32003D0585



Official Journal L 198 , 06/08/2003 P. 0013 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Lulju 2003

li temenda l-Iskeda A ta' l-Anness 2 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Iskeda A ta' l-Anness 5 tal-Manwal Komuni dwar il-ħtiġiet tal-viża għall-pussessuri ta' passaporti diplomatiċi Pakistani.

(2003/585/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriseva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddetaljati u proċeduri prattiċi fl-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal viża [1],

Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 790/2001/KE ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazjoni rigward ċerti disposizzjonijiet iddettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jitwettqu l-kontrolli u s-sorveljanza fuq il-fruntieri [2],

Wara li kkonsidrat l-inizjattiva tar-Repubblika Ellenika,

Billi:

(1) L-Iskeda A ta' l-Anness 2 ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Iskeda A ta' l-Anness 5 tal-Manwal Komuni fihom lista tal-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ma humiex bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża fi Stat Membru jew iktar meta jkunu l-pussessuri ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew tas-servizz, imma li huma bla ħsara għal din il-ħtieġa meta jkunu pussessuri ta' passaporti ordinarji.

(2) Ir-Repubblika Ellenika tixtieq li teżenta lill-pussessuri tal-passaporti diplomatiċi Pakistani mill-ħtiġet tal-viża. L-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Manwal Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(3) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimaka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha u lanqas bla ħsara għall-applikazzjoni tagħha. Mogħti li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti III tat-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk timplimentahiex fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

(4) Rigward l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jirrigwarda l-assoċjazjoni ta' dawn iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [3], li jidħlu fiż-żona riferita fil-punt A ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti sabiex jiġi applikat dan il-Ftehim [4].

(5) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jeħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-19 ta' Mejju 2000 li tirrigwarda t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [5]; ir-Renju Unit għalhekk ma jeħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu.

(6) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma teħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2000 li tirrigwarda t-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'uħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen [6]; l-Irlanda għalhekk ma teħux sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu.

(7) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew inkella għandu x'jaqsam miegħu fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iskeda A ta' l-Anness II ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Iskeda A ta' l-Anness 5 tal-Manwali Komuni huma emendati kif ġej:

Tidaħħal l-ittra "D" fil-kolonna GR għall-Pakistan.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Settembru 2003.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] ĠU L 116, tal-26.4.2001, p. 2.

[2] ĠU L 116, tal-26.4.2001, p. 5.

[3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.

[4] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.

[5] ĠU L 131, tal-1.6.2000, p. 43.

[6] ĠU L 64, tas-7.3.2002, p. 20.

--------------------------------------------------