32002R0095



Official Journal L 017 , 19/01/2002 P. 0037 - 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 95/2002

tat-18 ta’ Jannar 2002

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabilixxi regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li teċċedi l-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1], u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jintroduċi miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Ażores u l-Madeira u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [2] u (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jdaħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli għall-Ġżejjer Kanarji u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) [3] jistabbilixxi arranġamenti ġodda sabiex jirrimedjaw id-distanza mbiegħda, l-insularità u l-lokazzjoni l-iktar ‘il barra ta’ dawn ir-reġjuni.

(2) Ir-regoli dettaljati sabiex jimplimentaw l-arranġementi speċifiċi tal-provvista għar-reġjuni l-iktar ‘il barra, introdotti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 [4], (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2002 [5], jipprovdu, fost ħwejjeġ oħra, sabiex jissoktaw id-disposizjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mad-direzzjoni tal-kummerċ tradizzjonali mal-bqija tal-Komunità, partikolarment rigward il-kunsinji ta’ żokkor abjad tal-klassi C u żokkor mhux maħdum tal-klassi C fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001. Sabiex ikun assigurat perjodu standardizzat taż-żmien li fih japplika dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1260/2001, għandu jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet speċifiċi iddikjarati fl-Artikolu 1(1a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 ta’ l-14 ta’ Settembru 1981 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni rigward il-produzzjoni taz-zokkor li teċċedi l-kwota [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1148/98 [7], japplikaw matul il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001.

(3) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-test ta’ l-Artikolu 1(1a) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

"1a. Matul il-perjodu taż-żmien riferut fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 [8], minkejja l-paragrafu 1(a), (b) u (d), meta z-zokkor tal-klassi C jiġi importat fil-Ġżejjer Kanarji jew fil-Madeira fil-għamla ta’ zokkor abjad li jidħol fil-kodiċi tan-NM 1701 jew fl-Ażores fil-għamla ta’ zokkor mhux maħdun li jidħol fil-kodiċi tan-NM 17011210 skond l-iskema ta’ l-eżenzjoni mid-dazji fuq importazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 [9] jew l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 [10], għandhom jiġu meqjusa bħala esportati lejn pajjiż terz fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 u li joriġinaw f’dan il-pajjiż terz bil-għan li tiġi applikata l-iskema msemmija."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-30.06.01, p. 1.

[2] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 26.

[3] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 45.

[4] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 11.

[5] ĠU L 8, tal-11.01.02, p. 1.

[6] ĠU L 262, tas-16.09.81, p. 14.

[7] ĠU L 159, tat-3.06.98, p. 38.

[8] ĠU L 178, tat-30.06.01, p. 1.

[9] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 26.

[10] ĠU L 198, tal-21.07.01, p. 45.

--------------------------------------------------