32002L0100



Official Journal L 002 , 07/01/2003 P. 0033 - 0038


Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2002/100/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002

jemenda id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ azoxystrobin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidraw Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 fuq it-tfassil tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċdi ġo u fuq ċerti prodotti ta’ oriġini ta’ pjanti li jinkludu frott u ħaxix [1], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 2002/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidraw Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għal protezzjoni ta’ pjanti [3], kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 2002/81/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanza attiva ġdida azoxystrobin kienet imnizzla fl-ANNESS I tad-Direttiva 91/414/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE [5] biex tiġi użata bħala funguċida biss, mingħajr ma’ tispeċifika kondizzjonijiet partikolari li jkollhom impatt fuq l-uċuh tar-raba li jistgħu jkunu trattati bi prodotti għal protezzjoni ta’ pjanti li fihom jinsab dan l-ingredjent attiv.

(2) Il-livelli massimi ta’ residwi (LMR) għal azoxystrobin ġo u fuq kommodità kopert mid-Direttiva 90/642/KEE huma stabbiliti f’dawk id-Direttivi kif emendat partikolarment mid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/71/KE [6], 2000/48/KE [7], 2001/48/KE [8] u 2002/23/KE [9].

(3) L-LMR stabbiliti f’dik id-Direttiva jirriflettu l-użu awtorizzat ta’ azoxystrobin fuq ċerti uċuh tar-raba. Fuq l-uċuh tar-raba fejn l-użu m’huwiex awtorizzat l-LMR huma mfassla fuq livell baxx ta’ determinazzjoni analitika (LD). In generali, l-użu ta’ azoxystrobin jirriżulta f’residwi f’eċċess ta’ l-LD. B’dal-mod meta hemm proposta ġdida għall-użu tagħha, l-Istati Membri huma meħtieġa biex jistabbilixxu LMR nazzjonali provisjonali ġdida skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma jkun awtorizzat prodott għal protezzjoni ta’ pjanti bħal dan li fih jinsab sustanza attiva. Informazzjoni dwar l-użu addizzjonali kien mogħti minn ċertu Stati Membri. L-informazzjoni disponibbli kien revedut u huwa bizzejjed biex jimmodifika l-livelli massimi ta’ residwi provisjonali fuq livell ta’ Komunità dwar l-uċuh tar-raba fuq liema l-Istati Membri issa qegħdin jipproponu biex jawtorizzaw l-użu ta’ prodotti għal protezzjoni ta’ pjanti li fihom jinsab l-azoxystrobin.

(4) Dwar l-inkluzzjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ l-azoxystrobin, l-evalwakjonijiet tekniċi u xjentifiċi kienu finalizatati fil-forma ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni fit-22 ta’ April 1998. Dan fassal id-dħul aċċetabli ta’ kuljum (ADI) tas-sustanza għal 0,1 mg/kg bw/ġurnata. ta’ prodotti ta’ l-ikel ittrattati bl-azoxystrobin kien stimat u evalwat skond il-proċeduri u l-prattiċi tal-Komunità, dan billi kienu kkunsidrati l-linji gwida ppubblikati l-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija [10] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għal pjanti [11] fuq il-metodologija użata u huwa kalkulat li LMR ġodda li issa huma proposti mhux ser iwassal biex l-ADI jkun maqbuż.

(5) Il-Komunità notifikat abbozz tad-Direttiva tal-Kummissjoni lill-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinjiji u l-kummenti li rċeviet kienu kkunsidrati meta d-Direttiva kienet qed tkun finalizzata.

(6) Kienu kkunsidrati l-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għal pjanti, partikolarment il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għal dak li jirrigwada il-protezzjoni ta’ konsumaturi ta’ prodotti ta’ l-ikel trattati bil-pestiċidi.

(7) Id-Direttiva 90/642/KEE għandha għalhekk tkun emendat b’dan il-mod.

(8) Din id-Direttiva hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Ġerarkija ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċdi għal azoxystrobin fl-ANNESS II tad-Direttiva 90/642/KEE għandhom ikunu sostitwiti mill-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tiġi fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, r-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrativi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva, l-iktar tard, sa’ l-31 ta’ Marzu 2003 at the latest. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

3. Għandhom japplikaw dawn id- dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2003.

4. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun tinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva qiegħeda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 2002.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, 14.12.90, p. 71.

[2] ĠU L 291, tat-28.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 230, 19.08.91, p. 1.

[4] ĠU L 276, 12.10.02, p. 28.

[5] ĠU L 191, 07.07.98, p. 50.

[6] ĠU L 194, 27.07.99, p. 36.

[7] ĠU L 197, 03.08.00, p. 26.

[8] ĠU L 180, 03.07.01, p. 26.

[9] ĠU L 64, 07.03.02, p. 13.

[10] Linji gwida għat-tbassir tad-dħul tad-dieta ta’ residwi ta’ pestiċdi (reveduti), preparati mill-GEMS/Program ta; l-ikel f’kollaborazzjoni mall-Kumitat Codex fuq residwi ta’ pestiċidi, pubblikat mill-Organizazzjoni tas-Saħħa Dinjija 1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[11] L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku għal pjanti li jirrigwarda mistoqsijiet relatati ma’ l-emendament ta’ l-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 7), 86/363/KEE (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43) u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku għal pjanti, l-14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/virgola/dg24/health/sc/scp/out21_en.html).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li fuqhom japplika l-LRM | Residwi ta' Pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg) |

Azoxystrobin |

1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, preservat permezz ta' l-iffrizar, li fih ma jkunx jinsab zokkor miżjud; ġewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 1 |

Grejpfrut | |

Lumi | |

xkomp | |

Mandolin (li jinkludi l-klementin u bagħal oħra) | |

Lanrinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

ii)ĠEWŻ TAS-SIGAR (bil-qoxra jew mingħajr qoxra) | 0,1 |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Ġewż ta' Anakardju | |

Qastan | |

Ġewża ta' l-Indi | |

ġellewża | |

Macadamia | |

Ġewża Amerikana | |

Ġewż ta' l-arżnu | |

Pistaċċi | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

iii)Frott li fih l-karpelli f'nofs il-frotta li jagħalqu fihom iż-żerriegħa tagħhom | 0,05 |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

iv)FROTT BL-GĦADAM | 0,05 |

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (li jinkludi n-nuċiprisk bagħal simili) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | |

v)FROTT ŻGHIR MGERRBA BLA GĦADAM | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 2 |

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid grapes | |

(b)Frawli (ħlief is-salvaġġ) | 2 |

(ċ)Frott tal-zokk(other than wild) | 0,05 |

Tut | |

Iċ-ċawsli iswed | |

Għeneb kbir aħmar | |

Lampun | |

Oħrajn | |

(d)Frott ieħor żghir u frott żghir mgerbba bla għadam (minbarra dak salvaġġ) | 0,05 |

Mirtill | |

Sġajar | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | |

Rużberri | |

Oħrajn | |

(e)Frott Salvaġġ żghir mgerbba bla għadam u Frott Salvaġġ | 0,05 |

vi)Mixxellanji | |

Avokado | |

Banana | 2 |

Tamal | |

Tin | |

Ribes Ċiniż | |

Larinġ tal-qsari tal-ġenus Fortunella | |

Lychee | |

Mangu | |

Żebbuġ | |

Il-frotta tal-fjura tal-Passjoni | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | 0,05 |

2.Ħaxix, frisk jew nej, iffriżat jew niexef

i)(ĦXEJJEX TA' L-GĦERUQ U TAT-TUBERU | |

Pitrava | |

Karrotti | 0,2 |

Krafes ħoxnin | |

Mustarda użata għaz-zalza | 0,2 |

Artiċokk | |

Zunnarija bajda (Pastinaca sativa) | 0,2 |

Għeruq tat-tursin | 0,2 |

Ravanell abjad | |

Salsafja | 0,2 |

Patata ħelwa | |

Rutabaga | |

Nevew | |

Ħjut tas-suf | |

Oħrajn | 0,05 |

ii)ĦAXIX TAL-BASAL | 0,05 |

Tewm | |

Basal | |

Basal Abjad | |

Basal żghir li jintiekel nej (scallion) | |

Oħrajn | |

iii)ĦAXIX LI QED JAGĦMEL FROTT | |

(a)Solanacea | |

Tadam | 2 |

Bżar | 2 |

Brunġiel | 2 |

Oħrajn | 0,05 |

(b)Xatrambatra — Il-qoxra ma tintiekilx | 1 |

Ħjar | |

Gherkins | |

Qargħa bagħli żgħir | |

Oħrajn | |

(ċ)Xatrambatra — Il-qoxra ma tintiekilx | 0,5 |

Bettieħ | |

Cucurbita | |

Dulliegħ | |

Oħrajn | |

(d)Qamħ bil-qalba fiha ħafna zokkor | 0,05 |

iv)ĦAXIX TAL-BRASSICA | 0,05 |

(a)Fjoritura ta' brassica | |

Brokkli | |

Pastard | |

Oħrajn | |

b)Ras il-brassica | |

Kaboċċi żghar | |

Ras il-kabboċċa | |

Oħrajn | |

(ċ)Brassica bil-weraq | |

Kaboċċa Ċiniża | |

Kaboċċa | |

Oħrajn | |

(d)Ġidra | |

v)ĦAXIX TAL-WERAQ U ĦWAWAR FRISKI | |

(a)Ħass u simili tal-ħass | 3 |

Krexxuni | |

Lamb's lettuce | |

Ħass | |

Scarole | |

Oħrajn | |

(b)Spinaċi u simili | 0,05 |

Spinaċi | |

Weraq tax-xitla tal-pitravi (l-ispeċi fl-ġeneru Salvelinus) | |

Oħrajn | |

(ċ)Sija | 0,05 |

(d)Witloof | 0,2 |

(e)Herbs | 3 |

Maxxita | |

Kurrat Salvaġġ | |

Tursin | |

Werraq tal-karfus | |

Oħrajn | |

vi)ĦAXIX TAL-LEGUM (frisk) | |

Fażola (mingħajr miżwed) | 1 |

Fażola (mingħajr miżwed) | 0,2 |

Piżelli (bil-miżwed) | 0,5 |

Piżelli (mingħajr miżwed) | 0,2 |

Oħrajn | 0,05 |

vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK (frisk) | |

Sfarġ | |

Kardun | |

Karfus | 5 |

Fennel | |

Qaqoċċ | 1 |

Kurrata | 0,1 |

Rabarbru | |

Oħrajn | 0,05 |

viii)FUNGI | 0,05 |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | |

(b)Faqqiegħ Salvaġġ | |

3.Żerriegħa ta' ħaxix li jagħmlu mżwiewed u li jitnixxfu għall-ikel | 0,1 |

Fażola | |

Għadsa | |

Piżelli | |

Oħajn | |

4.Żerriegħa li minnha jingħasar iż-żejt

Żerriegħa tal-kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-Peprina | |

Żerriegħa tal-ġulġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żerriegħa tal-kolza | 0,5 |

Sojja | |

Żerriegħa tal-Mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton | |

Oħrajn | 0,05 |

5.Patata | 0,05 |

Patata Kmieni | |

Patata użata | |

6.Te (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew b'mod ieħor, ta' Kamelja | 0,1 |

7.u trabb mhux ikkonċentrat | 20 |

--------------------------------------------------