Official Journal L 082 , 29/03/2003 P. 0012 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 568/2003 tat-28 ta’ Marzu 2003 li jikkoreġi l-verżjonijiet Olandiżi u Ingliżi tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999 li jippreskrivi regoli għat-transizzjoni ta’ l-appoġġ ta’ żvilupp li għalih jipprovdi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu, Billi: (1) Il-verżjonijiet Daniżi u Ingliżi tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2603/1999 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2055/2001 [3], fih numru ta’ żbalji. Dawk il-verżjonijiet tal-lingwi għandhom għalhekk jiġu korretti. (2) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżviluppi Rurali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2603/1999 huwa korrett kif ġej. 1. Tikkonċerna l-verżjoni Olandiża biss. 2. L-Artikolu 4(4) jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. Fil-pjanijiet tagħhom ta’ żvilupp rurali, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw fejn ikunu applikaw il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jgħodd mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [2] ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 26. [3] ĠU L 277, ta’ l-20.10.2001, p. 12. --------------------------------------------------