Official Journal L 192 , 31/07/2003 P. 0008 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1351/2003 tat-30 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi proċeduri amministrattivi għall-ewwel porzjon (tranche) tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2004 għal ċerti prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina IL-KUMMISJONI TA' KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 tas-7 ta' Marzu 1994 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-amministrazzjoni ta' kwoti kwantitattivi [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(3) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikoli 13,23 u 24 miġjuba fih, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1765/82, (KEE) Nru 1766/82 u (KEE) Nru 3420/83 [3], kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 427/2003 [4], daħħal kwoti kwantitattivi annwali għal ċerti prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mniżżla f'lista fl-Anness I ma' dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 520/94 japplikaw għal dawk il-kwoti. (2) Il-Kummissjoni għal din ir-raġuni adottat ir-Regolament (KE) Nru 738/94 [5], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 983/96 [6], jippreskrivi r-regoli ġenerali biex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 520/94. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-amministrazzjoni tal-kwoti msemmija hawn fuq bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (3) Ċerti karatteristiċi ta' l-ekonomija taċ-Ċina, in-natura staġonali ta' xi wħud mill-prodotti u l-ħin meħtieġ għat-trasport ifissru li ordnijiet għal prodotti bla ħsara għal kwota ġeneralment isiru qabel il-bidu tas-sena tal-kwota. Huwa għalhekk importanti li jiġi żgurat li kostrizzjonijiet amministrattivi ma jimpedixxux ir-realizzazzjoni ta' l-importazzjonijiet ippjanati. Sabiex ma tiġix affettwata l-kontinwita ta' xejriet ta' kummerċ, l-arranġamenti għall-allokazzjoni u l-amministrazzjoni ta' l-ewwel porzjon (tranche) tal-kwoti ta' l-2004 għandhom għal din ir-raġuni jiġu adottati qabel il-bidu tas-sena tal-kwota. (4) Wara eżami tal-metodi amministrattivi differenti provvduti bir-Regolament (KE) Nru 520/84. il-metodu bbażat fuq xejriet ta' kummerċ tradizzjonali għandhom jiġu adottati. Skond dan il-metodu il-kwoti jinqasmu f'żewġ porzjonijiet, li waħda minnhom hija riservata għal importaturi tradizzjonali u l-oħra għal applikanti oħra. (5) Dan instab li huwa l-aħjar mod biex tiġi żgurata l-kontinwita ta' kummerċ għal importaturi Komunitarji konċernati u li jevita kull tfixkil ta' xejriet ta' kummerċ. (6) Il-perjodu ta' riferenza użat għall-allokazzjoni tal-porzjoni tal-kwota imwarrba għal importaturi tradizzjonali fir-Regolament ta' qabel dwar l-amministrazzjoni ta' dawn il-kwoti ma jistax jiġi aġġornat. Is-snin 2000 u 2001 kienu karatterizzati minn ċertu tgħawwiġ, b'mod partikolari żieda aktar minn doppja ta' applikazzjonijiet minn Stat Membru wieħed, li rriżulta f'allokazzjonijiet ta' kwota individwali mnaqqsa sostanzjalment għal importaturi mhux tradizzjonali kollha fi Stati Membri kollha. Fl-2002, kien hemm żieda sinifikanti f'applikazzjonijiet minn importaturi mhux tradizzjonali minn kumpaniji tar-Renju Unit għal Stati Membri oħra li tissuġġerixxi sforz biex jaħarbu t-test ta' persuni relatati. Anke, investigazzjonijiet huma kontinwi għal numru ta' possessuri ta' liċenzi ta' l-2002 u 2003 li jistgħu jkunu kisru t-test ta' persuni relatati. Is-snin 1998 jew 1999 huma għalhekk is-snin l-aktar riċenti rappreżentattivi tax-xejra normali ta' xejriet ta' kummerċ fil-prodotti msemmija. Importaturi tradizzjonali jridu, għalhekk, jipprovaw illi jkunu importaw prodotti li joriġinaw fiċ-Ċina u li huma koperti mill-kwoti msemmija fis-snin 1998 jew 1999. (7) Instab fil-passat li l-metodu provvdut fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/94, li huwa bbażat fuq l-ordni li fih l-applikazzjonijiet ikunu rċevuti, jista' ma jkunx metodu xieraq ta' allokazzjoni ta' dak il-porzjoni tal-kwota riservata għal importaturi mhux tradizzjonali. B'konsekwenza, bi qbil ma' l-Artikolu 2(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 520/94, huwa xieraq li jiġi provvdut għal allokazzjoni bi proporzjoni mal-kwantitajiet mitluba, fuq il-bażi ta' eżami simultanju ta' applikazzjonijiet ta' liċenza ta' importazzjoni attwalment depożitati, bi qbil ma' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. (8) Il-Kummissjoni tqis meħtieġ li l-operaturi li japplikaw bħala importaturi mhux tradizzjonali u li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' persuni relatati fit-tifsira ta' l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [7], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 881/2003 [8], jistgħu jissottomettu biss applikazzjoni għal liċenza waħda għal kull linja tal-kwota mwarrba għal importaturi mhux tradizzjonali. Sabiex jiġu esklużi applikazzjonijiet spekulattivi, l-ammont li kull importatur mhux tradizzjonali jista' jitlob għandu jiġi ristrett għal volum stabbilit. (9) Huwa xieraq li jiġi stabbilit is-sehem tal-kwota riservat lil importaturi tradizzjonali għal 75 % u s-sehem ta' importaturi mhux tradizzjonali għal 25 %. (10) Jidher ukoll xieraq li jiġu trasferiti kwantitajiet mhux meħuda minn importaturi mhux tradizzjonali għal importaturi tradizzjonali, sabiex jiġi żgurat li dawn il-kwantitajiet ikunu jistgħu jibqgħu jiġu allokati fis-sena li fiha ġew attribwiti. (11) Għall-għanijiet ta' allokazzjoni ta' kwota, limitu ta' żmien jista' jiġi stabbilit għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet ta' liċenza minn importaturi tradizzjonali u mhux tradizzjonali. (12) L-Istati Membri jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet tal-liċenza ta' importazzjoni rċevuta, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. It-tagħrif dwar importazzjonijiet ta' qabel ta' importaturi tradizzjonali jista' jiġi espress fl-istess unitajiet bħall-kwota msemmija. (13) Meta jitqies li fl-1 ta' Mejju 2004 l-Unjoni Ewropea titkabbar, huwa xieraq li tiġi allokata l-kwota ta' l-2004 f'żewġ porzjonijiet (tranches), l-ewwel waħda minn Jannar sa April 2004 għal importaturi fl-Istati Membri korrenti u t-tieni waħda minn Mejju sa Diċembru 2004 għal importaturi fil-pajjiżi kollha li se jkunu Stati Membri minn Mejju 2004 'l quddiem. (14) Dawn il-miżuri huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-amministrazzjoni ta' kwoti mfassla skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament jippreskrivi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-2004 għall-amministrazzjoni ta' kwoti kwantitattivi riferiti fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 427/2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94. Meta jitqies it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004, l-kwoti ta' l-2004 għandhom jiġu allokati f'żewġ porzjonijiet (tranches) separati. Dan ir-Regolament għandu jalloka l-kwoti għal Jannar sa April 2004. Ir-Regolament (KE) Nru 738/94 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 520/94 għandu japplika, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. Il-kwoti kwantitattivi riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu allokati permezz tal-metodu bbażat fuq xejriet ta' kummerċ tradizzjonali, riferiti fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 520/94. 2. Il-porzjonijiet ta' kull kwota kwantitattiva mwarrba għal importaturi tradizzjonali u importaturi mhux tradizzjonali huma mfassla fl-Anness I ma' dan ir-Regolament. 3. (a) Il-porzjon imwarrab għal importaturi mhux tradizzjonali għandu jitqassam skond il-metodu bbażat fuq allokazzjoni bi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba. Il-volum mitlub minn kull applikant ma jistax jaqbeż dak muri fl-Anness II. (b) Operaturi li huma meqjusa bħala persuni relatati kif definit mill-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistgħu jissottomettu biss applikazzjoni għall-liċenza waħda għall-porzjoni tal-kwota mwarrba għal importaturi mhux tradizzjonali rigward il-merkanzija deskritta fl-applikazzjoni. B'żieda mad-dikjarazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 3(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 738/94, kif emendat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 938/96, l-applikazzjoni għal liċenza għall-kwota mhux tradizzjonali għandha tiddikjara li l-applikant mhuwiex relatat ma xi operatur ieħor li qed japplika għal linja ta' kwota mhux tradizzjonali msemmija. (ċ) Dawk il-proporzjonijiet tal-kwantitajiet riservati għal importaturi mhux tradizzjonali u mhux allokati se jiżdiedu mal-kwantitajiet riservati għal importaturi tradizzjonali. Artikolu 3 Applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni għandhom jiġu depożitati ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla f'lista fl-Anness III ma' dan ir-Regolament mill-jum ta' wara l-jum ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea sa 15.00, ħin ta' Brussel, 19 ta' Settembru 2003. Artikolu 4 1. Għall-għanijiet ta' allokazzjoni tal-porzjon ta' kull kwota mwarrba għal importaturi tradizzjonali, importaturi "tradizzjonali" għandhom ifissru operaturi li jistgħu juru li għandhom merkanzija importata fis-snin kalendarji 1988 jew 1999. 2. Id-dokumenti ta' appoġġ riferiti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94 għandhom jirrelataw mar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa matul jew is-sena kalendarja 1998 jew l-1999, kif indikat mill-importatur, ta' prodotti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma koperi mill-kwota rigward liema tkun saret l-applikazzjoni. 3. Minflok id-dokumenti riferiti fl-ewwel indent ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94 applikanti jistgħu jdaħħlu ma' l-applikazzjonijiet ta' liċenza tagħhom dokumenti mfassla u ċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi ta' tagħrif tad-dwana disponibbli bħala xhieda ta' l-importazzjonijiet tal-prodott msemmi matul is-snin kalendarji 1998 jew 1999 mwettqa weħidhom jew, fejn ikun applikabbli, mill-operatur li l-attivitajiet tiegħu jkunu ħadu pussess. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru 2003, 10.00, ħin ta' Brussel, bin-numru u l-kwantita aggregat ta' applikazzjonijiet ta' liċenza ta' importazzjoni u, fil-każ ta' applikazzjonijiet minn importaturi tradizzjonali, bil-volum ta' importazzjonijiet ta' qabel imwettqa minn importaturi tradizzjonali matul il-perjodu ta' riferenza riferita fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 6 Il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji kwantitattivi li jridu jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-għan li jintlaħqu applikazzjonijiet ta' importaturi mhux aktar tard mill-15 ta' Novembru 2003. Artikolu 7 Liċenzi ta importazzjoni għandhom ikunu validi għal sena, mill-1 ta' Jannar 2004. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 66, ta' l-10.3.1994, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1. [3] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 89. [4] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, p. 89. [5] ĠU L 87, tal-31.3.1994, p. 47. [6] ĠU L 131, ta' l-1.6.1996, p. 47. [7] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [8] ĠU L 134, tad-29.5.2003, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Allokazzjoni tal-kwoti Deskrizzjoni ta' prodott | Kodiċi ta' HS/NK | Porzjon riservat għal importaturi tradizzjonali 75 % | Porzjon riservat għal importaturi mhux tradizzjonali 25 % | Xeddijiet tas-sieq li jidħlu fil-kodiċijiet ta' AS/NK | ex640299 | 13650776 par | 4550259 par | 640351640359 | 1067332 par | 355777 par | ex640391ex640399 | 4225827 par | 1408609 par | ex640411 | 6355749 par | 2118583 par | 64041910 | 11121637 par | 3707212 par | Tagħmir tal-mejda, tagħmir tal-kċina tal-porċellana jew tal-kina li jidħlu taħt il-kodiċi ta' l-AS/NK | 691110 | 21027 tunnellata mettrika | 7009 tunnellata mettrika | Tagħmir tal-mejda taċ-ċeramika, tagħmir tal-kċina, oġġetti oħra tad-dar u oġġetti tat-twaletta, oħra għajr tal-porċellana jew tal-kina li jidħlu taħt il-kodiċi ta' l-AS/NK | 691200 | 15909 tunnellata mettrika | 5303 tunnellata mettrika | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Kwantita massima li tista' tintalab minn kull importatur mhux tradizzjonali Deskrizzjoni ta' prodott | Kodiċi ta' AS/NK | Kwantita massima stabbilita minn qabel | Xeddijiet tas-sieq li jidħlu fil-kodiċijiet ta' AS/NK | ex640299 | 5000 par | 640351640359 | 5000 par | ex640391ex640399 | 5000 par | ex640411 | 5000 par | 64041910 | 5000 par | Tagħmir tal-mejda, tagħmir tal-kċina tal-porċellana jew tal-kina li jidħlu taħt il-kodiċi ta' AS/NK | 691110 | 5 tunnellata mettrika | Tagħmir tal-mejda taċ-ċeramika, tagħmir tal-kċina, oġġetti oħra tad-dar u oġġetti tat-twaletta, oħra għajr tal-porċellana jew tal-kina li jidħlu taħt il-kodiċi ta' AS/NK | 691200 | 5 tunnellata mettrika | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Lista ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti 1. BELGIQUE/BELGIË Service public fédéral "Économie, PME, classes moyennes et Énergie" Administration du potentiel économique Politiques d'accès aux marchés, Service "Licences" Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie Bestuur Economisch Potentieel Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen Rue Général-Leman 60, Generaal Lemanstraat 60 B-1040 Bruxelles/Brussel Tel. (32-2) 206 58 16 Fax (32-2) 230 83 22/231 14 84 2. ID-DANIMARKA/DANMARK Erhvervs- og Boligstyrelsen Vejlsøvej 29 DK-8600 Silkeborg Tel. (45) 35 46 60 30 Fax (45) 35 46 64 01 3. IL-ĠERMANJA/DEUTSCHLAND Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) Frankfurter Straße 29-35 D-65760 Eschborn Tel. (49) 619 69 08-0 Fax (49) 619 69 42 26/(49) 6196908-800 4. IL-GREĊJA Ministry of Economy & Finance General Directorate of Policy Planning & Implementation Directorate of International Economic Issues 1, Kornarou Street GR-Athens 105-63 Tel. (30-210) 328-60 31/328 60 32 Fax (30-210) 328 60 94/328 60 59 5. SPANJA/ESPAÑA Ministerio de Economía y Hacienda Dirección General de Comercio Exterior Paseo de la Castellana, 162 E-28046 Madrid Tel. (34) 913 49 38 94/913 49 37 78 Fax (34) 913 49 38 32/913 49 37 40 6. FRANZA Service des titres du commerce extérieur 8, rue de la Tour-des-Dames F-75436 Paris Cedex 09 Tel. (33-1) 55 07 46 69/95 Fax (33-1) 55 07 48 32/34/35 7. L-IRLANDA/IRELAND Department of Enterprise, Trade and Employment Licensing Unit, Block C Earlsfort Centre Hatch Street Dublin 2 Ireland Tel. (353-1) 631 25 41 Fax (353-1) 631 25 62 8. L-ITALJA/ITALIA Ministero del Commercio con l'estero Direzione Generale per la Politica commerciale e la gestione del regime degli scambi — Disivione VII Viale America, 341 I-00144 Roma Tel. (39) 06599 31 06 59 93 24 19 06 59 93 24 00 Fax (39) 06592 55 56 9. IL-LUSSEMBURGU Ministère des affaires étrangères Office des licences Boîte postale 113 L-2011 Luxembourg Tel. (352) 22 61 62 Fax (352) 46 61 38 10. L-OLANDA/NEDERLAND Belastingdienst/Douane Engelse Kamp 2 Postbus 30003 9700 RD Groningen Nederland Tel. (31-50) 523 91 11 Fax (31-50) 523 22 10 11. ÖSTERREICH Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit Außenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1 A-1011 Wien Tel. (43) 1711 00 0 Fax (43) 1711 00 83 86 12. IL-PORTUGALL Ministério das Finanças Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Edifício da Alfândega de Lisboa Largo do Terreiro do Trigo P-1100 Lisboa Tel. (351-21) 881 42 63 Fax (351-21) 881 42 61 13. SUOMI/FINLAND Tullihallitus/Tullstyrelsen Erottajankatu/Skillnadsgatan 2 FIN-00101 Helsinki/Helsingfors Tel. (358-9) 6141 Fax (358-9) 614 28 52 14. L-ISVEZJA/SVERIGE Kommerskollegium Box 6803 S-113 86 Stockholm Tel. (46-8) 690 48 00 Fax (46-8) 30 67 59 15. IR-RENJU UNIT/UNITED KINGDOM Department of Trade and Industry Import Licensing Branch Queensway House West Precinct Billingham TS23 2NF United Kingdom Tel. (44-1642) 36 43 33/36 43 34 Fax (44-1642) 53 35 57 --------------------------------------------------