Official Journal L 287 , 25/10/2002 P. 0040 - 0041
Id-Deċiżjioni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta' faċilitajiet approvati f'pajjiżi terzi għat-tneħħija ta' radjazzjoni minn fuq l-ikel (notifikata taħt id-dokument numru K(2002) 3994) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2002/840/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita‘ Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' Stati Membri li jikkonċernaw prodotti u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni jonizzanti [1], u partikolarment Artikolu 9(2) tiegħu, Billi: (1) Skond id-Direttiva 1999/2/KE oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'radjazzjoni joniżżanti ma jistgħux jiġu mportati minn pajjiż terz sakemm ma jkunx ġew ittrattati f'faċilità ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvata mill-Komunità. (2) Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għall-approvazzjoni minn tlett faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni fl-Afrika ta' Isfel, u waħda fl-Ungerija permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. Esperti tal-Kummissjoni spezzjonaw il-faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk humiex konformi mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 1999/2/KE u, b'mod partikolari, jekk superviżjoni uffiċjali tigarantixxix li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta' Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva. (3) Il-faċilitajiet fl-Afrika ta' Isfel u fl-Ungerija kkonformaw mal-maġġoranza tal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/2/KE. In-nuqqasjiet identifikati mill-Kummissjoni ġew indirizzati b'mod adekwat mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Afrika ta' isfel u ta' l-Ungerija. Il-lista li għad trid tiġi adottata b'din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta b'mod regolari. (4) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Animali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-lista ta' faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni approvati fit-tifsira ta' Artikolu 9(2) tad-Direttiva 1999/2/KE hija konformi ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 66, tat-13.3.1999, p. 16. -------------------------------------------------- ANNESS Lista ta' faċilitajiet ta' tneħħija ta' radjazzjoni f'pajjiżi terżi approvati mill-Komunità Nru ta' Referenza: EU-AIF 01-2002 HEPRO Cape (Pty) Ltd 6 Ferrule Avenue Montague Gardens Milnerton 7441 Western Cape Republic of South Africa Tel. (27-21) 551 24 40 Fax (27-21) 551 17 66 Nru ta' Referenza: EU-AIF 02-2002 Gammaster South Africa (Pty) Ltd PO Box 3219 5 Waterpas Street Isando Extension 3 Kempton Park 1620 Johannesburg Republic of South Africa Tel. (27-11) 974 88 51 Fax (27-11) 974 89 86 Nru ta' Referenza: EU-AIF 03-2002 Gamwave (Pty) Ltd PO Box 26406 Isipingo Beach Durban 4115 Kwazulu-Natal Republic of South Africa Tel. (27-31) 902 88 90 Fax (27-31) 912 17 04 Nru ta' Referenza: EU-AIF 04-2002 Agroster Besugarzo Reszvenytarsasag Budapest X Jaszberenyi ut 5 H-1106 Tel. (36-1) 262 19 22 Fax (36-1) 262 19 22 --------------------------------------------------