlita, indika t-temperatura tal-ħażna, l-istabilita tal-ħażna għal-pelleting.2.Jista' jintuża f'kel kompost li jkun fih il-cocci-diostats permess: diclazuril, lasalocid sodium, maduramicin ammo-nium monensin sodium, halo-fuginone, robenidine. | Mit- 18.10.2003 sat- 18.10.2007" |

--------------------------------------------------