Official Journal L 214 , 26/08/2003 P. 0036 - 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Awissu 2003 li tapprova f’isem il-Komunità Ewropea emendi għall-annessi għall-ftehim bjen il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għan-negozju ta’ annimali ħajjin u fi prodotti li ġejjin mill-annimali (Test b’relevanza għall-ŻEE) (2003/616/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Deċijoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applokabbli għal negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali [1] kif emendat bid-Deċiżjoni 1999/837/KE [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 3, paragrafu 3 tagħha. billi: (1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/957/KE tat-28 Novembru 2002 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri dwar l-emenda għall-annessi għall-ftehim, bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għal negozju f’annimali ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali [3], provdiet għall-possibilità li tiġI rikonoxxuta l-ekwivalenza tas-sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ New Zealand għal-laħam frisk u prodotti tal-laħam u għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali. (2) Il-Kumitat konġunt ta’ ġestjoni għall-Ftehim (Il-Kumitat), fil-laqgħa tiegħu tas-27 u t-28 ta’ Frar 2003, ħarġu rakkomandazzjoni dwar id-determinazzjoni ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ekwivalenza għal dawn il-prodotti li ġejjin mill-annimali qxur, [ilda]oxna u [ilda ta’ l-annimali, ikel g]all-annimali, g]adam u prodotti ta’ l-g]adam, protein ta’ l-annimali proèssati, demm u prodotti tad-demm, xa]am u rendered fats, materjal mhux proèssat g]a prodotti ta’ l-ikel, farmaèwtiÌ u g]all-u\u tekniku kif ukoll prodotti miksuba mil-la]am tat-tjur B’riżultat ta’ din ir-rakkomandazzjoni huwa xieraq li jiġi emendat l-Anness V għal dan il-ftehim. (3) F’din l-istess laqg]a l-Kumitat]are[aktar rakkomandazzjonijiet dwar emendi ta’ certi annessi g]all-Ftehim biex jitqiesu l-bidliet fl-istruttura amministrattiva ta’ l-awtoritajiet responsabbli u l-punt ta’ kuntatt fi New Zealand, u tal-bidliet marbutin mal-le[islazzjoni ta’ New Zealand Il-Kumitat irrakkomanda wkoll emenda għal l-Anness V fejn jidħlu miżuri marbuta mal-BSE skond il-leġislazzjoni kurrenti taż-żewġ partijiet. (4) Dawk l-emendi għandhom ikunu approvati f’isem il-Komunità. (5) Il-mi\uri li tipprovdi g]alihom din id-Deì\joni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Sa]]a ta’ l-Annimali100. ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt Ġestjoni stabbilit taħt l-Artikolu 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-Kummerċ annimali ħajjin u and prodotti li ġejjin mill-annimali l-emendi għall-annessi II, V u X għall-imsemmi Ftehim huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità Ewropea. It-tesy ta’ dan il-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri, inlu\i l-emendi g]all-annessi g]al dan il-Ftehim, huma mehmu\a ma’ din id-Deċijoni. L-Artikolu 2 Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur permezz ta’ dan qed jingħata l-poter li jiffirma l-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri biex jorbot lill-Komunità. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak ix-xahar li fih New Zealand tavża bil-miktub lill-Kummissjoni li l-proċeduri interni tagħha għall-approvazzjoni tal-emendi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 ġew kompletati. Magħmul fi Brussel, 11 Awissu 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 57, tas-26.2.97, p. 4. [2] ĠU L 332, tat-23.12.99, p. 1. [3] ĠU L 333, ta' l-10.12.2, p. 13. --------------------------------------------------