32003D0763



Official Journal L 273 , 24/10/2003 P. 0038 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-15 ta’ Ottubru 2003

li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd minn Kap Verde

(innotifikata bid-dokument numru K(2003) 3651)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/763/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 tippreskrivi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u l-marketing ta’ prodotti [1], kif l-aħħar emendati mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b ‘ mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Billi:

(1) Saret spezzjoni għan-nom tal-Kmmissjoni f’Kap Verde biex tivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd jiġu prodotti, maħżuna, u mibgħuta lejn il-Komunità.

(2) Ir-rekwiżiti fil-legislazzjoni ta’ Kap Verde dwar l-ispezzjonar sanitaraju u l-monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jiġu kkonsidrati ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3) B’mod partikolari, id-Direcção-Geral das Pescas (DGP) -Ministério do Ambiente, Agricultura e Pescas, hu kappaċi biex effettivament jivverifika l-implimentazzjoni l-legislazzjoni in vigore.

(4) Id-DGP ta garanziji uffiċjali rigward il-konformità ma’ l-standards għall-kontrolli sanitarji u l-monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd kif preskritti fil-Kapitolu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u rigward it-twettiq tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk preskritti minn dik id-Direttiva.

(5) Hemm bżonn illi jiġu preskritti dispożizzjonijiet li jikkoncernaw il-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità minn Kap Verde, skond id-Direttiva 91/493/KEE.

(6) Huwa ukoll neċessarju li tiġi redatta lista ta’ stabbiliment approvati, bastimenti-fabbrika, jew cold stores, u lista ta’ bastimenti-friża mgħammra skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tippreskrivi regoli minimi ta’ iġjene applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbuda abbord ċerti bsatimenti skond l-Artikolu 3(1)(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE [3]. Dawn il-lists għandhom jiġu redatti a bażi ta’ komunikazzjoni mid-DGP lill-Kummissjoni.

(7) Billi l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd minn Kap Verde se terġa’ tiġi awtorizzata ex-nuovo b’din id-Deċiżjoni ma hemmx il-ħtieġa għal perjodu transitorju, u perjodu ta’ tlett ijiem hu suffiċjenti biex tiġi żgurata l-pubbliċità ta’ l-awtrorizzazzjoni. Għaldaqstant, l-importazzjoni minn dan il-pajiż hija permessa tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tal-presenti Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(8) Il-miżuri preskritti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentarja u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Diretção-Geral das Pescas (DGP) -Ministério do Ambiente, Agricultura e Pescas, għandu jkun l-awtorità kompetenti f’Kap Verde identifikat għal skop ta’ verifikar u ċertifikar ta’ konformità ta’ prodotti tas-sajd mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd importati fil-Komunità minn Kap Verde għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti preskritti fl-Artikoli 3, 4 u 5.

Artikolu 3

1. Kull konsennja għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat oriġinali tas-sanità enumerat skond il-mudell fl-Anness I magħmul minn folja waħda, debitament mimlija, iffirmata u ddatata.

2. Iċ-ċertifikat għandu jiġi redatt f’mill-anqas lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-ispezzjonijiet.

3. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappresentant tad-DGP, u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar f’kulur differenti minn dak tas-sottoskrizzjonar.

Artikolu 4

Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti-fabbrika, jew cold stores, jew minn bastimenti-friża rreġistri elenkati fl-Anness II.

Artikolu 5

L-imballeġġi kollha għandu jkollhom il-kliem KAP VERDE u l-approvazzjoni/numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment-fabbrika, cold store jew bastiment-friża ta’ l-oriġini f’ittri li ma jitħassrux, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tas-sajd iffriżati in bulk u maħsuba għall-maifattura ta’ ikel ippreservat.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-27 ta’ Ottubru 2003.

Artikolu 7

Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.09.91, p. 15.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 187, tas-7.07.92, p. 41.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

List ta' stabbilimenti u bastimenti

Legend:

PP : Impjant ta' ipproċessar.

Nru ta' pprovazzjoni | Isem | Belt/Reġjun | Kategorija |

CV 001 | SALSESIMBRA LDA | Palmeira/Ilha do Sal | PP |

CV 002 | FRESCOMAR, ITS | Mindelo/São Vicente | PP |

--------------------------------------------------