32002R0357



Official Journal L 056 , 27/02/2002 P. 0003 - 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 357/2002

tas-26 ta’ Frar 2002

rigward il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ importazzjoni għaz-zokkor u t-taħlit ta’ zokkor u kawkaw li jikkwalifikaw bħala prodotti ta’ oriġini ACP/OCT u EC/OCT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji lill hinn mix-xtut tal-Komunità, mal-Komunità Ewropea [1],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2002 tal-31 ta’ Jannar li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għaz-zokkor u t-taħlit taz-zokkor u kawkaw li huma prodotti ta’ oriġini ACP/OCT jew EC/OCT kumulazzjoni ta’ oriġini [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 6(4) ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jaċċetta l-kumulazzjoni ta’ oriġini ACP/EC-OCT għall-prodotti li jissemmew fil-Kapitolu 17 u fil-kodiċijiet NM 18061030 u 18061090 sa limitu ta’ kwantità annwali ta’ 28000 tunnellati ta’ zokkor.

(2) Xi talbiet tressqu ma’ l-awtoritajiet nazzjonali, skond ir-Regolament (KE) Nru 192/2002 għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż dik ammessa mid-Deċiżjoni 2001/822/KE.

(3) L-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 192/2002 jgħid li, jekk talbiet għal liċenzji ta’ importazzjoni jkopru ammont annwali li jaqbeż it-28000 tunnellata, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jiffissa koeffiċjent uniformi ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għal kull talba mressqa u tissospendi s-sottomissjoni ta’ talbiet oħra matul dik is-sena.

(4) Il-Kummissjoni għaldaqstant għandha tiffissa l-koeffiċjent ta’ tnaqqis għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u tissospendi l-ħruġ ta’ liċenzji ġodda għas-sena 2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Se jiġu aċċettati talbiet ta’ ċertifikati ta’ importazzjoni ppreżentati sa l-14 ta’ Frar 2002 skond kif hemm maħsub fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 192/2002 għal 45000 tunnellata, 62,22222 % tal-kwantità mitluba fl-applikazzjoni.

L-Artikolu 2

Is-sottomissjonijiet ta’ aktar applikazzjonijiet għas-sena 2002 b’dan huma sospiżi.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar is-27 ta’ Frar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-26 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 314 tat-30.11.2001, p. 1.

[2] ĠU L 31 ta’ l-1.2.2002, p. 55.

--------------------------------------------------