32003D0513



Official Journal L 177 , 16/07/2003 P. 0022 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta’ Lulju 2003

dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-Gyrodactylus salaris fis-salmonidi

(notifikata fid-dokument numru K(2003) 2312)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/513/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli f’kummerċ intrakomunitarju f’ċerti annimali ħajja u prodotti li ġejjin mill-annimali bil-għan tat-tkomplija tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/490/KE tat-18 ta’ Lulju 1996 fuq ċerti miżuri protettivi kontra l-Gyrodactylus salaris fis-salmonidi [3] ġiet sostanzjalment emendata [4]. Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità din l-istess Deċiżjoni għandha tingħata kodiċi.

(2) Gyrodactylus salaris hu parassita esterni ta’ li jolqot lis-salmonidi u li jista’ jikkawża rati għolja ta’ mewt fis-Salmo salar.

(3) L-esperjenza turi li l-marda tista’ tinfirex minn reġjuni nfettati għal reġjuni li mhumiex infettati b’trasferiment kummerċjali ta’ salamun u salmonidi oħra. Il-marda tista’ tinfirex ukoll b’migrazzjoni naturali ta’ salmonidi minn xmara għall-oħra.

(4) Hu neċessarji li ma titħalliex il-firxa tal-marda minn reġjuni fil-Komunità li huma possibbilment infettati bil-Gyrodactylus salaris.

(5) L-introduzzjoni tal-parassita fir-reġjuni b’popolazzjoni ta’ salamuni li huma vulnerabbli ħafna għal Gyrodactylus salaris tista’ twassal għal telf importanti ta’ dan is-salamun. Hu għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti l-miżuri li ma jħallux din l-introduzzjoni.

(6) Jistgħu jiġu stabbiliti proċeduri biex jiġu protetti reġjuni b’popolazzjoni ta’ salamun li hi vulnerabbli ħafna jew li jistgħu jkunu ħielsa mill-Gyrodactylus salaris.

(7) L-Istati Membri li għalihom japplikaw il-miżuri protettivi kontra l-Gyrodactylus salaris qegħdin jattwaw programm ta’ kontroll u sorveljanza għal dan il-parassita. Ir-riżultati ta’ dan il-programm għandhom jiġu kkomunikati regolarment lill-Kummissjoni.

(8) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fir-reġjuni mniżżla fl-Anness I mhiex permessa l-introduzzjoni ta’ salmonidi ħajja li ġejjin minn barra dawn ir-reġjuni.

Artikolu 2

L-introduzzjoni minħabba skopijiet ta’ riproduzzjoni fir-reġjuni mniżżla fl-Anness I ta’ ova ta’ salmonidi li ġejjin minn barra dawn ir-reġjuni għandha tkun bla ħsara għall-proċedura ta’ disinfettazzjoni ta’ l-ova biex tiżgura l-eliminazzjoni tal-parassiti li huma ta’ l-ispeċi Gyrodactylus salaris.

Artikolu 3

1. Fil-każ ta’ trasport ta’ salmonidi ħajja bejn ir-reġjuni mniżżla fl-Anness I, iċ-ċertifikat sanitarju fil-punt VI tad-dokument ta’ trasport imniżżel fl-Anness E, Kapitolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE [5] għandu jitlesta bis-sentenza li ġejja:

"Il-ħut li jagħmel parti mill-kunsinna attwali joriġina minn wieħed mir-reġjuni mniżżla fl-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/513/EC dwar ċerti miżuri protettivi kontra l-Gyrodactylus salaris fis-salmonidi."

Mhux awtorizzat it-trasport ta’ salmonidi ħajja miż-żona mniżżla fil-punt 3 ta’ l-Anness li sservi ta’ kuxxin għar-reġjuni l-oħra mniżżla fl-istess l-Anness.

2. Fil-każ ta’ ova ta’ salmonidi li ġejja minn barra r-reġjuni mniżżla fl-Anness I u li hi introdotta għal skopijiet ta’ riproduzzjoni f’wieħed minn dawn ir-reġjuni, iċ-ċertifikat sanitarju fil-punt VI tad-dokument ta’ trasport imniżżel fl-Anness E, Kapitolu 1 tad-Direttiva 91/67/KEE għandu jitlesta bis-sentenza li ġejja:

"L-ova li jagħmlu parti mill-kunsinna attwali ġew disinfettati kif mitlub mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/513/KE dwar ċerti miżuri protettivi kontra l-Gyrodactylus salaris fis-salmonidi."

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri responsabbli għar-reġjuni mniżżla fl-Anness I għandhom ipoġġu kontinwament il-popolazzjoni tagħhom ta’ salmonidi għal test ta’ kontroll u għal eżami ta’ laboratorju biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ Gyrodactylus salaris u jippreżentaw kull sena, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju, ir-riżultati kollha lill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 96/490/KE hi mħassra.

Referenzi magħmula għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi magħmula għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.90, p. 29.

[2] ĠU L 315, tad-19.11.2, p. 14.

[3] ĠU L 202, ta’ l-10.8.96, p. 21.

[4] Ara l-Anness II.

[5] ĠU L 46, tad-19.2.91, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

REĠJUNI

1. Ir-reġjuni li ġejjin fir-Renju Unit: Gran Brittanja, l-Irlanda ta’ Fuq, il-Gżira ta’ Man, Guernsey.

2. L-Irlanda.

3. Iż-żoni idografiċi li ġejjin fil-Finlandja: Tenojoki, Näätämönjoki, (iż-żoni kuxxini: Paatsjoki, Luttojoki, Uutuanjoki).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DEĊIŻJONI MĦASSRA BL-EMENDI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/490/KE | (ĠU L 202, ta' l-10.8.1996, p. 21) |

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/24/KE | (ĠU L 8, ta' l-14.1.1998, p. 26) |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Deċiżjoni 96/490/KE | Din id-Deċiżjoni |

L-Artikoli 1 sa’ 4 | L-Artikoli 1 sa’ 4 |

L-Artikolu 5 | — |

L-Artikolu 6 | — |

— | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 6 |

L-Anness | L-Anness I |

— | L-Anness II |

— | L-Anness III |

--------------------------------------------------