Official Journal L 092 , 09/04/2003 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 629/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 528/1999 li jippreskrivi miżuri biex tittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa, fir-rigward ta’ attivitajiet eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità IL-KUMMISSJONI TALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) miġjub fih, Billi: (1) Taħt l-Artikolu 5(9) tar-Regolament Nru 136/66/EEC, mill-1 ta’ Novembru 2001 1,4 % ta’ l-għajnuna ta’ produzzjoni lill-produtturi ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda huwa assenjat għall-miżuri finanzjarji reġjonali fl-Istati membri biex itejjbu l-kwalità tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u l-impatt ambjentali tagħha. Iżda, r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 528/1999 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 593/2001 [4], ma jagħmel ebda referenza għall-produzzjoni ta’ żebbuġ tal-mejda. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 528/1999 għandu għalhekk jiġi hekk emendat. (3) Il-miżuri iżda provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 528/1999 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. it-Titolu jiġi mibdul b’dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 528/1999 ata’ l-10 ta’ Marzu 1999 li jippreskrivi miżuri biex titejjeb il-kwalità tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u ta’ żebbuġ tal-mejda" 2. L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Dan ir-Regolament jispeċifika l-miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti biex tittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda f’livell reġjonali u l-impatt ta’ dan fuq l-ambjent."; (b) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej: (i) il-punti (b), (ċ), (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej: "(b) titjib fil-kondizzjonijiet li taħthom jitkabbru u jiġu ttrattati s-siġar taż-żebbuġ, jinħasad iż-żebbuġ, jinħażaen u jiġi pproċessat u fejn jinħażnu ż-żjut li jirriżultaw u ż-żebbuġ tal-mejda; (ċ) għajnuna teknika lill-kabbar, imtieħen u proċessuri ta’ żebbuġ tal-mejda biex tgħin fit-titjib ta’l-ambjent, il-kwalità taż-żebbuġ prodott u l-ipproċessar tiegħu fi żjut u żebbuġ tal-mejda; (d) titjib fid-disponiment tal-fdalijiet mill-għasir u l-ipproċessar sabiex ma ssirx ħsara lill-ambjent; (e) taħriġ, provvista ta’ informazzjoni u wirjiet lill-bdiewa, imtieħen u proċessuri ta’ żebbuġ tal-mejda dwar il-kwalità ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u l-impatt ambjentali tal-produzzjoni ta’ żejt taż-żbbuġa u żebbuġ tal-mejda;" (ii) il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej: "(g) kollaborazzjoni ma’ aġenziji speċjalisti dwar programmi ta’ riċerka biex tittejjeb il-kwalità ta’ żejt verġni taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u fl-istess waqt jgħinu għal titjib fl-ambjent."; (ċ) il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "Insettiċidi kontra d-dubbiena taż-żebbuġ għandhom jintużaw flimkien ma’ lixka ta’ proteina. Iżda f’ċirkostanzi speċjali l-użu ta’ insettiċidi mingħajr lixka ta’ proteina jista’ jkun awtorizzat taħt id-direzzjoni ta’ l-aġenzija responsabbli biex tippreskrivi l-kura. Insettiċidi u l-mod tagħhom ta’ applikazzjoni għandhom ikunu tali li ebda fdal fiż-żebbuġ miż-żoni in kwistjoni jew fiż-żejt taż-żebbuġa jew żebbuġ tal-mejda prodotti minnhom ma jeċċedi l-livelli massimi awtorizzati mill-leġislazzjoni tal-Komunità." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2001. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta’ April 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4. [3] ĠU L 62, tal-11.3.1999, p. 8. [4] ĠU L 88, tat-28.3.2001, p. 6. --------------------------------------------------