Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0092 - 0093
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2002/251/KE li tirrevoka l-miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti kunsinni tal-laħam tat-tjur importat mit-Tajlandja (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 4846) (Test b’rilevanza ŻEE) (2003/895/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Janar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u l-ħtiġiet ġenerali tal-liġi ta’ l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurta ta’ l-Ikel u jistabbilixxi proċeduri f’materji tas-sigurtà ta’ l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu, Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2], u partikolarment l-Artikolu 22(1) tagħha. Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/251/KE tas-27 ta’ Marzu 2002 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakoltura intiżi għall-konsum uman u importati mit-Tajlandja [3] kienet adottata minħabba l-preżenza tan-nitrofurani fil-laħam tat-tjur u fil-gambli mportati mit-Tajlandja. (2) Id-Deċiżjoni 2002/251/KE kienet ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2003/477/KE [4] li tirrevoka l-verifiki sistematiċi imposti fuq konsennji tal-gambli wara il-21 ta’ Settembru 2002 u bid-Deċiżjoni 2003/559/KE li tnaqqas il-verifiki sistematiċi imposti fuq konsenji tal-laħam tat-tjur li hima ċertifikati wara il-21 ta’ Settembru 2002. Dawk l-emendi kienu bbażati fuq ir-riżultati tat-testijiet imwettqa mill-Istati Membri u skond il-garanziji li kienu ġew ipprovduti mill-awtorità kompetenti fit-Tajlandja. (3) Ir-riżultati tal-verifiki msaħħa imwettqa mil-Istati Membri fuq il-laħam tat-tjur imposrtat mit-Tajlandja baqgħu ikunu favorevoli. Għalhekk, il-verifiki msaħħa imposti bid-Deċiżjoni 2002/251/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/559/KE, m’għandhomx aktar ikunu applikabbli għall-dawk il-konsenji kif ċertifikati mill-awtorità tat-Tajlandja wara d-data tal-21 ta’ Settembru 2002 bħala li kienu għaddew minn verifika sistematika ta’ qabel il-konsennja. Il-verifiki sistematiċi għandhom jinżammu biss għall-konsenji ċċertifikati qabel dik id-data. (4) Id-Deċiżjoni 2002/251/KE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2002/251/KEE hija emendata kif ġej: L-Artikolu 2(1) huwa mibdul b’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom, bl-użu xieraq tal-pjani tal-ikkampjunar u tal-metodi tas-sejbien, jimponu fuq kull konsennja ta’ gambli u ta’ laħam tat-tjur, importati mit-Tajlandja u akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa maħruġ qabel il-21 ta’ Settembru 2002, għal test kimiku sabiex jassiguraw li l-prodotti kkonċernati ma jkunx jippreżentaw l-ebda perikolu għas-saħħa umana. Dan it-test għandu jitwettaq, partikolarment, bil-għan li tkun misjuba l-preżenza ta’ sustanzi antimikrobali u partikolarment in-nitrofurani u l-metaboliti tagħhom." L- Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mit-23 ta’ Diċembru 2003. L- Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4). [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003. [3] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 77. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/559/KE (ĠU L 189, tad-29.7.2003, p. 52). [4] ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 61. --------------------------------------------------