Official Journal L 187 , 26/07/2003 P. 0016 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1335/2003 tal-25 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment l-Artikolu 247 u l-Artikolu 247a tiegħu, Billi: (1) L-Artikoli 220(2)(b) u 239 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità stabbilixxa li f'ċerti każi d-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni m'għandhomx sussegwentament ikunu mdaħħla fil-kontijiet jew inkella li jistgħu jkunu rifużi jew remissi għal raġunijiet ta' ekwità. (2) Meqjus li permezz ta' l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej infurshom [3] l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-ġbir tar-riżorsi tradizzjonali tagħhom, għandu jkun primarjament għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jew le d-dazji ta' l-importazzji jew id-dazji ta' l-esportazzjoni għandhomx ikunu sussegwentament imdaħħla fil-kontijiet permezz ta' l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew rifużi jew remissi permezz ta' l-Artikolu 239 ta' dak ir-Regolament. (3) B'dana kollu, sabiex ikun assigurat trattament egwali tan-negozjanti u sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, l-obligazzjoni li d-dossiers ikunu trasmessi lejn il-Kummissjoni għal deċiżjoni, għandha tibqa, meta l-Istati Membri jikkonsidraw li dik id-deċiżjoni għandha tkun favorevoli u jew (a) żball attiv jew in-nuqas minn naħa tal-Kummissjoni jkun ikkwotat, jew (b) iċ-ċirkostanzi tal-każ huma konnessi ma l-investigazzjonijiet tal-Komunità imwettqa permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar il-materji doganali u tal-biedja [4], jew (ċ) l-ammont ta' dazji nvolut ikun EUR 500000 jew aktar. (4) B'dana kollu, ma hemmx bżonn li obligazzjoni bħal din li jkun trasmess id-dossier jekk il-Kummissjoni tkun diġa adottat deċiżjoni dwar fatt komparabbli fil-fatt u fil-liġi, la darba l-Istati Membri jistgħu jibbażaw id-deċiżjoni finali tagħhom fuq id-deċiżjoni l-aktar reċenti tal-Kummissjoni li tkun komparabbli fil-fatt u fil-liġi. (5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 881/2003 [6], għandu għalhekk ikun emendat kif jixraq. (6) Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjioni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu. Il-Kummissjoni għalhekk resqet quddiem il-Kunsill proposta dwar il-miżuri kkonċernati. Minħabba li l-Kunsill ma adottax deċiżjoni qabel l-iskadenza taż-żmien kif stabbilit fl-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [7], huwa għalhekk għall-Kummissjoni li tadotta l-imsemmija miżuri, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 869 huwa emendat kif ġej: (a) is-subparagrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej: "(b) fil-każi li fihom huma jikkonsidraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi huma mwettqa, apparti minn dawk li fihom id-dossier għandu jkun trasmess lejn il-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 871. B'dana kollu, meta l-Artikolu 871(2), it-tieni nċiż, ikun applikabbli, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jadottaw deċiżjoni li twarrab id-dħul fil-kontijiet tad-dazji f'dak il-każ sat-tmiem tal-proċedura inizzjata b'konformità ma l-Artikoli 871 sa 876."; (b) is-subparagrafu (c) huwa mħassar; (ċ) iż-żewġ paragrafi li ġejjin huma miżjuda: "Meta talba tkun ippreżentata għal rifużjoni jew remissjoni permezz ta' l-Artikolu 236 tal-Kodiċi b'konnessjoni ma l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi, is-subparagrafu (b) ta' l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 871 sa 876 għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis. Għall-iskopijiet li jkunu applikati l-paragrafi ta' hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jagħtu lil-xulxin għajnuna reċiproka, partikolarment meta żball mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru apparti milli minn dak responsabbli għat-teħid tad-deċiżjoni jkun ikkonċernat." 2. L-Artikoli 870 sa 872 huma mibdula b'dan li ġej: "Artikolu 870 1. Kull Stat Membru għandu jżomm għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni lista tal-każi li fihom id-disposizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew applikati: - l-Artikolu 869(a), - l-Artikolu 236 tal-Kodiċi b'konnesjoni ma l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi, meta l-ebda komunikazzjoni ma tkun meħtieġa permezz tal-paragrafu 2, - l-Artikolu 869(b), meta l-ebda komunikazzjoni ma tkun meħtieġa permezz tal-paragrafu 2. 2. Kull Stat Membru għandu jikkommunika lejn il-Kummissjoni lista ta' każi li fihom l-ammont mhux miġbur mill-operatur ikkonċernat fir-rigward ta' operazzjoni waħda jew aktar ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni imma li b'konsegwenza ta' żball wieħed ikun ta' aktar minn EUR 50000, u d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 236 tal-Kodiċi b'konnessjoni ma l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jew ta' l-Artikolu 869(b) jkunu ġew applikati, jagħti sommarju qasir ta' kull każ. Din il-komunikazzjoni għandha tkun mingħuta matul l-ewwel u t-tielet kwarti tas-sena għal kull sena għall-każi kollha li fihom ikun deċiż li ma jkunux imdaħħla d-dazju mhux miġbura fil-kontijiet matul in-nofs sena preċedenti. Artikolu 871 1. L-awtorità doganali għandha titrasmetti l-każ lejn il-Kummissjoni sabiet ikun deċiż permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 872 sa 876 meta din tikkonsidra li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jkunu mwettqa u: - jekk hi tikkonsidra li l-Kummissjoni tkun wettqet żball fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi, - iċ-ċirkostanzi tal-każ huma relatati mas-sejbiet ta' l-investigazzjoni tal-Komunità mwettqa bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 rigward l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex jassiguraw l-applikazzjoni korretta tal-liġi fuq il-materji doganali u agrikoli [8] jew permezz ta' leġislazzjoni tal-Komunità jew ta' xi ftehim konkluż mill-Komunità ma pajjiż jew grupp ta' pajjiżi li fih disposizzjoni tkun saret għat-twettieq ta' l-investigazzjonijiet bħal dawn mill-Komunità, jew - l-ammont mhux miġbur mill-operatur ikkonċernat fir-rigward ta' operazzjoni waħda jew aktar ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni imma b'konsegwenza ta' żball wieħed ikun ta' EUR 500000 jew aktar. 2. B'dana kollu, il-każi referuti fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu trasmessi meta: - il-Kummissjoni tkun diġa adottat deċiżjoni permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 872 sa 876 dwar każ li jinvolvi kwestjonijiet komparabbli fil-fatt u fil-liġi, - il-Kummissjoni tkun diġa tikkonsidra każ li jinvolvi kwestjonijiet komparabbli fil-fatt u fil-liġi. 3. Id-dossier ippreżentat lill-Kummissjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għal konsiderazzjoni sħiħa. Għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-imġieba ta' l-operatur ikkonċernat, u partikolarment dwar l-esperjenza professjonali, r-rieda tajba u d-diliġenza tiegħu. Dan l-istudju għandu jkun akkumpanjat bl-informazzjoni kollha li tkun tista turi li l-operatur ikun aġixxa in buona fede. Id-dossier għandu wkoll jinkludi stqarrija, iffermata mill-applikant għal rifużjoni jew remissjoni, li tiċċertifika li hu jkun qara d-dosier u jew jistqarr li hu ma jkollu xejn aktar xi jżid jew inkella li jelenka l-informazzjoni addizzjonali kollha li hu jikkonsidra li għandha tkun inkluża. 4. Malli tirċievi d-dossier il-Kummissjoni għandha tinforma lil-Istati Membri kkonċernati kif xieraq. 5. Jekk jinstab li l-informazzjoni fornuta mill-Istat Membru ma tkunx suffiċċjenti sabiex tkun tista tittieħed deċiżjoni fuq il-każ ikkonċernat b'tagħrif sħiħ tal-fatti. Il-Kummissjoni tista titlob li informazzjoni addizzjonali tkun fornuta. 6. Meta waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin iseħħ, il-Kummissjoni għandha tibgħat lura d-dossier lejn l-awtorità doganali u l-proċedura referuta fl-Artikoli 872 sa 876 għandha tkun meqjusa bħala li qatt ma kienet ġiet mibdija: - id-dossier juri li kien hemm nuqqas ta' ftehim bejn l-awtorità doganali li tkun trasmettiet id-dossier u l-persuna li tkun iffirmat l-istqarrija referuta fil-paragrafu 3 f'dak li jirrigwardja l-akkont tal-fatti, - id-dossier ikun ovvjament mhux komplut la darba ma jkun fih xejn li jiġġustifika il-konsiderazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni, - permezz tal-paragrafi 1 u 2, id-dossier m'għandux ikun trasmess, - l-eżistenza ta' dejn doganali ma tkunx ġiet stabbilita, - informazzjoni ġdida li tirrigwardja d-dosier u n-natura sabiex sostanzjalment tibdel il-preżentazzjoni tiegħu tal-fatti jew ta' l-assessjar legali tkun ġiet trasmessa mill-awtorità doganali lejn il-Kummissjoni waqt li din tkun tikkonsidra d-dossier. Artikolu 872 Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri kopja tad-dossier referut fl-Artikolu 871(3) fi żmien 15 il-jum mid-data li fiha hija tkun irċievit dak id-dossier. Il-konsiderazzjoni ta' dak il-każ għandha tkun inkluża malajr kemm jista jkun possibli fl-aġenda tal-laqgħa tal-grupp ta' l-esperti li hemm provvediment dwaru fl-Artuikolu 873." 3. L-Artikoli 873 sa 875 huma mibdula b'dan li ġej: "Artikolu 873 Wara li tikkonsulta l-grupp ta' l-esperti magħmul minn rapreżentanti ta' l-Istati Membri kollha li jiltaqgħu fil-qafas tal-Kumitat sabiex jikkonsidraw dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk iċ-ċirkostanzi kkonsidrati humiex tali li d-dazji f'dak il-każ ma jkunux jeħtieġu li jidħlu fil-kontijiet. Dik id-deċiżjoni għandha tkun meħudha fi żmien disa xhur mid-data li fiha d-dossier referut fl-Artikolu 871(3) jkun wasal għand il-Kummissjoni. B'dana kollu, meta d-dikjarazzjoni jew l-assessjar dettaljat ta' l-imġieba ta' l-operatur kif referuta fl-Artikolu 871(3) ma tkunx inkluża fid-dosier, id-disa xhur għandhom jibdew jgħaddu biss mid-data tal-wassla ta' dawk id-dokumenti għand il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtorità doganali u l-persuna kkonċernat, kif xieraq. Meta l-Kummissjoni issib li jkun meħtieġ li titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru sabiex tkun tista tilħaq id-deċiżjoni tagħha, id-disa xhur għandhom ikunu estiżi b'perijodu ekwivalenti għal dak bejn id-data ta' meta l-Kummissjoni tibgħat it-talba għal informazzjoni addizzjonali u d-data li fiha hija tirċievi din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-persuna kkonċernata bl-estenzjoni tal-proċedura. Meta l-Kummissjoni twettaq l-investigazzjonijiet hija stess sabiex tilħaq deċiżjoni, id-disa xhur għandhom ikunu estiżi biż-żmien meħtieġ għat-tkomplija ta' l-investigazzjonijiet. Estenzjoni bħal din m'għandhiex teċċedi disa xhur. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtorità doganali u lill-persuna kkonċernata bid-dati li fihom l-investigazzjoni tkun miftuħa u magħluqa. Meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-persuna kkonċernata bl-oġġezzjonijiet tagħha b'konformità ma l-Artikolu 872a, il-perijodu ta' disa xhur għandu jkun estiż b'xhar wieħed. Artikolu 874 L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun innotifikat bid-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 873 malajr kemm jista jkun possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien xhar mill-iskadenza tal-perijodu speċifikat f'dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni li hija tkun adottat sabiex tgħin lil-awtoritajiet doganali ħalli jilħqu deċiżjonijiet fis-sitwazzjonijiet li jinvolvu każi komparabbli fil-fatt u fil-liġi. Artikolu 875 Meta jkun stabbilit li d-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 873 u ċ-ċirkostanzi li jkunu taħt konsiderazzjoni huma tali li d-dazji f'dak il-każ ma jkunux jeħtieġu li jiddaħħlu fil-kontijiet, il-Kummissjoni tista tispeċifika li l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membru jkunu jistgħu jibqgħu lura milli jwettqu d-dħul ta' wara r-rilaxx fil-kontijiet fil-każi li jinvolvu każi komparabbli fil-fatt u fil-liġi." 4. L-Artikolu 899 hu mibdul bit-test li ġej: "Artikolu 899 1. Meta l-awtorità doganali li tieħdu d-deċiżjoni tistabbilixxi li applikazzjoni għal rifużjoni jew remissjoni ippreżentata lilha permezz ta' l-Artikolu 239(2) tal-Kodiċi: - tkun ibbażata fuq bażi li tikkorrespondi għal waħda miċ-ċirkostanzi referuti fl-Artikoli 900 sa 903, u li dawn ma jkunux jirriżultaw minn qerq jew negliġenza ovvja minn naħa tal-persuna kkonċernata, hi għandha tgħamel ir-rifużjoni jew ir-remissjoni ta' l-ammont tad-dazji kkonċernati ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, - tkun ibbażata fuq il-bażi li jikkorrespondu ma waħda miċ-ċirkostanzi referuti fl-Artikolu 904, hi m'għandhiex tagħmel ir-rifużjoni jew ir-remissjoni ta' l-ammont ikkonċernat tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni. 2. Fil-każi l-oħrajn, apparti milli f'dawk li fihom id-dossier għandu jkun ippreżentat lill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 905, l-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni għandha hija nnifisha tiddeċiedi li tagħti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni meta jkun hemm sitwazzjoni speċjali li tirriżulta minn ċirkostanzi li fihom l-ebda qerq jew negliġenza ovvja ma tista tkun attribwita għall-persuna kkonċernata. Meta l-Artikolu 905(2), it-tieni nċiż, ikun applikabbli, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jiddeċiedu li jawtorizzaw ir-rifużjoni jew ir-remissjoni tad-dazji f'dak il-każ sat-tmiem tal-proċedura inizzjata b'konformità ma l-Artikoli 906 sa 909. 3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 239(1) tal-Kodiċi u ta' dan l-Artikolu, "il-persuna kkonċernata" għandha tifisser il-persuna jew persuni referuti fl-Artikolu 878(1) jew ir-rapreżentanti tagħhom, u xi persuna oħra li kienet involuta fit-twettiq tal-formalitajiet doganali li jirrigwardjaw l-oġġetti kkonċernati jew li jkun ta l-istruzzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' dawn il-formalitajiet. 4. Għall-iskopijiet li jkunu applikati l-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-xulxin għajnuna reċiproka, partikolarment meta żball mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru apparti milli minn dak responsabbli għat-teħid tad-deċiżjoni jkun ikkonċernat." 5. L-Artikolu li ġej huwa miżjud wara l-Artikolu 904: "Artikolu 904a 1. Meta l-ebda komunikazzjoni ma tkun meħtieġa permezz tal-paragrafu 2, kull Stat Membru għandu jżomm għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni lista tal-każi li fihom l-Artikolu 899(2) kien applikat. 2. Kull Stat Membru għandu jikkommunika mal-Kummissjoni lista tal-każi li fihom hu jkun applika d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 899(2) u l-ammont tar-rifużjoni jew tar-remissjoni fir-rigward ta' waħda jew aktar operazzjonijiet ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni imma b'konsegwenza ta' sitwazzjoni speċifika waħda tkun aktar minn EUR 50000, jgħati sommarju qasir ta' kull każ. Din il-komunikazzjoni għandha tkun mibgħuta matul l-ewwel u t-tielet kwarti tas-sena għal kull sena għall-każi kollha li fihom ikun deċiż li jsiru r-rifużjonijiet jew ir-remissjoni tad-dazji matul in-nofs sena preċedenti." 6. L-Artikoli 905 u 906 huma mibdula bi: "Artikolu 905 1. Meta l-applikazzjoni għal rifużjoni jew remissjoni ippreżentata pemezz ta' l-Artikolu 239(2) tal-Kodiċi tkun sostnuta b'evidenza li tista tikkostitwixxi sitwazzjoni speċjali li tirriżulta minn ċirkostanzi li fihom l-ebda qerq jew negliġenza ovvja ma tista tkun attribwita lill-persuna kkonċernata, l-Istat Membru li lilu l-awtorità doganali li tieħu d-deċiżjoni tkun tappartieni għandha titrasmetti l-każ lill-Kummissjoni sabiex tkun imwettqa permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 906 sa 909 meta: - l-aworità tikkonsidra li sitwazzjoni speċjali tkun ir-riżultat li l-Kummissjoni tkun naqset fl-obligazzjonijiet tagħha, - iċ-ċirkostanzi tal-każ huma relatati mas-sejbiet mill-investigazzjoni tal-Komunità mwettqa permezz tar-Regolament (KE) Mru 515/97. jew permezz ta' leġislazzjoni oħra tal-Komunità jew ta' xi ftehim konkluż mill-Komunità ma pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi li fih disposizzjoni ssir għat-twettieq ta' l-investigazzjonijiet bħal dawn tal-Komunità, jew - l-ammont li dwaru l-persuna kkonċernata hija responsabbli fir-rigward ta' operazzjonijiet waħda jew aktar ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni imma b'konsegwenza ta' sitwazzjoni speċjali waħda ikun ta' EUR 500000 jew aktar. It-terminu "il-persuna kkonċernata" għandu jkun interpretat bl-istess mod bħal fl-Artikolu 899. 2. B'dana kollu, il-każi referuti fil-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu trasmessi meta: - il-Kummissjoni tkun diħa adottat deċiżjoni permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 906 sa 909 dwar każ li jinvolvi kwestjonijiet komparabbli fil-fatt u fil-liġi, - il-Kummissjoni tkun diġa tikkonsidra każ li jinvolvi kwestjonijiet komparabbli fil-fatt u fil-liġi. 3. Id-dossier ippreżentat lill-Kummissjoni għandu jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għal konsiderazzjoni sħiħa. Għandu jinkludi informazzjoni dettaljata dwar l-imġieba ta' l-operatur ikkonċernat, u partikolarment dwar l-esperjenza professjonali, r-rieda tajba u d-diliġenza tiegħu. Dan l-istudju għandu jkun akkumpanjat bl-informazzjoni kollha li tkun tista turi li l-operatur ikun aġixxa in buona fede. Id-dossier għandu wkoll jinkludi stqarrija, iffermata mill-applikant għal rifużjoni jew remissjoni, li tiċċertifika li hu jkun qara d-dosier u jew jistqarr li hu ma jkollu xejn aktar xi jżid jew inkella li jelenka l-informazzjoni addizzjonali kollha li hu jikkonsidra li għandha tkun inkluża. 4. Malli tirċievi d-dossier il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati kif xieraq. 5. Jekk jinstab li l-informazzjoni fornuta mill-Istat Membru ma tkunx suffiċċjenti sabiex tkun tista tittieħed deċiżjoni fuq il-każ ikkonċernat b'tagħrif sħiħ tal-fatti. Il-Kummissjoni tista titlob li informazzjoni addizzjonali tkun fornuta. 6. Meta waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin iseħħ, il-Kummissjoni għandha tibgħat lura d-dosier lejn l-awtorità doganali u l-proċedura referuta fl-Artikoli 906 sa 909 għandha tkun meqjusa bħala li qatt ma kienet ġiet mibdija: - id-dossier juri li kien hemm nuqqas ta' ftehim bejn l-awtorità doganali li tkun trasmettiet id-dossier u l-persuna li tkun iffirmat l-istqarrija referuta fil-paragrafu 3 f'dak li jirrigwardja l-akkont tal-fatti, - id-dossier ikun ovvjament mhux komplut la darba ma jkun fih xejn li jiġġustifika il-konsiderazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni, - permezz tal-paragrafi 1 u 2, id-dossier m'għandux ikun trasmess, - l-eżistenza ta' dejn doganali ma tkunx ġiet stabbilita, - informazzjoni ġdida li tirrigwardja d-dossier u n-natura sabiex sostanzjalment tibdel il-preżentazzjoni tiegħu tal-fatti jew ta' l-assessjar legali tkun ġiet trasmessa mill-awtorità doganali lejn il-Kummissjoni waqt li din tkun tikkonsidra d-dossier. Artikolu 906 Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Istati Membri kopja tad-dossier referut fl-Artikolu 905(3) fi żmien 15 il-jum mid-data li fiha hija tkun irċievit dak id-dossier. Il-konsiderazzjoni ta' dak il-każ għandha tkun inkluża malajr kemm jista jkun possibli fl-aġenda tal-laqgħa tal-grupp ta' l-esperti li hemm provvediment dwaru fl-Artuikolu 907." 7. L-Artikoli 907 u 908 huma mibdula bi: "Artikolu 907 Wara li tikkonsulta l-grupp ta' l-esperti magħmul minn rapreżentanti ta' l-Istati Membri kollha li jiltaqgħu fil-qafas tal-Kumitat sabiex jikkonsidraw dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk jew le s-sitwazzjoni li hi tikkonsidra bħala ġustifikat ir-rifużjoni jew ir-remissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tkun meħudha fi żmien disa xhur mid-data li fiha l-każ referut fl-Artikolu 905(3) jkun wasal għand il-Kummissjoni. B'dana kollu, meta d-dikjarazzjoni jew l-assessjar dettaljat ta' l-imġieba ta' l-operatur kif referuta fl-Artikolu 905(3) ma tkunx inkluża fid-dosier, id-disa xhur għandhom jibdew jgħaddu biss mid-data tal-wassla ta' dawk id-dokumenti għand il-Kummissjoni. L-awtorità doganali u l-persuna li tapplika għal rifużjoni jew remissjoni għandhom ikunu nnotifikati kif xieraq. Meta l-Kummissjoni issib li jkun meħtieġ li titlob għal aktar informazzjoni mill-Istat Membru sabiex tkun tista tilħaq id-deċiżjoni tagħha, id-disa xhur għandhom ikunu estiżi b'perijodu ekwivalenti għal dak bejn id-data ta' meta l-Kummissjoni tibgħat it-talba għal informazzjoni addizzjonali u d-data li fiha hija tirċievi din l-informazzjoni. Il-persuna li tapplika għal rifużjoni jew remissjoni għandha tkun innotifikata fl-estenzjoni. Meta l-Kummissjoni twettaq l-investigazzjonijiet hija stess sabiex tilħaq deċiżjoni, id-disa xhur għandhom ikunu estiżi biż-żmien meħtieġ għat-tkomplija ta' l-investigazzjonijiet. Estenzjoni bħal din m'għandhiex teċċedi disa xhur. L-awtorità doganali u l-persuna li tapplika għal rifużjoni jew remissjoni għandhom ikunu nnotifikati bid-dati li fihom l-investigazzjoni tkun miftuħa u magħluqa. Meta l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-persuna li tkun applikat għal rifużjoni jew remissjoni bl-oġġezzjonijiet tagħha b'konformità ma l-Artikolu 906a, il-perijodu ta' disa xhur għandu jkun estiż b'xhar wieħed. Artikolu 908 1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun innotifikat bid-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 907 malajr kemm jista jkun possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien xhar mill-iskadenza tal-perijodu speċifikat f'dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-deċiżjoni li hija tkun adottat sabiex tgħin lil-awtoritajiet doganali ħalli jilħqu deċiżjonijiet dwar il-każi li jinvolvu kwistjonijiet komparabbli fil-fatt u fil-liġi. 2. L-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet għandha tiddeċiedi li tagħti jew li tiċħad l-applikazzjoni magħmulha fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni notifikata b'konfomità mal-paragrafu 1. 3. Meta jkun stabbilit bid-deċiżjoni referuta fl-Artikolu 907 li ċ-ċirkostanzi hekk ikkonsidrati jiġġustifikaw ir-rifużjoni jew ir-remissjoni, il-Kummissjoni tista tispeċifika l-kondizzjonijiet li permez tagħhom l-Istati Membri jistgħu jagħtu r-rifużjoni jew remissjoni tad-dazji fil-każi li jinvolvu każi komparabbli fil-fatt u fil-liġi." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 1 għand japplika mill-1 ta' Awwissu 2003 għll-każi kollha mhux mibgħuta lejn il-Kummissjoni għal deċiżjoni qabel dik id-data. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17. [3] ĠU L 253, tas-7.10.2000, p. 42. [4] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1. [5] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. [6] ĠU L 134, tad-29.5.2003, p. 1. [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1. --------------------------------------------------