32003D0278



Official Journal L 101 , 23/04/2003 P. 0012 - 0012


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-14 ta' April 2003

li tirrigwarda l-konklużjoni ta' Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tirrigwarda s-sistema ta' eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku ta' transitu minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn ġo l-Awstrija

(2003/278/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71(1) f'għaqda ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-qasam tat-trasport [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3)(b) tiegħu, jistabbilixxi illi għandha tapplika sistema ta' eko-punti ekwivalenti għal dik stabbilita bl-Artikolu 11 tal-Protokoll Nru 9 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja ma' l-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni negozjat f'isem il-Komunità Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu u r-regoli u l-proċeduri ddettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll ta' l-eko-punti.

(3) Dan il-Ftehim kien iffirmat f'isem il-Komunità fid-29 ta' Ottubru 2002, bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data iktar tard skond id-Direttiva 2003/197/KE [4].

(4) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea l-Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jirrigwarda sistema ta' eko-punti li trid tiġi applikata għat-traffiku fi transitu ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja minn ġo l-Awstrija.

It-test ta' dan il-Ftehim fil-għamla ta' Bdil ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni [5].

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmulha fil-Lussemburgu, fl-14 ta' April 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Giannitsis

[1] ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 82.

[2] Opinjoni mogħtija fit-22 ta' Ottubru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] OJ L 348, tat-18.12.1997, p. 170.

[4] OJ L 75, tal-21.3.2003, p. 33.

[5] OJ L 75, tal-21.3.2003, p. 34.

--------------------------------------------------