32002R2056



Official Journal L 317 , 21/11/2002 P. 0001 - 0011


Ir-Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-5 ta' Novembru 2002

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 dwar statistiċi kummerċjali strutturali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari Artikolu 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 [5] stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trasmissjoni u l-evalwazzjoni ta' statistiċi Komunitarji dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u t-twettiq tan-negozju fil-Komunità;

(2) L-iżviluppi fl-integrazzjoni Komunitarja monetarja, ekonomika u soċjali jeħtieġu l-estensjoni tal-qafas komuni għall-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjoni, l-intervent finanzjarju oħra u l-attivitajiet awżjiljarji għall-intervent finanzjarju;

(3) L-operat u l-iżvilupp tas-suq intern kabbar il-ħtieġa għall-informazzjoni li tkejjel l-effettività tiegħu, b'mod partikolari fis-setturi ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-interventi finanzjarja l-oħra u l-attivitajiet awżjiljarji għall-intervent finanzjarju;

(4) Il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fis-servizzi finanzjarji teħtieġ statistiċi kummerċjali fil-kamp tas-servizzi finanzjarji għall-appoġġ tan-negozjati fil-kummerċ;

(5) Il-kumpilazzjoni tar-rendikonti nazzjonali u reġjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tar-rendikonti nazzjonali u reġjonali fil-Komunità [6] teħtieġ statistiċi kummerċjali komparabbli, sħaħ u ta' min joqgħod fuqhom fil-kamp tas-servizzi finanzjarji;

(6) L-introduzzjoni tal-munita waħdanija ser ikollha impatt kbir fuq l-istruttura ta' l-industrija tas-servizzi finanzjarji u ċ-ċaqliq minn fruntiera għall-oħra tal-kapital, li jenfasizza l-importanza ta' l-informazzjoni dwar il-kompetitività, is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni;

(7) It-twettiq mingħajr problemi tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti dwar is-sorveljanza prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istabilità tas-sistema finanzjarja jimplika l-ħtieġa għall-informazzjoni addizzjonali dwar l-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-servizzi relatati;

(8) Is-settur tal-fondi tal-pensjonijiet li qed jiżviluppa jista’ jgħin fit-titjib tas-swieq tal-kapital billi jittieħed vantaġġ akbar u aktar mil-liberalizzazzjoni tar-regoli dwar l-investiment;

(9) Id-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar ir-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea dwar l-azzjoni politika dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli "Lejn is-sostenibilità" [7] tenna l-ħtieġa għal data li tista’ toqgħod fuqha u komparabbli, l-istatistika u l-indikaturi bħala għodda ewlenin għall-evalwazzjoni ta' l-ispejjeż għall-konformità mar-regolamenti ambjentali.

(10) Il-Kumitat dwar il-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 89/382/KEE, Euratom [8], il-Kumitat tal-Pariri Bankarji stabbilit bid-Direttiva 77/780/KEE [9], il-Kumitat dwar l-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet stabbilit bid-Deċiżjoni 91/11 5/KEE [10] u l-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni stabbilit bid Direttiva 91/675/KEE [11] ġew konsultati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 huwa emendat kif ġej:

1. F'Artikolu 5 għandhom jiżdiedu l-inċiżi segwenti:

"— module dettaljat għal statistiċi strutturali dwar istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti f'Anness 6,

— module dettaljat għal statistiċi strutturali għall-fondi tal-pensjonijiet kif definiti f'Anness 7.";

2. għandu jiżdied it-test ta' Annessi 6 u 7, kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Anness 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandu jkun emendat kif ġej:

1. Fit-taqsima 5 għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Iżda l-ewwel sena ta' riferenza li għaliha l-istatistiċi dwar il-klassijiet ta' l-attività koperti minn NACE REV. 1 grupp 65.2 u d-diviżjoni 67 għandhom jiġu kumpilati, għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.";

2. It-Taqsima 8 għandha tiġi sostitwita b' dan li ġej:

"Taqsima 8

Trasmissjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati jiġu trasmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza ħlief għan-NACE REV. 1, klassi ta' l-attività 65.11 u l-attivitajiet ta' NACE REV. 1 koperti b'Annessi 5, 6 u 7. Għal NACE REV. 1 klassi ta' attività 65.11 id-dewmien tat-trasmissjoni hu ta' 10 xhur. Għall-attivitajiet koperti b'Annessi 5, 6 u 7 id-dewmien tat-trasmissjoni huwa stabbilit f'dawn l-annessi. Madankollu d-dewmien tat-trasmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet ta' l-attività koperti b'NACE REV.1 grupp 65.2 u d-diviżjoni 67 jiġu deċiżi skond il-proċeduri stabbiliti f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.

2. Ħlief għad-diviżjonijiet 65 u 66 ta' NACE REV. 1, ir-riżultati preliminari nazzjonali jew l-istimi jiġu trasmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta' riferenza għall-istatistiċi ta' l-impriżi magħmul mill-karatteristiċi elenkati hawn taħt:

12110(valur tal-bejgħ),

16110 (numru ta' persuni impjegati).

Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skond NACE REV. 1 livell ta' tliet digits (grupp), ħlief għat-Taqsimiet Ħ, I u K ta' NACE REV. 1, li għalihom għandhom jitqassmu skond il-gruppi stabbiliti fit-Taqsima 9. Għad-diviżjoni 67 ta' NACE REV. 1, it-trasmissjoni tar-riżultati preliminarji jew l-istimi għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament."

3. Fit-taqsima 9, it-Taqsima J għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:

"TAQSIMA J

Intermedjazzjoni finanzjarja

Biex ikunu jistgħu jinġabru l-istatistiċi Komunitarji, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti mqassma skond il-klassijiet ta' NACE REV. I.";

4. Fit-taqsima 10, il-paragrafu 1, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"L-istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport dwar id-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibbiltà ta' l-informazzjoni dwar l-unitajiet statistiċi li huma kklassifikati taħt it-Taqsimiet M sa O ta' NACE REV. 1."

Artikolu 3

Anness 2 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandu jiġi emendat kif ġej:

1. "21 12 0 - : Investiment f'tagħmir u apparat konnessi mat-teknoloġija l-aktar nadifa (teknoloġija integrata)(*)"

;

2. in-nota tal-qiegħ tat-Taqsima 4, paragrafu 3 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"(*) Jekk l-ammont totali tal-valur tal-bejgħ jew in-numru ta' persuni impjegati f'xi diviżjoni ta' NACE REV. 1 Taqsimiet Ċ sa E jirrapreżentaw, f'xi Stat Membru, inqas minn 1 % tat-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0, 22 11 0 u 22 12 0 m'għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta' politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista, skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament, titlob il-ġbir ad hoc ta' din l-informazzjoni."

3. "21 14 0 – : Spiża totali kurrenti fuq protezzjoni ambjentali (*)"

;

4. Fit-taqsima 4, paragrafu 4, tiżdied in-nota tal-qiegħ li ġejja:

"(*) Jekk l-ammont totali tal-valur tal-bejgħ jew in-numru ta' persuni impjegati f diviżjoni ta' NACE REV. 1 Taqsimiet Ċ sa E jirrapreżentaw, f'xi Stat Membru, inqas minn 1 % mit-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-karatteristika 21 14 0 m'għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta' politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament titlob il-ġbir ad hoc ta' din l-informazzjoni.;"

5. Fit-Taqsima 5, jiżdiedu l-paragrafi segwenti:

"3. L-ewwel sena ta' riferentza li għaliha l-istatistiċi dwar il-karatteristiċi 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jiġu kumpilati hija s-sena kalendarja 2001.

4. L-istatistiċi dwar il-karatteristika 21 12 0 għandhom jiġu kumpilati kull sena. L-istatistiċi dwar il-karatteristika 21 14 għandhom jiġu kumpilati kull tliet snin."

6. Fit-Taqsima 7, il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"6. Ir-riżultati għall-karatterstiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jitqassmu skond NACE REV. 1 livell ta' żewġ digits (diviżjoni).";

7. Fit-Taqsima 7, għandu jiżdied dan il-paragrafu:

"7. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jitqassmu fil-kampijiet ambjentali li ġejjin: ħarsien ta' l-arja ambjentali u l-klima, ġestjoni ta' l-ilma ta' l-iskart, ġestjoni ta' l-iskart u l-protezzjoni ta' l-attivitajiet l-oħrajn tal-ħarsien ta' l-ambjent. Ir-riżultati għall-kampijiet ambjentali għandhom jitqassmu f NACE REV. 1 livell ta' żewġ digits (diviżjoni)";

8. "21 11 0 - : Investiment f’ tagħmir u apparat għall-kontroll tat-tniġġiż u l-aċċessorju speċjali kontra t-tniġġiż (primarjament it-tagħmir ta' tmiem-il kanna)."

Jiżdied il-kumment li ġej għall-karatteristiċi 2111 0, 21 12 0 u 21 14 0:

"Tqassim speċifiku biss dwar il-kampijiet ambjentali, biodiversità u landscape, il-ħamrija u l-ilma ta' l-art";

9. Fit-Taqsima 10, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi dwar il-karatteristiċi 21 12 0 u 21 14 0 dan il-perjodu transitorju jista' jiżdied b' perjodu ieħor sa' erba' snin skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2002

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

T. Pedersen

[1] ĠU Ċ 154 E, tad-29.5.2001, p. 129 uĠU Ċ 332 E, tas-27.11.2001, p. 340.

[2] ĠU Ċ 260, tas-17.9.2001, p. 54.

[3] ĠU Ċ 131, tat-3.5.2001, p. 5.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2001 (ĠU Ċ 53 E, tat-28.2.2002, p. 213), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ġunju 2002 (ĠU Ċ 228, tal-25.9.2002, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2002 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 410/98 (ĠU L 52, tal-21.2.1998, p. 1).

[6] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 359/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ĠU L 58, tat-28.2.2002, p. 1).

[7] ĠU L 275, ta' l-10.10.1998, p.1.

[8] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

[9] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204 tal-21.7.1998, p. 29).

[10] ĠU L 59, tas-6.3.1991, p. 19. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/174/KE (ĠU L 51, ta' l-1.3.1996, p. 48).

[11] ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 32.

--------------------------------------------------

ANNESS

ANNESS 6

MODULE DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIĊI STRUTTURALI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU

Taqsima 1

Għan

L-għan ta' dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trasmizzjoni u l-valutazzjoni ta' l-istatistiċi Komunitarji dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tas-settur ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dan il-module jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandhom jiġu kumpilati l-istatistiċi sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

Taqsima 2

Qasam ta' applikazzjoni

L-istatistiċi li għandhom jiġu kumpilati għandhom jirrelataw għall-kampijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) ta' Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari għal:

1. l-analiżi dettaljata ta' l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu;

2. l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u n-negozju għal kull prodott, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, il-kapital u r-riservi, u l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn.

Taqsima 3

Kopertura

1. L-istatistiċi għandhom jiġu kumpilati għall-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-iskop tal-klassijiet NACE REV.1, 65.12 u 65.22.

2. L-istatistiċi għandhom jiġu kumpilati għall-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha msemmija f'Artikolu 2(1)(a) u Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn [1], bl-eżenzjoni tal-banek ċentrali.

3. Il-fergħat ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija f'Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu [2] li l-attività tagħhom tkun parti mill-iskop ta' NACE REV. 1, klassijiet 65.12 u 65.22, għandhom jiġu assimilati ma' l-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 2.

Taqsima 4

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi huma elenkati hawn taħt. Il-karatteristiċi fl-italics huma nklużi wkoll fil-listi tal-modules komuni ta' Anness 1. Meta l-karatteristiċi ġejjin direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f' sena ta' riferenza għandhom jiġu assmilati għas-sena ta' riferenza msemmija.

Il-lista tinkludi:

(i) il-karatteristiċi elenkati f'Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE: in-naħa tal-assi fil-balance sheet: numru 4; in-naħa ta' l-obbligi fuq il-balance sheet: numri 2(a) + 2(b) magħduda flimkien, numri 7 + 8 + 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 magħduda flimkien;

(ii) il-karatteristiċi elenkati f'Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE: nru 2, numri 3(a) + 3(b) + 3(ċ) magħduda flimkien, numru 3(a), numru 4, numru 5, numru 6, numru 7, numri 8(a) + 8(b) magħduda flimkien, numru 8(b), numru 10, numri 11 + 12 magħduda flimkien, numri 9 + 13 + 14 magħduda flimkien, numri 15 + 16 magħduda flimkien, numru 19, numri 15 + 20 + 22 magħduda flimkien, numru 23;

(iii) il-karatteristiċi addizzjonali li ġejjin

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Tagħrif strutturali

11 11 0 | Numru ta' impriżi | |

11 11 1 | Numru ta' impriżi mqassma skond l-istatus legali | |

11 11 4 | Numru ta' impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqs tat-total tal-balance sheet | |

11 11 6 | Numru ta' impriżi mqassma skond ir-residenza ta' l-impriża ewlenija | |

11 11 7 | Numru ta' impriżi mqassma skond il-kategorija ta' l-istituzzjonijiet ta' krediti | |

11 21 0 | Numru ta' unitajiet lokali | |

1141 1 | In-numru globali ta' fergħat imqassma skond il-post f' pajjiżi mhux fiż-ŻEE | |

11 51 0 | In-numru globali ta' sussidjarji finanzjarji mqassma skond il-post fil- pajjiżi l-oħrajn | |

Informazzjoni tal-kontijiet: kont tal-qligħ u t-telf

42 11 0 | Interess riċevibbli u dħul simili | |

42 11 1 | Interess riċevibbli u dħul simili minn sigurtajiet tad-dħul fiss | |

42 12 1 | Interess pagabbli u tariffi simili konnessi mas-sigurtajiet tad-dejn maħruġa | |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni | |

13 11 0 | Xiri totali ta' oġġetti u servizzi | |

13 31 0 | Spejjeż ta' l-impjegati | |

12 14 0 | Valur miżjud tal-prezzijiet bażiċi | Mhux obbligatorju |

12 15 0 | Valur miżjud bil-prezzijiet tal-fatturi | |

15 11 0 | Investiment gross f' beni tanġibbli | |

Informazzjoni tal-kontijiet: balance sheet

43 30 0 | Totali tal-balance sheet (CI) | |

43 31 0 | Totali tal-balance sheet imqassam skond ir-residenza ta' l-impriża ewlenija | |

43 32 0 | Totali tal-balance sheet imqassam skond status legali | |

Informazzjoni skond il-prodott

44 11 0 | Interess riċevibbli u dħul simili mqassam skond is-(sub)kategoriji ta' CPA | Mhux obbligatorju |

44 12 0 | Interess pagabbli u tariffi simili mqassma skond is-(sub)kategoriji ta' CPA | Mhux obbligatorju |

44 13 0 | Kommissjonijiet riċevibbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta' CPA | Mhux obbligatorju |

44 14 0 | Kommissjonijiet pagabbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta' CPA | Mhux obbligatorju |

Informazzjoni dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

45 11 0 | Tqassim ġeografiku tan-numru globali ta' fergħat taż-ŻEE | |

45 21 0 | Tqassim ġeografiku ta' l-interess riċevibbli u dħul simili | |

45 22 0 | Tqassim ġeografiku tat-total tal-balance sheet | |

45 31 0 | Tqassim ġeografiku ta' l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà tal-provvediment tas-servizzi (fil-pajjiżi l-oħrajn taż-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

45 41 0 | Tqassim ġeografiku ta' l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tan-negozju tal-fergħa (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

45 42 0 | Tqassim ġeografiku ta' l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà tal-provediment tas-servizzi (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

Informazzjoni dwar impiegi

16 11 0 | Numru ta' persuni impjegati | |

16 11 1 | Numbru ta' persuni impjegati mqassma skond il-kategorija ta' l-istituzzjonijiet ta' krediti | |

16 11 2 | Numru ta' nisa impjegati | |

16 13 0 | Numru ta' impjegati | |

16 13 1 | Numru ta' impjegati nisa | |

16 14 0 | Numru ta' impjegati f' unitajiet ekwivalenti tal-full-time | |

Informazzjoni residwa

4711 0 | Numru tal-kontijiet imqassma skond is-(sub)kategoriji ta' CPAMhux obbligatorju | |

4712 0 | Numru tas-self u l-avvanzi lill-klijenti mqassma skond is-(sub)kategoriji ta' CPA | Mhux obbligatorju |

47 13 0 | Numru ta' automatic teller machines (ATM) proprjetà ta' l-istituzzjonijiet kreditarji | |

(iv) karatteristiċi li għalihom għandhom jinġabru statistiċi annwali reġjonali:

11 21 0 | Numru ta' unitajiet lokali | |

13 32 0 | Pagi u salarji | Mhux obbligatorju |

16 11 0 | Numru ta' persuni impjegati | |

Taqsima 5

L-ewwel sena ta' riferenza

L-ewwel sena ta' riferenza li għaliha għandhom jiġu kumpilati statistiċi annwali għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja 2001

Taqsima 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jitqassmu fil-klassijiet segwenti ta' NACE REV. 1: 65.12 u 65.22, separatament.

2. Ir-riżultati ta' l-istatistiċi reġjonali għandhom jitqassmu għall–livell ta' erba' digits ta' NACE REV 1 (klassijiet) u l-livell 1 tan-nomenklatura ta' l-unitajiet territorjali (NUTS).

Taqsima 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Id-dewmien tat-trasmissjoni tar-riżultati għandi jiġi deċiż skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. Dan m'għandux ikun itwal minn 10 xhur mit-tmiem tas-sena ta' riferenza.

Taqsima 8

Kumitat għall-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat għall-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-module u dwar il-miżuri kollha għall-aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi dwar il-ġbir u l-ipproċessar statistiku ta' l-informazzjoni, l-ipproċessar u t-trasmissjoni tar-riżultati.

Taqsima 9

Studji piloti

1. Għall-attivitajiet koperti b'dan l-Anness il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istudji piloti segwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:

(a) l-informazzjoni dwar oġġetti derivatives u oġġetti mhux fil-balance sheet;

(b) l-informazzjoni dwar in-networks tad-distribuzzjoni;

(ċ) l-informazzjoni meħtieġa għat-tqassim tat-transazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet ta' krediti skond il-prezzijiet u l-volumi.

2. L-istudji piloti għandhom isiru sabiex tiġi stmata r-rilevanza u l-feasibility ta' l-akkwist ta' l-informazzjoni, meta jiġu kunsidrati l-benefiċċji tad-disponibbilità ta' l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

Taqsima 10

Perjodu tranżitorju

Għall-għanijiet ta' dan il-module dettaljat, il-perjodu transitorju m'għandux jeċċedi t-tliet snin mill-bidu ta' l-ewwel sena ta' riferenza għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi indikati fit-Taqsima 5.

ANNESS 7

MODULE DETTALJAT DWAR STATISTIĊI STRUTTURALI GĦALL-FONDIJIET TAL-PENSJONIJIET

Taqsima 1

Għan

L-għan ta' dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trasmissjoni u l-valutazzjoni ta' l-istatistiċi Komunitarji dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet. Dan il-module jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandhom jiġu kumpilati l-istatistiċi sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet.

Taqsima 2

Qasam ta' applikazzjoni

L-istatistiċi li għandhom jinġabru għandhom jirrelataw għall-oqsma msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) ta' Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari għal:

1. l-analiżi dettaljata ta' l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tal-fondi tal-pensjonijiet;

2. l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju globali, l-użanzi tal-membri tal-fondi tal-pensjonijiet, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, l-investimenti u l-obbligazzjonijiet.

Taqsima 3

Kopertura

1. L-istatistiċi għandhom jiġu kumpilati għall-attivitajiet kollha taħt in-NACE REV. 1, klassi 66.02. Din il-klassi tkopri l-attivitajiet tal-fondi tal-pensjonijiet awtonomi.

2. Għandhom jiġu kumpilati xi statistiċi għall-impriżi li jkollhom il-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi li jitwettqu bħala attivitajiet anċillari.

Taqsima 4

Karatteristiċi

1. Il-lista tal-karatteristiċi stabbilita hawn taħt turi, fejn rilevanti, it-tip ta' l-unità statistika li għaliha l-istatistiċi għandhom jiġu kumpilati. Il-karatteristiċi bl-italiċi huma inklużi wkoll fil-listi komuni tal-modules ta' Anness 1. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu fis-sena ta' riferenza għanhom jiġi assimilati mas-sena ta' riferenza msemmija.

2. Il-karatteristiċi demografiċi u ta' l-impriżi li għalihom għandhom jinġabru l-istatistiċi annwali (għall- impriżi b'fondi tal-pensjonijiet awtonomi biss):

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Informazzjoni strutturali

11 11 0 | Numru ta' imapriżi | |

11 11 8 | Numru ta' impriżi mqassma skond id-daqs ta' l-investimenti | |

11 11 9 | Numru ta' impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri | |

11 61 0 | Numru ta' skemi tal-pensjonijiet | Mhux obbligatorju |

Informazzjoni tal-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

12 11 0 | Valur tal-bejgħ | |

48 00 1 | Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli mill-membri | |

48 00 2 | Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli minn min iħaddem | |

48 00 3 | Trasferimenti 'l-ġewwa | |

48 00 4 | Il-kontribuzzjonijiet l-oħrajn tal-pensjonijiet | |

48 00 5 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi definiti ta' benefiċċji | |

48 00 6 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi definiti ta' kontribuzzjonijiet | |

48 00 7 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi amalgamati | |

48 01 0 | Dħul mill-investiment (PF) | |

48 01 1 | Dħul u telf kapitali | |

48 02 1 | Talbiet ta' l-assigurazzjoni riċevibbli | |

48 02 2 | Dħul ieħor (PF) | |

12 12 0 | Valur tal-prodott | |

12 14 0 | Valur miżjud bi prezzijiet bażiċi | Mhux obbligatorju |

12 15 0 | Valur miżjud bi prezzijiet tal-fatturi | |

48 03 0 | Spejjeż totali fuq pensjonijiet | |

48 03 1 | Ħlasijiet regolari tal-pensjonijiet | |

48 03 2 | Ħlasijiet ta' pensjonijiet bħala somma sħiħa | |

48 03 3 | Trasferimenti 'l barra | |

48 04 0 | Tibdil nett fid-dispożizzjonijiet tekniċi (riservi) | |

48 05 0 | Premiums ta' l-assigurazzjoni pagabbli | |

48 06 0 | Spejjeż totali ta' l-operazzjonijiet | |

13 11 0 | Xiri totali ta' beni u servizzi | |

13 31 0 | Spejjeż tal-ħaddiema | |

15 11 0 | Investiment totali f' beni tanġibbli | |

48 07 0 | Taxxi kollha | |

Informazzjoni dwar il-balance sheet: assi

48 11 0 | Art u bini (PF) | |

48 12 0 | Investimenti f' intrapriżi affiljati u interessi parteċipanti (PF) | |

48 130 | Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli | |

48 13 1 | Ishma nnegozjati f' suq regolat | |

48 13 2 | Ishma negozjati f' suq regolat speċjalizzat f' IŻM | |

48 13 3 | Ishma mhux negozjati pubblikament | |

48 13 4 | sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli | |

48 14 0 | Unitajiet f' impriżi għall-investiment kollettiv f' sigurtajiet trasferibbli | |

48 15 0 | Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta' dħul fiss | |

48 15 1 | Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta' dħul fiss maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi | Mhux obbligatorju |

48 15 2 | Sigurtajiet fid-djun oħrajn u sigurtajiet oħrajn ta' dħul fiss | Mhux obbligatorju |

48 16 0 | Parteċipazzjoni fi ġbir ta' investiment (PF) | |

48 17 0 | Self garantit minn ipoteki u self ieħor mhux kopert band' oħra | |

48 18 0 | Investimenti oħrajn | |

48 10 0 | Investimenti totali ta' fondi tal-pensjonijiet | |

48 10 1 | Investimenti totali investiti fl-"intrapriżi li jagħtu sponsorship" | |

48 10 4 | Investimenti totali bil-valur tas-suq | |

48 20 0 | Assi oħrajn | |

Informazzjoni dwar il-balance sheet: obbligazzjonijiet

48 30 0 | Kapital u riservi | |

48 40 0 | Disposizzjonijiet netti tekniċi (PF) | |

48 50 0 | obbligazzjonijiet oħrajn | |

Informazzjoni dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 61 0 | Tqassim ġeografiku tal-valur tal-bejgħ | |

48 62 0 | Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli imqassma skond il-lokalità | Mhux obbligatorju |

48 63 0 | Investimeti totali mqassma skond il-lokalità | Mhux obbligatorju |

48 64 0 | Investimenti totali mqassma f'komponenti ewro u mhux ewro | |

Informazzjoni dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta' persuni impjegati | |

Informazzjoni oħra

48 70 0 | Numru ta' membri | |

48 70 1 | Numru ta' membri ta' skemi ta' benefiċċji definiti | |

48 70 2 | Numru ta' membri ta' skemi ta' kontribuzzjonijiet definiti | |

48 70 3 | Numru ta' membri ta' skemi amalgamati | |

48 70 4 | Numru ta' membri attivi | |

48 70 5 | Numru ta' membri differiti | |

48 70 6 | Numru ta' persuni rtirati | |

3. Karatteristiċi ta' l-intrapriżi li għalihom għandhom jiġu kumpilati statistiċi annwali (għal intrapriżi b' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi biss):

Kodiċi | Titolu | Kumment |

11 15 0 | Numru ta' intrapriżi b' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 08 0 | Valur tal-bejgħ tal-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | Mhux obbligatorju |

Taqsima 5

L-ewwel sena ta' riferenza

L-ewwel sena ta' riferenza li dwarha għandhom jiġu kumpilati l-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hi s-sena kalendarjua 2003.

Taqsima 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 2, għandhom jitqassmu skond il-livell ta' erba' digits ta' NACE REV. 1 (klassi).

2. Ir-riżultati għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 3, għandhom jitqassmu skond il-livell tat-taqsimiet ta' NACE REV. 1.

Taqsima 7

Transmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta' riferenza.

Taqsima 8

Kumitat ta' l-Assigurazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-module u dwar il-miżuri kollha għall-aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-ġbir u l-proċessar statistiku ta' l-informazzjoni, l-ipproċessar u t-trasmissjoni tar-riżultati.

Taqsima 9

Studji Piloti

Għall-attivitajiet koperti b'dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istudji piloti li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

1. Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-attivitajiet li jaqsmu l-fruntieri dwar il-fondi tal-pensjonijiet:

Kodiċi | Titolu | Kummenti |

11 71 0 | Numru ta' intrapriżi f' pajjiżi oħrajn ta' l-AEE | |

1172 0 | Numru ta' intrapriżi b' membri f' pajjiżi oħrajn ta' l-AEE | |

48 65 0 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri skond il-ġens | |

48 65 1 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri ta' skemi ta' benefiċċji definiti | |

48 65 2 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri ta' skemi ta' kontribuzzjonijiet definiti | |

48 65 3 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri ta' skemi ibridi | |

48 65 4 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri attivi | |

48 65 5 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri differiti | |

48 65 6 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' persuni rtirati | |

48 65 7 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' persuni li jirċievu pensjoni derivata. | |

48 70 7 | Numru ta' membri nisa | |

2. Informazzjoni addizzjonali dwar fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi

Kodiċi | Titolu | Kummenti |

11 15 1 | Numru ta' intrapriżi b' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri | |

48 40 1 | Disposizzjonijiet tekniċi netti ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 72 0 | Numru ta' membri ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 66 1 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri attivi ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 66 2 | Tqassim ġeografiku tan-numru ta' membri differiti ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 66 3 | Tqassim ġeografiku ta' numru ta' persuni rtirati li jirċievu pensjoni ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 66 4 | Tqassim ġeografiku ta' numru ta' persuni li jirċievi pensjoni derivata ta' fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

48 09 0 | Ħlasijiet ta' pensjonijiet minn fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

3. Informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-balance sheet

L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex jiġu stmati r-rilevanza u l-valur ta' l-akkwist ta' l-informazzjoni, meta jkunu kunsidrati l-benefiċċi tad-disponibbilità ta' l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

Taqsima 10

Perjodu transitorju

Għall-għanijiet ta' dan il-module dettaljat, il-perjodu transitorju m'għandux jeċċedi tliet snin mill-bidu ta' l-ewwel sena ta' riferenza għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi indikati fit-Taqsima 5. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn tliet snin skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.

"

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (ĠU L 283, tas-27.10.2001, p. 28).

[2] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 37.

--------------------------------------------------