32002R0426



Official Journal L 066 , 08/03/2002 P. 0008 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/2002

tas-7 ta’ Marzu 2002

li jistabbilixxi r-rati ta’ konverżjoni emendati applikabbli għal ċerti għajnuniet diretti u miżuri strutturali jew ambjentali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro [1],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/1999 tad-29 ta’ Ġunju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2808/98 fejn ġew stabbiliti regoli għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja u fejn ġiet emendata d-definizzjoni ta’ ċerti waqtiet operativi pprovduti fir-Regolamenti (KEE) Nru 3889/87, (KEE) Nru 3886/92, (KEE) Nru 1793/93, (KEE) Nru 2700/93 u (KE) Nru 293/98 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dawk ir-Regolamenti,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 tal-21 ta’ Diċembru 2001 fejn ġew stabbiliti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż rigward skemi premium u fejn ġie emendat ir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 [3], hekk kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 263/2002 [4], u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 18a tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2808/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema agrimonetarja għall-euro fl-agrikoltura [5], hekk kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2452/2000 [6], il-waqt operattiv għar-rata tal-kambju għall-ammonti ta’ natura strutturali jew ambjentali se jkun l-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha ttieħdet id-deċiżjoni biex tingħata l-għajnuna. Fi qbil ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2808/98 hekk kif inserit bir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, ir-rata tal-kambju li se tintuża hija l-medja tar-rata tal-kambju applikabbli waqt ix-xahar ta’ qabel id-data tal-waqt operattiv, ikkalkulata pro rata temporis.

(2) Skond ma jistabbilixxi l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/98 ta’ l-4 ta’ Frar 1998 li jiddetermina l-waqtiet operattivi applikabbli għall-prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, għall-prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessati kif ukoll għal pjanti ħajjin u prodotti florikulturali u għal ċerti prodotti li tagħhom hemm il-lista fl-Anness 1 tat-Trattat KE, u t-tneħħija tarRegolament (KEE) Nru 1445/93 [7], hekk kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, ir-rata tal-kambju applikabbli għall-bidla f’kambju nazzjonali kull sena ta’ l-għajnuna massima għal kull ettaru biex ikun hemm progress fil-kwalità u s-suq tal-lewż u tal-ħarrub kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 [8] huwa l-medja tar-rata tal-kambju applikabbli fix-xahar ta’ Jannar tal-perijodu ta’ referenza annwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 [9], ikkalkulata pro rata temporis.

(3) Skond ma jistabbilixxi l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2342/1999 tat-28 ta’ Ottubru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella rigward skemi premium [10], bħalma ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 169/2002 [11], id-data ta’ meta għandha tingħata l-applikazzjoni huwa l-waqt operattiv li jiddetermina s-sena li fiha l-premiums għandhom jiġu allokati għall-annimali permezz ta’ skemi premium fis-setturi taċ-ċanga u tal-vitella. Premiums bħal dawn huma maqluba f’rata nazzjonali bi ftehim ma’ l-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament fejn tintuża l-medja tar-rata tal-kambju applikabbli fix-xahar ta’ Diċembru u tiġi qabel is-sena ta’ allokazzjoni, ikkalkulata pro rata temporis.

(4) Mis-sena marketing ta’ l-2002, skond ma jistipula l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 2550/2001, ir-rata tal-kambju li se tintuża għall-premiums u l-ħlas fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ tikkorrispondi mar-rata tal-kambju medja applikabbli fix-xahar ta’ Diċembru qabel is-sena li fiha l-premium jew ħlas jiġi mogħti, kkalkulat pro rata temporis.

(5) Mis-sena marketing ta’ l-2001, bi ftehim ma’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2700/93 tat-30 ta’ Settembru 1993 fuq ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-premium favur il-produtturi tal-laħam tan-ngħaġ u tal-mogħoż [12], bħalma ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1410/1999, ir-rata ta’ bidla applikata għall-ammont finali tal-premium fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ kienet il-medja tar-rata tal-kambju applikabbli fix-xahar qabel l-aħħar ġurnata tas-sena marketing li fiha l-premium jingħata, ikkalkulat pro rata temporis.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Ir-rati għall-bdil li jridu jiġu applikati għal:

- ammonti ta’ natura strutturali jew ambjentali li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98,

- l-ammont massimu għal kull ettaru ta’ l-għajnuna fis-suq fis-settur tal-lewż u tal-ħarrub stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89,

- il-premiums u l-ħlasijiet fis-settur tal-laħam tan-ngħaġ, li għalihom hemm referenza fl-Artikoli 4, 5 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001,

se jkunu kif imniżżla fl-Anness 1.

Dawk ir-rati għandhom japplikaw ukoll għall-premium fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella li għalihom hemm referenza fir-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

2. Ir-rati għall-bdil li se jiġu applikati għall-premium u l-bilanċ li għalihom hemm referenza fir-raba’ paragrafu sekondarju ta’ l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 2467/98 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena marketing ta’ l-2001 se jkunu stabbiliti fl-Anness II.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 1.

[2] ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 53.

[3] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105.

[4] ĠU L 43, ta’ l-14.2.2002, p. 9.

[5] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p. 36.

[6] ĠU L 282, tat-8.11.2000, p. 9.

[7] ĠU L 30. tal-5.2.1998, p. 16.

[8] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 6.

[9] ĠU L 207, tad-19.7.1989, p. 19.

[10] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 30.

[11] ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 21.

[12] ĠU L 245.ta’ l- 1.10.1993, p. 99.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Rati ta' bdil li għalihom hemm referenza fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 1

EUR 1 = (medja għall-1 sal-31 ta' Diċembru 2001)

7,44264 | Krone Daniża |

9,43828 | Krona Svediża |

0,619444 | lira sterlina |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Rati ta’ bdil li għalihom hemm referenza fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1

EUR 1 = (medja għas-6 ta’ Diċembru 2001 sal-5 ta’ Jannar 2002)

7,44177 | Krone Daniża |

9,40065 | Krona Svediża |

0,618331 | lira sterlina |

--------------------------------------------------