32002D0735

Id-Deċiżjoni tal Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbilità rigward is-subsistema tal-vaguni tal-ferrovija tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2002) 1952)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

Official Journal L 245 , 12/09/2002 P. 0402 - 0506
CS.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
ET.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
HU.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
LT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
LV.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
MT.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
PL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
SK.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524
SL.ES Chapter 13 Volume 30 P. 416 - 524


Id-Deċiżjoni tal Kummissjoni

tat-30 ta' Mejju 2002 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbilità rigward is-subsistema tal-vaguni tal-ferrovija tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2002) 1952)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/735/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Tratta li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabbilità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) B'konformità mal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea hija subdiviża f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Dawn is-subsistemi huma deskritti fl-Anness II tad-Direttiva.

(2) B'konformità mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, kull waħda mis-subsistemi għandha tkun koperta minn speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (TSI).

(3) B'konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, abbozzi tat-TSI għandhom ikunu miktuba mill-korp rappreżentattiv konġunt.

(4) Il-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE appuntat lill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Interoperabbilità Ferrovjarja (AEIF) bħala l-korp rappreżentattiv Konġunt skond l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva.

(5) L-AEIF ingħata mandat sabiex iħejji abbozz ta' TSI għas-subsistema tal-vaguni tal-ferrovija skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Dan il-mandat ġie stabbilit skond il-proċedura li tinstab fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva.

(6) L-AEIF kiteb l-abbozz tat-TSI, flimkien ma' rapport introduttorju li fih analiżi ta' spejjeż u benefiċċji kif hemm dispożizzjoni dwar dan fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva.

(7) l-abbozz tat-TSI ġie eżaminat mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, fl-istruttura tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva, fid-dawl tar-rapport introduttorju.

(8) Kif speċifikat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/48/KE, il-kondizzjonijiet għall-kisba tal-interoperabbilità tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea jirrigwardaw id-disinn, il-kostruzzjoni, l-aġġornament u tħaddim tal-infrastrutturi w l-vaguni tal-ferrovija li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-sistema li għanha tiddaħħal fis-servizz wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Għal dak li jirrigwarda l-infrastrutturi u l-vaguni tal-ferrovija li huwa diġà fis-servizz fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' din it-TSI, it-TSI għandha tiġi applikata miż-żmien meta x-xogħol huwa kkontemplat fuq dawn l-infrastrutturi. Però l-livell li għalih it-TSI hija applikata ivarja skond l-iskop u l-livell ta' xogħlijiet imbassra u l-ispejjeż u l-benfiċċji ġenerati mill-applikazzjonijiet intiżi. Sabiex tali xogħolijiet parzjali jaslu sabiex iwettqu interoperabbilità sħiħa, għandhom jkunu sostnuti minn strateġija koerenti ta' l-implimentazzjoni. F'dan il-kuntest, għandha ssir distinzjoni bejn l-aġġornament, ir-rinnovament u s-sostituzzjoni konnessa ma' manteniment.

(9) Huwa rikonoxxut li d-Direttiva 96/48/KE u t-TSI ma' japplikawx għal aġġornamenti jew sostituzzjoni b'konnessjoni mal-manteniment. Però huwa mixtieq li t-TSI għandhom japplikaw għal rinnovamenti — kif ikun il-każ għat-TSI għal sistema ferrovjarja konvenzjonali permezz ta' id-Direttiva 2001/16/KE. Fl-assenza ta' ħtieġa mandatorja u b'kunsiderazzjoni għall-livell tax-xogħol ta' rinnovament, l-Istati Membri huma nkoraġġuti, meta huwa possibbli għalihom, sabiex japplikaw it-TSI għall-rinnovamenti u sostituzzjoni konnessa mal-manteniment.

(10) Fil-verżjoni preżenti, t-TSI, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, jkopri fatturi li huma speċifiċi għas-sistema ta' veloċità għolja. Bħala regola ġenerali, ma tindirizzax l-aspetti komuni tas-sistema ta' veloċità għolja u tal-ferrovija konvenzjonali. L-interoperabbilità ta' din ta' l-aħħar huwa s-suġġett ta' Direttiva [2] oħra. Stante li l-verifika tal-interoperabbilità għandha tkun stabbilita permezz ta' referenza għat-TSI, skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE, huwa meħtieġ, waqt il-perjodu transitorju bejn il-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u il-pubblikazzjoni tad-Deċiżjonijiet li jadottaw it-TSI tal-"ferrovija konvenzjonali", sabiex iqiegħdu l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu soddisfatti minbarra t-TSI annessa. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li kull Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-regoli tekniċi nazzjonali rilevanti li jintużaw sabiex tintlaħaq l-interoperabbilità u li tissoddisfa l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 96/48/KE. Minbarra dan, fil-każ ta' dawk ir-regoli li huma nazzjonali, huwa meħtieġ li kull Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-korpi li hija tappunta għat-twettiq tal-proċedura għall-evalwazzjoni tal-konformità jew adekwatezza għall-użu kif ukoll il-proċedura ta' verifika fl-użu tal-verifika, l-interoperabbilità tas-subsistemi fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE. L-Istati Membri għandhom japplikaw, sa fejn huwa possibbli, l-prinċipji u l-kriterji pprovduti fid-Direttiva 96/48/KE għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(2) fil-każ ta' dawn ir-regoli nazzjonali. Għal dak li jirrigwarda l-korpi responsabbli għal dawk il-proċeduri, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, minn korpi notifikati taħt l-Artikolu 20 tad-Direttiva 96/48/KE. Il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi ta' din l-informazzjoni (regoli nazzjonali, proċeduri, korpi li għandhom ir-responsabbilità li jimplimentaw il-proċeduri, durata ta' dawn il-proċeduri) u, meta xieraq, għandhom jiddiskutu mal-kumitat, il-ħtieġa ta' kwalunkwe miżura li għandha tittieħed.

(11) It-TSI, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, ma timponix l-użu ta' teknoloġiji speċifiċi jew soluzzjonijiet tekniċi ħlief meta dan huwa strettament meħtieġa għall-interoperabbilità tal-infrastruttura ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea.

(12) It-TSI, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, hija bbażata fuq l-aħjar informazzjoni magħrufa mill-esperti fil-waqt tal-preparazzjoni ta' l-abbozz korrispondenti. Żviluppi fit-teknoloġija jew ħtiġiet soċjali jistgħu jeħtieġu l-emenda jew is-suppliment ta' din it-TSI. Meta xieraq, proċedura ta' reviżjoni jew aġġornament tkun imnidija skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 96/48/KE.

(13) F'xi każi, it-TSI, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, tippermetti għażla bejn soluzzjonijiet differenti, li jagħmluha possibbli sabiex jiġu applikati soluzzjonijiet interoperabbli definittivi jew tranżitorji li huma kompatibbli mas-sitwazzjoni eżistenti. Minbarra dan, id-Direttiva 96/48/KE tipprovdi għal disposizzjonii speċjali ta' l-implimentazzjoni f'każi speċifiċi. Minbarra dan, fil-każi li hemm dispożizzjoni dwarhohom fl-Artikolu tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikollhom permess li ma japplikawx ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li r-Reġistru tal-vaguni tal-ferrovija huwa pubblikat u aġġornat kull sena. Dan ir-reġistru għandu jipprovdi l-karatteristiċi ewlenin tal-vaguni tal-ferrovija nazzjonali (e.g. il-parametri bażiċi) u l-konkordanza tagħhom mal-karatteristiċi preskritti mat-TSIs applikabbli. Għal dan il-għan, it-TSI, li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, tindika preċiżament liema nformazzjoni għandhatidher fuq ir-reġistru.

(14) L-applikazzjoni tat-TSI li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni għandhatieħu f'kunsiderazzjoni kriterji speċifiċi li jittrattaw kompatibbilità teknika u operattiva bejn l-infrastrutturi u l-vaguni tal-ferrovija li għandha titpoġġa fis-servizz u l-infrastruttura li fihom ser jiġu integrati. Dawn il-ħtiġiet ta' kompatibbilità jeħtieġu evalwazzjoni teknika u ekonomika komplessa li jsir skond il-każ. L-analiżi għandha tieħu f'kunsiderazzjoni:

- l-interfażi bejn is-subsistemi differenti msemmija fid-Direttiva 96/48/KE,

- il-kategoriji differenti tal-linji u l-vaguni tal-ferrovija msemmija fid-Direttiva u

- l-ambjenti tekniċi u operattivi tal-infrastrutturi eżistenti.

Din hija r-raġuni għaliex huwa essenzjali li tkun stabbilita strateġija għall-implimentazzjoni tat-TSI li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, li għandha tindika l-istadji tekniċi sabiex timxi mill-kondizzjonijiet preżenti tal-infrastruttura għal sitwazzjoni meta l-infrastruttura hija interoperabbli.

(15) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

It-TSI rigward is-subsistema tal-vaguni ambulanti tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE hija permezz ta' dan adottata mill-Kummissjoni. It-TSI tinstab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. It-TSI hija applikabbli kollha kemm hi għal-vaguni tal-ferrovija tas-sistema ferrovjarja ta' veloċità għolja trans-Ewropea kif definita fl-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE, b'attenzjoni għall-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 hawn taħt.

L-Artikolu 2

1. Għal dak li jirrigwarda l-aspetti li huma komuni għal sistemi ta’ veloċità għolja u s-siatemi ferrovjarji konvenzjonali, iżda mhux koperti mit-TSI annessa, il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu soddisfatti għall-verifika tal-interoperabbilità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 96/48/KE huma r-regoli tekniċi applikabbli li jintużaw fl-Istati Membri li jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz tas-subsistema kkonċernata b’din id-Deċiżjoni.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni:

- il-lista ta’ regoli tekniċi applikabbli msemmija taħt l-Artikolu 2(1),

- l-evalwazzjoni tal-konformità u tal-proċeduri ta’ verifika li għandhom jiġu applikati għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli,

- il-korpi li hija tapponta għat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ konformità u ta’ verifika.

L-Artikolu 3

1. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu:

- "aġġornament" ifisser xogħol maġġuri sabiex jimmodifika subsistema jew parti minn subsistema li tbiddel l-imġieba tas-subsistema,

- "rinnovament" tfisser xogħol maġġuri sabiex jissosstitwixi subsistema jew parti minn subsistema li ma tbiddilx l-imġieba tas-subsistema,

- "sostituzzjoni in konnessjoni ma’ manteniment" tfisser sostituzzjoni ta’ komponenti minn partijiet ta’ funzjoni identika u imġieba fil-kuntest ta’ manteniment li jista’ jitbassar jew korrettiv.

2. — Fil-każ ta’ aġġornament, l-entità kontraenti għandha tissottometti dossier li jiddeskrivi l-proġett lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru għandu jeżamina d-dossier u, wara li tkun ikkunsidrata l-istrateġija ta’ l-implimentazzjoni fil-Kapitlu 7 tat-TSI annessa, għandu (meta xieraq) jiddeċidi jekk l-ammont ta’ xogħol jeħtieġ awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE. Tali awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz hija neċessarja kull meta l-livell ta’ sigurtà jista’ jiġi affettwat oġġettivament mix-xogħol ikkontemplat. Meta l-awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE hija meħtieġa, l-Istat Membru jiddeċiedi jekk:

(a) il-proġett jinkludi applikazzjoni kompluta tat-TSI, f’liema każ is-subsistema tkun is-suġġett tal-proċedura tal-verifika KE fid-Direttiva 96/48/KE; jew

(b) l-applikazzjoni kompluta tat-TSI għadha mhix possibbli. F’dan il-każ, is-subsistema ma tkunx f’konformità sħiħa mat-TSI u l-proċedura tat-verifika KE fid-Direttiva 96/48/KE tkun applikata biss għal dak li jirrigwarda l-partijiet applikabbli tat-TSI.

F’dawn iż-żewġ każi, l-Istat Membru għandu jinforma lill-kumitat stabbilit in segwitu‘ tad-Direttiva 96/48/KE dwar id-dossier rilevanti nklużi l-partijiet tat-TSI li jkunu applikati u l-livell tal-interoperabbilità li qed tinkiseb.

3. Fil-każ ta’ rinnovament u sostituzzjoni konnessa ma’ manteniment, l-applikazzjoni tat-TSI anness huwa volontarju.

L-Artikolu 4

Il-partijiet rilevanti tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/290/KE dwar il-parametri bażiċi tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja trans-Ewropea mgħandhomz effett aktar mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSI annessa.

L-Artikolu 5

It-TSI annessa għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta’ Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 6.

[2] Id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 110, ta' l-20.4.2001, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

Speċifika teknika għall-interoperabbilità li tirrigwardja s-subsistema tal-vaguni ambulanti

KONTENUT

1. INTRODUZZJONI

1.1. SKOP TEKNIKU

1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU

1.3. IL-KONTENUT TA' DIN L-STI

2. DEFINIZZJONIJIET/SKOP TAS-SUBSISTEMA

2.1. DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA

2.2. FUNZJONIJIET TAL-VAGUNI AMBULANTI FI ĦDAN L-ISKOP TA' DIN L-STI

2.2.1. Iġorru u jipproteġu ‘l-passiġġieri u lill-ekwipaġġ tal-ferrovija

2.2.2. Jaċċelleraw, iżommu l-veloċità, jibbrejkjaw u jieqfu

2.2.3. Iżommu lis-sewwieq tal-ferrovija infurmat, jipprovdu dehra lejn ‘il quddiem, u jippermettu kontroll xieraq

2.2.4. Jappoġġjaw u jiggwidaw il-ferrovija fuq il-binarji

2.2.5. Tagħti lill-oħrajn sinjali tal-preżenza tagħha

2.2.6. Jiffunzjonaw b'sigurtà anki fil-każ ta' inċidenti

2.2.7. Jirrispettaw l-ambjent

2.3. FUNZJONIJIET IL-BARRA MILL-ISKOP TA' DIN L-STI

2.3.1. L-abbilità li topera fuq sistemi disponibbli tal-forniment tat-trazzjoni

2.3.2. Apparat abbord tal-kontroll u l-kmandi

2.3.3. Il-possibbiltà tal-manutenzjoni matul l-użu fin-network

3. ĦTIĠIET ESSENZALI

3.1. …

3.2. …

3.3. …

3.3.1. Sigurtà

3.3.2. Affidibbilità u d-disponibbiltà,

3.3.3. Ħtiġiet tas-saħħa

3.3.4. Il-protezzjoni ta' l-ambjent

3.3.5. Kompatibbiltà teknika

3.4. Verifika

4. KARATTERISTIĊI TAS-SUBSISTEMA

4.1. PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

4.1.1. Forzi massimi tal-binarji (BP 4)

4.1.2. Tagħbija tal-fus (BP10)

4.1.3. Tul massimu tal-ferrovija (BP11)

4.1.4. Skartament tat-tagħbija tal-vettura (BP12)

4.1.5. Karatteristiċi minimi tal-brejkijiet (BP13)

4.1.6. Karatteristiċi tal-limiti elettriċi għall-vaguni ambulanti (BP 14)

4.1.7. Karatteristiċi tal-limiti mekkaniċi għall-vaguni ambulanti (BP15)

4.1.8. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (BP17)

4.1.9. Karatteristċi tal-limiti marbuta ma' l-interferenza elettromanjetika esterna (BP19)

4.1.10. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss intern (BP20)

4.1.11. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-kondizzjonar ta' l-arja (BP21)

4.1.12. Karatteristċi marbuta mal-karreġġjata ta' persuni b'mobillità mnaqqsa (BP22)

4.1.13. Varjazzjoni massima tal-pressjoni fil-mini (BP 23)

4.1.14. Rampi massimi (BP 24)

4.2. INTERFAŻI TAS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

4.2.1. Disinn tal-formazzjoni fissa ta' settijiet ta' ferroviji

4.2.2. Apparat tal-viġilanza tas-sewwieq

4.2.3. Sistema ta' l-elettrifikazzjoni

4.2.4. Sistema ta' kontroll-kmand abbord il-ferroviji

4.2.5. Tarġa tal-passiġġieri

4.2.6. Bieb ta' aċċess għall-passiġġieri

4.2.7. Ħruġ ta' l-emerġenza għall-passiġġieri

4.2.8. Ħruġ ta' emerġenza mill-kabina tas-sewwieq

4.2.9. Arranġamenti għall-irbit fis-salvataġġ ta' settijiet tal-ferroviji

4.2.10. Kuntatt rota/linja

4.2.11. Sejbien tal-kaxxa sħuna

4.2.12. Allarm ta' l-emerġenza

4.2.13. L-effetti tal-kurrenti ta' l-arja

4.2.14. Effetti ta' rjieħ transversjali

4.2.15. Kurrent Eddy tal-brejkijiet

4.2.16. Lubrifikazzjoni tal-ħanek

4.2.17. Koeffiċjent tas-sospensjoni

4.2.18. Raġġ minimu tal-kurva

4.2.19. Manutenzjoni

4.2.20. Dwal esterni u l-ħorn

4.2.21. Proċeduri ta' l-erfiegħ/salvataġġ

4.3. IMĠIEBA SPEĊIFIKATA

4.3.1. Ħtiġijiet minimi ta' l-imġieba

4.3.2. Veloċità massima ta' l-użu ta' settijiet tal-ferroviji

4.3.3. Ħtiġijiet ta' l-imġieba tat-trazzjoni

4.3.4. Ħtiġijiet ta' l-adeżjoni tat-trazzjoni

4.3.5. Limiti tat-talba fuq l-adeżjoni tal-brejkijiet

4.3.6. Ħtiġiet tas-sistema tal-brejkijiet

4.3.7. L-imġieba tal-brejkijiet waqt l-użu

4.3.8. Protezzjoni ta' ferrovija immobbilizzata

4.3.9. L-imġieba tal-brejk f'rampi bi gradjenti wieqfa

4.3.10. Sejbien tal-ħruġ mil-linji

4.3.11. Protezzjoni kontra n-nar u dħaħen tossiċi

4.3.12. Kondizzjonijiet ambjentali għall-vaguni ambulanti

4.3.13. Kunċetti ta' monitoraġġ u dianjożi

4.3.14. Speċifikazzjoni partikolari għal mini twal

4.3.15. Sistema tad-dawl ta' l-emeġenza

4.3.16. Sistema ta' indirizzar pubblika

4.3.17. Protezzjoni kontra xokkijiet elettriċi

4.3.18. Il-kabina tas-sewwieq

4.3.19. Wind-screen u l-quddiem tal-ferrovija

4.3.20. Sinjali ta' l-informazzjoni għall-passiġġieri

4.3.21. It-twaletti disponibbli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ tal-ferrovija

5. L-INTEROPERABBILITÀ TAL-KOSTITWENTI

6. ASSESJAR TAL-KONFORMITÀ U/JEW L-ADATTABBILITÀ GĦALL-UŻU

6.1. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÀ TAL-VAGUNI AMBULANTI

6.1.1. Il-konformità u l-adattabbilità tal-proċeduri ta' l-assessjar ta' l-użu (moduli)

6.1.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.2. IS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

6.2.1. Proċeduri ta' l-assessjar (moduli)

6.2.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.3. IL-METODI SPEĊIFIĊI TAT-TESTIJIET

6.3.1. Limiti tal-karatteristiċi relatati mal-ħsejjes interni – metodi tal-kejl

6.3.2. Metodu tat-test għat-tieqa ta' quddiem tal-kabina għal reżistenza suffiċjenti kontra projettili

7. IMPLIMENTAZZJONI TAL-STI TAL-VAGUNI AMBULANTI

7.1. L-APPLIKAZZJONI TA' DIN IL-STI – PRINĊIPJI

7.1.1. Vaguni ambulanti ġodda

7.1.2. Vaguni ambulanti li jkunu aġġornati

7.2. KOMPATIBBILITÀ TAL-VAGUNI AMBULANTI MA' SUBSISTEMI OĦRAJN

7.3. KAŻI SPEĊIFIĊI

7.3.1. Skartament tat-tagħbija tal-vettura (is-Sezzjoni 4.1.4)

7.3.2. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (is-Sezzjoni 4.1.8)

7.3.3. Varjazzjonijiet massimi tal-pressjoni fil-mini (is-Sezzjoni 4.1.13)

7.3.4. It-tarġa tal-passiġġieri (is-Sezjoni 4.2.5)

7.3.5. Kuntatt rota-linja (profili tar-rota) (is-Sezzjoni 4.2.10)

7.3.6. Protezzjoni kontra n-nar u dħaħen tossiċi

7.4. RAKKOMMANDAZZJONIJIET

7.4.1. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss intern (BP 20)

7.4.2. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (BP 17)

7.4.3. Karatteristiċi marbuta mal-karreġġjata ta' persuni b'mobilità mnaqqsa (BP22)

ANNESS A SIGURTÀ PASSIVA - KAPAĊITÀ LI TIRREŻISTI GĦALL-ĦBIT

ANNESS B VARJAZZJONIJIET MASSIMI TAL-PRESSJONI ĠEWWA L-MINI

ANNESS C PROFIL MASSIMU GĦALL-ISKARTAMENT UK1

ANNESS D ASSESSJAR TA' L-INTEROPERABBILITÀ TAL-KOSTITWENTI

ANNESS E ASSESSJAR TAS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

ANNESS F PROĊEDURA GĦALL-ASSESJAR TAL-KONFORMITÀ U L-ADATTABBILTÀ GĦALL-UŻU

ANNESS Ġ SKARTAMENT

ANNESS H LAMPI TA' QUDDIEM U TA' WARA

ANNESS I REĠISTRU TAL-VAGUNI AMBULANTI

ANNESS J PROJETTILÀ GĦAT-TEST TAT-TIEQA TA' QUDDIEM TAL-KABINA

ANNESS K APPARAT TA' L-IRBIT

ANNESS L ASPETTI MHUX SPEĊIFIĊI GĦAL VELOĊITÀ GĦOLJA U LI DWARHOM NOTIFIKA TAR-REGOLI NAZZJONALI HIJA MEĦTIEĠA

ANNESS M (p.m.)

ANNESS N ĦTIĠIET TAD-DAWL TA' L-EMERĠENZA

ANNESS O PROTEZZJONI TA' L-EARTH GĦALL-PARTIJIET METALLIĊI TAL-VETTURI

ANNESS P VULTAĠĠ TAL-LINJA

ANNESS Q SINJALI LI JINDIKAW IL-KAXXA LI JKUN FIHA L-APPARAT TAT-TIFKIRA TAT-TGĦAMIR TA' L-ALLARM

1. INTRODUZZJONI

1.1. SKOP TEKNIKU

Din l-STI tikkonċerna s-subsistema tal-vaguni ambulanti, li hija waħda mis-subsistemi elenkati fl-Anness II(1) tad-Direttiva 96/48/KE.

Din l-STI hija parti minn sett ta' sitta STI, li jkopru it-tmien sub-sistemi kollha definiti fid-Direttiva. L-ispeċifiki jikkonċernaw lis-sub-sistemi "utenti" u "ambjentali" li huma meħtieġa sabiex jassiguraw inter-operabbilità tas-sistema tal-ferrovija b'veloċità għola trans-Ewropea b'konformità mal-ħtiġiet essenzali, huma stabbiliti fil-STI ikkonċernati.

Din l-STI hija applikabbli għal ferroviji li joperaw b'veloċità ta' mill-anqas 250 km/siegħa fuq binarji mibnija speċjalment għal veloċità għolja u b'veloċità fil-marġini ta' 200 km siegħa fuq linji eżistenti li kienu ġew jew li għandhom ikunu speċjalment aġġornati. Sal-limitu li l-ferroviji joperaw fuq linji aġġornati b'veloċità fil-marġini ta' 200 km/siegħa u fuq linji konvenżjonali oħrajn huma ikkonċernati, l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni STI hija pplikabbli sakemm dan il-każ ma jkunx kopert fil-proċess tar-reviżjoni ta' l-STI.

Aktar informazzjoni dwar is-subsistema tal-vaguni ambulanti hija mogħtija fil-Kapitolu 2.

1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU

L-iskop ġeografiku ta' din l-STI huwa s-sistema tal-ferrovija b'veloċità għolja trans-Ewropea kif deskritta fl-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE.

Referenza hija partikolarment magħmulha għal-linji tal-qafas tal-binarji trans-Ewropej deskritti fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-linji ta' gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tal-qafas tat-trasport trans-Ewropew jew ta' l-aġġornament ta' l-istess Deċiżjoni bħala riżultat tar-reviżjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 21 ta' dik id-Deċiżjoni.

1.3. IL-KONTENUT TA' DIN L-STI

B'konformità ma l-Artikolu 5(3) u ma l-Anness I(1)(b) tad-Direttiva 96/48/KE, din il-STI:

(a) tispeċifika l-ħtiġiet essenzali għas-subsistemi u l-interfażi tagħhom (il-Kapitolu 2);

(b) tistabbilixxi il-parametri bażiċi deskritti fl-Anness II(3) ta' dik id-Direttiva, li huma meħtieġa sabiex jilħqu l-ħtiġiet essenzali (il-Kapitolu 4);

(c) tistabilixxi l-kondizzjonijiet li jeħtieġ li jkun hemm konformità magħha sabiex jintlaħqu l-imġibiet speċifikati għal kull waħda mill-kategoriji tal-binarji (il-Kapitolu 4):

- kategorija I: binarji ta'veloċità għolja mibnijin speċjali mgħammra għal veloċitajiet ġeneralment ugwali għal, jew aktar minn 250 km/siegħa;

- kategorija II: binarji ta'veloċità għolja speċjali imtejba mgħammra għal veloċitajiet fil-medda ta' 200 km/siegħa;

- kategorija III: binarji ta' veloċità għolja speċjalment imtejba li jkollhom fatturi speċjali bħala riżultat ta' limitazzjonijiet topografiċi, riljev jew ippjanar tal-ibliet, ta' fejn il-veloċità għandha tkun adattata għal kull każ.

(d) tistabbilixxi d-disposizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni f'ċerti każi speċifiċi (il-Kaptoli 7);

(e) tiddetermina l-kostitwenti ta' l-interoperabbilità u l-intra-fażi li għandhom ikunu koperti bl-ispeċifika Ewropea, inklużi n-normi Ewropej, li huma meħtieġa sabiex tkun milħuqha l-interoperabbilità fi ħdan is-sistema ta' binarji ta' veloċità għolja trans-Ewropea waqt li tilħaq il-ħtiġiet essenzali (il-Kapitolu 5);

(f) tistqarr, f'kull każ kif ikkunsidrat, liema mill-moduli definiti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE jew, meta xieraq, liema proċeduri speċifiċi għandhom ikunu wżati sabiex tkin ikkalkolata l-konformità jew l-adattabilità għall-użu tal-kostitwenti tal-inter-operabbilità kif ukoll il-verifika "KE" tas-subsistemi (il-Kapitolu 6).

2. DEFINIZZJONIJIET/SKOP TAS-SUBSISTEMA

2.1. DESKRIZZJONI TAS-SUBSISTEMA

"Il-karatteristiċi tal-vaguni ambulanti għandhom ikunu tali hekk li jippermettu l-ivvjaġġar fuq kwalunkwe linja li fuq jkunu mistennija li joperaw. (id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE, Anness III, ħtiġiet essenzali 2.4.3)"

.

Ferroviji li jilħqu l-ħtiġiet tekniċi mistqarra f'din l-STI għandhom ikunu jistgħu joperaw fuq il-linji msemmija fl-Anness I(1)b tad-Direttiva 96/48/KE.

Is-subsistema tal-vaguni ambulanti ma tinkludix is-subsistemi tal-kontroll-kmand, l-operazzjoni jew tal-forniment tal-potenza la darba dawn is-subsistemi huma speċifikati fl-STI propji tagħhom.

B'żieda, il-vaguni ambulanti ma jinkludux il-persunal tal-ferrovija (is-sewwieq jew l-ekwipaġġ l-ieħor abbord il-ferrovija).

Il-vaguni ambulanti għandhom iwettqu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:

- iġorru u jipproteġu ‘l-passiġġieri u lill-ekwipaġġ tal-ferrovija

- jaċċelleraw, iżommu l-veloċità, jibbrejkjaw u jieqfu

- iżommu lis-sewwieq tal-ferrovija infurmat, jipprovdu dehra lejn il-quddiem, u jippermettu kontroll xieraq

- jappoġġjaw u jiggwidaw il-ferrovija fuq il-binarji

- jagħtu sinjal tal-preżenza tal-ferrovija lill-oħrajn

- jiffunzjonaw b'sigurtà anki fil-każ ta' inċidenti

- jirrispettaw l-ambjent.

2.2. FUNZJONIJIET TAL-VAGUNI AMBULANTI FI ĦDAN L-ISKOP TA' DIN L-STI

2.2.1. Iġorru u jipproteġu ‘l-passiġġieri u lill-ekwipaġġ tal-ferrovija

Il-ferroviji għandhom jassiguraw il-livell meħtieġ tas-sigurtà tal-passiġġieri u ta' l-ekwipaġġ tal-ferrovija matul l-aċċess lejn u l-ħruġ minn, il-ferroviji, u matul il-vjaġġ. Il-ferroviji għandhom ikunu sensittivi għal-ħtiġiet speċjali tal-persuni b'mobilità mnaqqsa.

2.2.2. Jaċċelleraw, iżommu l-veloċità, jibbrejkjaw u jieqfu

L-mġieba definita fil-STI tippermetti vetturi magħmmra li jidħlu fis-silta tat-tabella tal-ħin fuq is-sezzjonijiet jew il-medded tan-network b'veloċità għolja trans-Ewropea li dwarhom il-vaguni ambulanti huma iddisinjati.

2.2.3. Iżommu lis-sewwieq tal-ferrovija infurmat, jipprovdu dehra lejn ‘il quddiem, u jippermettu kontroll xieraq

Is-sewwieq għandhu jkun ipprovdut b'dehra ċara tal-linja ta' quddiemu. L-istrumenti u l-kontrolli kollha li jirrigwardaw l-operat tal-ferrovija u s-subsistema tal-kontroll-kmand għandha tkun kjarament immarkata, taħdem f'real-time, u tkun mhux ambigwa għas-sewwieq.

2.2.4. Jappoġġjaw u jiggwidaw il-ferrovija fuq il-binarji

Il-ħtiġiet differenti ta' din is-subsistema huma definiti bi standards għar-roti li jinkludu l-interfażi mal-linja fis-subsistema ta' l-infrastruttura.

Il-kuntatt ġeometriku huwa tali li l-istabbilità tal-ferrovija bl-apparat kollu tagħha jkunu f'qagħda tajba tax-xogħol tkun assigurata fl-għola veloċità operattiva speċifikata għas-sett tal-ferrovija. Dan l-aspett jippermetti interfażi mal-ħafna parametri fi ħdan is-subsistema ta' l-infrastruttura bħal ma huma l-iskartament tal-binarju, id-defiċjenza taċ-ċanfrin u l-koniċità ekwivalenti, li jkunu definiti.

2.2.5. Tagħti lill-oħrajn sinjali tal-preżenza tagħha

Il-ferroviji huma ipprovduti b'apparat li jiffaċċilitaw li dawn jindikaw il-preżenza tagħhom b'mod awdibbli, viżwali u/jew għamla elettronika aċċettabbli għall-partijiet kollha tan-network interoperabbli u tas-sistemi ta' l-amministrar tagħha tat-traffiku.

2.2.6. Jiffunzjonaw b'sigurtà anki fil-każ ta' inċidenti

Il-ferrovija huma ipprovduti b'apparati tas-sigurtà li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom fil-każ tal-possibiltà ta' xi inċidenti, jnaqqsu l-effetti ta' tali inċidenti, u jippermettu l-eleminazzjoni tagħhom kull meta possibbli.

2.2.7. Jirrispettaw l-ambjent

Il-materjali magħżula għall-użu fil-vaguni ambulantui għandhom inaqqsu l-emissjoni ta' dħaħen u gassijiet ta' ħsara u perikolużi matul l-użu tal-ferroviji. Il-limiti stabbiliti għall-ħsejjes esterni u ta' l-interferenza elettromanjetika għandhom jiriżultaw f'impatt ambjentali minimu.

2.3. FUNZJONIJIET IL-BARRA MILL-ISKOP TA' DIN L-STI

2.3.1. L-abbilità li topera fuq sistemi disponibbli tal-forniment tat-trazzjoni

Minħabba li l-ferroviji nazzjonali huma mgħammra b'diversi sistemi ta' l-elettrifikazzjoni, ferroviji elettriċi għandhom ikunu jistgħu jutilizzaw il-vultaġġ u l-frekwenza disponibbli, u jkollhom il-pantografu xieraq sabiex joperaw mal-ġeometrija katenarja.

Dawn il-ħtiġiet għall-forniment tat-trazzjoni huma definiti fl-STI tas-subsistema ta' l-enerġija.

Pantografu: minkejja li jkunu nstallati fuq vaguni ambulanti, il-pantografi huma meqjusa bħala parti mis-subsistema ta' l-enerġija bħala apparat importanti fil-funzjoni xierqa tal-ġbir-tal-kurrent li tiegħu li huwa direttament marbut mal-karatteristiċi tal-linja li tgħaddi minn fuq. Il-karatteristiċi ta' l-interfażi tal-pantografi huma speċifikati u deskritti fl-STI ta' l-enerġija.

2.3.2. Apparat abbord tal-kontroll u l-kmandi

L-interfażi u l-karatteristiċi ta' l-apparat tas-sinjalar abbord ERTMS u tas-sistema tar-radju huma kompletament speċifikati u deskritti fl-STI tal-kontroll-kmand.

2.3.3. Il-possibbiltà tal-manutenzjoni matul l-użu fin-network

Xogħol maġġuri tal-manutenzjoni li jippermetti l-affidabiltà meħtieġa u l-miri disponibbli li jkunu milħuqa hija r-responsabbiltà ta' l-impriża tal-ferrovija li topera l-vetturi. Il-ħtiġiet tekniċi speċifiċi ta' l-impenn tad-doveri xierqa għall-interoperabiltà fil-faċilitajiet tan-network interoperabbli li ma jkunux jappartjenu għall-operatur tal-vaguni ambulanti huma speċifikati fl-STI tal-manutenzjoni.

3. ĦTIĠIET ESSENZALI

3.1. Skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema tal-binarji b'veloċità għolja trans-Ewropea, is-subsistemi tagħha u l-kostitwenti ta' l-interoperabiltà tagħha għandhom jilħqu l-ħtiġiet essenzali stabbiliti fit-termini ġenerali fl-Anness III tad-Direttiva.

3.2. Il-ħtiġiet essenzali jikkonċernaw:

- is-sigurtà,

- l-affidibbiltà u d-disponibbilità,

- is-saħħa,

- il-ħarsien ambjentali,

- il-kompatibiltà teknika.

Il-ħtiġiet essenzali jistgħu, skond id-Direttiva 96/48/KE, ikunu ta' natura ġenerali u applikabbli għal-qafas kollu tal-binarji b'veloċità għolja trans-Ewropej jew li jkollhom fatturi speċjali li huma speċifiċi għal kull subsistema u l-kostitwenti tagħha.

3.3. Fil-każ tas-subsistema tal-vaguni ambulanti, l-aspetti speċifiċi, b'żieda mal-kunsiderazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva, huma dawn li ġejjin.

3.3.1. Sigurtà

Ħtieġa essenzali 1.1.1:

"Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-assemblaġġ, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponeti b'sigurezza kritika, u partikolarment tal-komponenti involuti fil-movimenti tal-ferrovija, għandhom ikunu tali hekk li jiggarantixxu s-sigurtà fil-livel korrespondenti għall-għanijiet stabbiliti għal dawk in-networks, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet degradati speċifiċi"

.

Din il-ħtieġa tas-sgurtà hija ta' applikazzjoni universali; kif speċifikat fil-Kapitolu 1, is-Sezzjoni 1.3, dan id-dokument huwa limitat għad-definizzjoni ta' dawk il-kondizzjonijiet relatati ma' l-interoperabbilità. F'dan ir-rigward, din il-ħtieġa essenzali tkun sodisfatta meta l-kriterja bażika kollha li tiddefinixxi l-vaguni ambulanti fil-Kapitolu 4 ta' dan l-STI tkun milħuqha.

Ħtieġa essenzali 1.1.2:

"Il-parametri involuti fil-kuntatt ta' bejn ir-rota u l-linja għandhom jilħqu l-ħtiġiet tal-istabbilità meħtieġa sabiex jiggarantixxu s-sigurtà tal-moviment fil-veloċita massima awtorizzata"

.

Sabiex jissodisfaw din il-ħtieġa, il-profili tar-rota, il-kedd permissibbli tal-profil u l-komponenti li jaffettwaw l-istabiltà ta' l-operat għandhom ikunu speċifikati fis-Sezzjoni 4.2.10 b'tali mod hek li tkun kompletament kompatibbli mal-kriterja tal-binarju definita fis-subsistema ta' l-infrastruttura.

Billi tkun imfakkra l-importanza taż-żamma ta' dawn il-parametri li jiggarantixxu l-operat sikur, huwa meħtieġ li jsiru arranġamenti sabiex ikun hemm monitoraġġ ta' dawn il-parametri fuq bażi kontinwa jew perjodika sabiex ma jħallix li jkun hemm deterjorazzjoni matul iż-żmien.

Ħtieġa essenzali 1.1.3:

"Il-komponenti wżati għandhom ikunu jistgħu jifilħu għal tagħbija speċifika normali jew eċċezzjonali matul il-perjodu kollu ta' sa kemm ikunu wżati. Ir-riperkussjonijiet tas-sigurtà ta' xi fallimenti aċċidentali għandhom ikunu limitati bil-meżżi xierqa"

.

IL-komponenti ikkonċernati fir-rigward ta' kull ħtieġa korrespondenti mal-kostitwenti u l-elementi li dwarhom il-karatteristiċi huma mogħtija f'din l-STI, flimkien ma' l-apparati għall-monitoraġġ tagħhom. Il-karatteristċi ewlenija għal din il-ħtieġa huma:

- reżistenza statika ta' l-istrutturi tal-vettura,

- il-kriterja tal-kedd tar-rota kif definita bil-għażla tal-materjal,

- is-sejjieba tal-kaxxa-sħuna,

- il-kondizzjonijiet ambjentali li dwarhom l-apparat tal-vaguni ambulanti huwa speċifikat,

- il-karatteristċi tal-windscreen.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.7, 4.2.10, 4.3.12 u 4.3.19.

B'żieda, uħud mill-karatteristiċi huma mogħtija sabiex jilħqu din il-ħtieġa fil-kuntest ta' l-interfażi tagħhom mas-subsistema ta' l-infrastruttura:

- forzi massimi tal-binarji,

- sħana trasmessa lejn il-linji,

- effetti ta' l-irjieħ transversjali.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.1, 4.2.15 u 4.2.14.

Ħtieġa essenzali 1.1.4:

"Id-disinn ta' l-istallazzjonijiet fissi u tal-vaguni ambulanti u l-għażla tal-materjali wżati għandu jkun immirat għal-limitazzjoni tal-generazzjoni, l-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u d-duħħan fil-każ ta' ħruq."

Din il-ħtieġa hija milħuqa bis-Sezzjoni 4.3.11 li tkopri l-protezzjoni ta' kontra n-nar.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.3.11.

Ħtieġa essenzali 1.1.5:

"Xi apparati intiżi li jkunu mqanndla mill-utenti għandhom ikunu hekk iddisinjati li ma jnaqqsux is-sigurtà tagħhom jekk użati b'mod previdibbli li ma jkunx skond l-istruzzjonijiet kif murija."

Id-disinn preżentai tal-ferroviji diġa jqis dawn ir-riskji. Ma hemmx ħtieġa li tkun speċifikata xi karatteristika purament għall-interoperabiltà.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 1:

"L-istrutturi tal-vaguni ambulanti u dawk ta' l-irbit bejn il-vetturi għandhom ikunu iddisinjati b'tali mod hekk li jipproteġu l-kompartimenti tal-passiġġieri u tas-sewwieq fil-każ ta' xi ħabta jew ħruġ minn fuq il-linji."

Sabiex tkun milħuqha din il-ħtieġa, l-istrutturi tal-vettura huma iddisinjati bi provvedimenti passivi tas-sigurtà. Il-prinċipju bażiku jinstiga l-possibbiltà ta' ħabta ma ostakolu bħal ma huwa trakk kbir fi qsim ta' fejn jistgħu jgħaddu l-karozzi jew ta' fejn jistgħu jaqgħu xi blatiet, meta l-kompartimenti li jkun fihom il-passiġġieri u s-sewwieq huma suġġetti għal deformazzjoni minima. L-enerġija tal-ħabta għandha tkun assorbita f'żoni tat-tgħawwiġ li ma jkunux okkupati, iddisinjati għal tali eventwalitajiet, li jillimitaw il-forzi tad-deċelerazzjoni u ma jħallux li jseħħ l-irkib tal-karozzerija tal-vettura.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.7.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 2:

"L-apparat elettriku m'għandux inaqqas is-sugurtà tal-funzjonament ta' l-istallazzjonijiet tal-kontroll u tal-kmand u tas-sinjalar."

Din il-ħtieġa hija milħuqha bil-kriterja definita fil-STI tal-kontroll-kmand, fil-paragrafu li jittratta mal-kompattibiltà elettro-manjetika tal-vaguni ambulanti u tas-sistema tas-sinjalar.

Il-limitattivi ta' l-operat fuq l-infrastruttura eżistenti huma ittrattati fuq il-bażi ta' każ b'każ. Huwa imperattiv li jkunu rispettati il-limiti definiti għall-istallazzjonijiet eżistenti. Sabiex ikunu misjuba l-karatteristiċi differenti ta' l-infrastruttura, għandhekk tirreferi għall-"Reġistru ta' l-Infrastruttura" li fih l-informazzjoni hija mogħtija fuq il-bażi ta' linja b'linja.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.9.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 3:

"It-teknika tal-brejkijiet u l-isforzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istruttura ta' l-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalar."

Għal din il-STI preżenti, din il-ħtieġa hija ittrattata b'żewġ parametri bażiċi.

- l-imġieba tal-brejkijiet definita fis-Sezzjoni 4.1.5,

- il-forza massima linġitudinali, definita fis-Sezzjoni 4.1.1c, li għandha tkun applikata għall-binarju mingħajr ma teċċedi l-forza massima aċċettabbli lonġitudinali fuq l-infrastruttura.

Aktar minn hekk, il-każ partikolari tas-sistemi tal-brejkijiet mill-adeżjoni tar-rota mal-linja li jutilizzaw effetti elettro-manjetiċi fil-linja (brejkijiet tal-kurrent eddy) pjuttost milli l-adeżjoni tar-rota/linja huma ittrattati separatament fis-Sezzjoni 4.2.15 sabiex ikunu evalwati l-konsegwenzi ta' l-effetti termiċi fuq il-linji.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 4:

"Passi għandhom jittieħdu sabiex ma jħallux aċċess għal kostitwenti b'elettriku ħaj sabiex ma jipperikolawx is-sigurtà ta' persuni."

Sabiex tkun sodisfatta din il-ħtieġa, il-vaguni ambulanti jistgħu ukoll ikunu manifatturati bl-użu ta' standards Ewropew li jirrigwardaw il-protezzjoni kontra xokk elettriku.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.3.17.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 5:

"Fil-każ ta' periklu, l-apparati għandhom jiffaċċiltaw lill-pasiġġieri li jinformaw lis-sewwieq u lill-persunal akkumpanjanti li jinfurmawh."

Din il-ħtieġa tikkonċerna l-indikazzjonijiet mogħtija lill-passiġġieri li jirrigwardaw is-sinjall ta' l-allarm tal-passiġġieri. Il-funzjonijiet varji tas-sistema ta' l-indirizzar pubbliku u tal-intercom bejn is-sewwieq u l-ekwipaġġ tal-ferrovija huma ntiżi li jkunu b'reazzjoni għal din il-ħtieġa.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.2.12.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 6:

"Il-bieb ta' l-aċċess għandu jinkorpora sistema ta' ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sigurtà tal-passiġġieri."

Din il-ħtieġa hija ittratta fl-ispeċifika funzjonali tal-kontroll tal-bieb, u bil-limitazzjonijiet li jikkonċernaw il-possibbiltà li l-bieb ma jibqax imsakkar.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.2.6.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 7:

"Il-ħruġ ta' l-emerġenza għandhom ikunu disponibbli u indikati."

In-numru ta' ħruġ ta' emerġenza, it-tqassim tagħhom, l-operat tagħhom u l-immarkar tas-sinjali tagħhom huma definiti f'din l-STI sabiex jilħqu l-ħtieġa ta' l-evakwazzjoni.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.2.7 u 4.2.8.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 8:

"Disposizzjonijiet xierqa għandhom ikunu stabbiliti sabiex ikunu meqjusa l-kondizzjonijiet partikolari tas-sigurtà matul mini twal ħafna."

Id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni kontra n-nar u d-dħaħen, id-dinn tas-sett tal-ferrovija bil-kabina tas-sewwieq fuq kull tarf tal-ferrovija, allarmi ta' emerġenza li jippermetti lis-sewwieq li jgħażel il-punt tal-waqfien, id-dawl ta' l-emerġenza, is-sistema ta' l-indirizzar publiku u l-punti l-oħrajn defini f'din il-STI li jaħdmu flimkien sabiex itejbu s-sigurtà taħt il-mini.

Stipulazzjoni addizzjonali għal din il-ħtieġa huma miġbura flimkien f'paragrafu speċifiku. Dawn huma ntiżi biss għall-vaguni ambulanti li huma regolarment użati matul mini twal li jkollhom il-ħtiġiet speċifiċi elenkti fir-"Reġistru ta' l-Infrastruttura".

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.3.14 u 4.2.12.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 9:

"Sistema ta' dawl ta' l-emerġenza li jkollha intensità u tul ta' żmien biż-żejjed hija ħtieġa assoluta abbord il-ferroviji."

Din il-ħtieġa hija koperta bid-definizzjoni tal-funzjonijiet ewlenija tas-sistema tad-dawl b'emerġenza.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjoni 4.3.15.

Ħtieġa essenzali 2.4.1 Sezzjoni 10:

"Il-ferroviji għandhom ikunu attrezzati b'sistema ta' l-indirizzar tal-pubbliku li tipprovdi meżżi ta' kommunikazzjoni għall-pubbliku minn għand il-persunal abbord u mill-kontroll fl-art."

Din il-ħtieġa hija koperta bid-definizzjoni tal-funzjonijiet ewlenija tas-sistema ta' l-indirizzar tal-pubbliku.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjoni 4.3.16.

3.3.2. Affidibbilità u d-disponibbiltà

Ħtieġa essenzali 1.2:

"Il-monitoraġġ u l-manteniment ta' komponenti fissi jew li jiċċaqilqu li huma nvoluti fil-movimenti tal-ferrovija għandhom ikunu organizzati, imwettqa u ikkwantifikati b'tali mod hekk li jżommu l-operat tagħhom taħt il-kondizzjonijiet intiżi."

Ħtieġa essenzali 2.4.2:

"Id-disinn ta' l-apparat vitali u ta' l-apparat ta' l-operat, tat-trazzjoni u tal-brejkijiet u wkoll is-sistema tal-kontroll u l-kmand għandu, f'sitwazzjoni degradata speċifika, jkun tali li jiffaċilita lill-ferrovija li tkompli topera mingħajr konsegwenzi ħżiena għall-apparat li jkun għadu użabbli."

Il-wasla għall-operati speċifikati fis-Sezzjonijiet 4.1.5, 4.2.1, 4.2.9, 4.3.1 u 4.3.3 jippermetti li dawn iż-żewġ ħtiġiet ikunu milħuqa.

3.3.3. Ħtiġiet tas-saħħa

Ħtieġa essenzali 1.3.1:

"Materjali li aktarx, bis-saħħa tal-mod ta' l-użu tagħhom, jikkostitwixxu perikolu għas-saħħa ta' dawk li jkollhom aċċess għalihom, m'għandhomx ikunu wżati fuq il-ferroviji u l-infrastrutturi tal-ferroviji."

Din il-ħtieġa, li mhix speċifika fil-qasam tal-ferroviji, hija koperta bil-konformità mal-leġislazzjoni xierqa kemm Ewropea jew nazzjonali.

Ħtieġa essenzali 1.3.2:

"Dawn il-materjali għandhom ikunu magħżula, involuti u wżati b'tali mod hekk li jillimitaw l-emissjoni ta' dħaħen u gassijiet ta' ħsara u perikolużi, partikolarment fil-każ ta' ħruq."

Kif diġa definit fis-Sezzjoni 3.3.1, li tittratta mal-ħtieġa essenzali 1.1.4, din il-ħtieġa hija ittrattata fis-Sezzjoni 4.3.11, li tittratta mal-protezzjoni ta' kontra n-nirien.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.3.11.

3.3.4. Il-protezzjoni ta' l-ambjent

Ħtieġa essenzali 1.4.1:

"Ir-riperkussjonijiet fuq l-ambjent ta' l-istabbiliment u l-oprati tas-sistema tal-binarji b'veloċità għolja trans-Ewropea għndhom ikunu studjati u meqjusa fl-istadju tad-disinn tas-sistema b'konformità mad-disposizzjonijiet tal-Komunità li jkunu fis-seħħ."

F'dak li jikkonċerna l-vaguni ambulanti, din il-ħtieġa hija koperta bil-karatteristiċi tal-limiti li jirrigwardaw il-ħsejjes esterni, l-interferenza elettro-manjetika kif ukoll it-tniġġiż bid-dawl.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.8; 4.1.9; u 4.2.20.

Ħtieġa essenzali 1.4.2:

"Il-materjli użati fil-ferroviji u fl-infrastrutturi għandhom jipprevjenu l-emissjoni ta' dħaħen u gasijiet li huma ta' ħsara u perikolużi għall-ambjent, partikolarment fil-każ ta' ħruq."

Din il-ħtieġa, li mhix speċifika fil-qasam tal-ferroviji, hija koperta bil-konformità mal-leġislazzjoni xierqa kemm Ewropea jew nazzjonali.

Ħtieġa essenzali 1.4.3:

"Il-vaguni ambulanti u s-sistemi tal-forniment ta' l-enerġija għandhom ikunu iddisinjati u manifatturati b'tali mod hek li jkunu elettromanjetikament kompatibbli ma l-istallazzjonijiet, l-apparat u n-networks pubbliċi jew privati li magħhom jistgħu joħolqu interferenza."

Din il-ħtieġa essenzali hija koperta bil-parametru bażiku "Karatteristiċi tal-limiti li huma marbuta ma' l-interferenza elettromanjetika esterna".

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.9.

3.3.5. Kompatibbiltà teknika

Ħtieġa essenzali 1.5:

"Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-infrastrutturau l-istallazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma kull wieħed minnhom u ma dawk tal-ferroviji wżati fis-sistema tal-binarji ta' veloċità għolja trans-Ewropea.

Jekk il-konformità ma' dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f'ċerti sezzjonijiet tan-network, soluzzjonijiet temporanji, li jassiguraw kompattibilità fil-futur, jistgħu jkunu implimentati."

Din il-ħtieġa ġenerali tikkonċerna l-kriterja fundamentali tal-vaguni ambulanti li tkun korresspondenti mal-karatteristċi definiti fil-Kapitolu 4 ta' din l-STI.

Uħud mis-soluzzjonijiet temporanji huma ntiżi. Dawn għandhom ikunu invokati f'każi partikolari sabiex jippermettu l-operat xieraq fuq linji eżistenti jew fl-aħħar mill-aħħar ikunu jidhru fil-għamla ta' karatteristiċi speċjali fi ħdan ir-"Reġistru ta' l-Infrastruttura".

Ħtieġa essenzali 2.4.3 Sezzjoni 1:

"L-apparat elettriku għandu jkun kompatibbli imma l-operat tal-kontroll u tal-kmand u ta' l-istallazzjonijiet tas-sinjalar."

Id-definizzjoni tal-limiti tal-karatteristiċi elettriċi, il-limiti ta' l-interferenza elettromanjetika u l-interfażi mas-subsistema tal-kontroll-kmand tassigura din il-kompatibiltà.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1.6; 4.1.9; u 4.2.4.

Ħtieġa essenzali 2.4.3 Sezzjoni 2:

"Il-karatteristiċi ta' l-apparati tal-ġbir-tal-kurrent għandhom ikunu tali li jiffaċċilitaw li l-ferroviji jivvjaġġaw permezz tas-sistemi tal-forniment ta' l-enerġija għas-sistemi tal-binarju b'veloċità għolja trans-Ewropea."

Din il-kompattibbilità hija assigurata bid-definizzjoni ta' l-interfażi mas-sistema ta' l-elettrifikazzjoni kif speċifikata fil-STI tas-subsistema ta' l-enerġija.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjoni 4.2.3.

Ħtieġa essenzali 2.4.3 Sezzjoni 3:

"Il-karatteristiċi tal-vaguni ambulanti għandhom ikunu tali hekk li jippermettu l-ivvjaġġar fuq kwalunkwe linja li jkunu mistennija li joperaw fuqha."

Din il-ħtieġa essenzali hija kopertamill-parametri bażiċi, il-karatteristċi ta' l-interfażi tas-subsistema u addizzjonalment bl-imġieba speċifika tal-vaguni ambulanti.

Il-karatteristiċi relevanti li għandhom ikunu validati fir-rigward ta' din l-STI huma definiti fis-Sezzjonijiet 4.1, 4.2 u 4.3.

3.4. Verifika

Konformità tas-subsistema tal-vaguni ambulanti u l-kostitwenti tagħha mal-ħtiġiet essenzali hija verifikata bi qbil mad-disposizzjonijiet intiżi fid-Direttiva 96/48/KE kif ukoll f'din l-STI.

4. KARATTERISTIĊI TAS-SUBSISTEMA

Is-sistema tal-binarji b'veloċità għolja trans-Ewropea (li dwarha id-Direttiva 96/48/KE hija applikabbli u li tagħha is-subsistema hija parti) hija sistema integrata. Din teħtieġ parametri, interfażi u twettieq bażiċi li għandhom ikunu verifikati partikolarment sabiex jassiguraw li s-sistema hija interoperabbli u li l-ħtiġiet essenzali jkunu milħuqa.

F'dak li jirrigwarda l-interoperabbilità teknika, is-subsistema tal-vaguni ambulanti għandha dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

- parametri bażiċi

- interfażi ma subsistemi oħrajn

- imġieba speċifikata

Il-karatteristiċi komuni tal-vaguni ambulanti huma definiti fis-Sezzjoni 4 ta' din l-STI. Il-karatteristiċi partikolari huma elenkati fir-reġistru tal-vaguni ambulanti (ara l-Anness I ta' din l-STI).

4.1. PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

Il-parametri bażiċi għas-subsistema tal-Vaguni Ambulanti huma dawk elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 96/48/KE.

- forzi massimi tal-binarji (BP4)

- it-tgħabija tal-fus (BP10)

- it-tul massimu tal-ferrovija (BP11)

- l-iskartament tat-tgħabija tal-vettura (BP12)

- il-karatteristiċi minimi tal-brejkijiet (BP13)

- il-karatteristiċi tal-limiti elettriċi għall-vaguni ambulanti (BP 14)

- il-karatteristiċi tal-limiti mekkaniċi għall-vaguni ambulanti (BP 15)

- il-limiti tal-ħsejjes esterni (BP 17)

- il-limiti ta' l-interferenza elettromanjetika (BP 19)

- il-limiti tal-ħsejjes interni (BP 20)

- il-limiti tal-kondizzjonar ta' l-arja (BP 21)

- il-ħtiġiet għat-trasport ta' persuni b'mobbilità mnaqqsa (BP 22).

Parametri bażiċi addizzjonali:

- il-varjazzjoni massima tal-pressjoni fil-mini (BP 23)

- rampi massimi (BP 25).

4.1.1. Forzi massimi tal-binarji (BP 4)

B'żieda mal-parametru bażiku BP 10 li jitratta mat-tgħabija statika tal-fus, il-karatteristiċi li jippermettu l-forzi massimi tal-binarji li jkun definiti, huma:

- it-tagħbija dinamika applikata għal-linja bir-rota,

- il-forzi transversjali eżerċitati fuq il-binarji mill-ferrovija.

(a) Tagħbija dinamika

It-tagħbija vertikali massima li għandha tkun eżerċitata bir-roti fuq il-linja (tagħbija dinamika tar-rota Q) hija definita kif ġej:

- għall-vaguni ambulanti iddisinjati li joperaw fuq linji kostruwiti speċifikament għal veloċità għolja bil-veloċitajiet ugwali jew aktar minn 250 km/siegħa, dawn il-valuri li ġejjin huma applikabbli:

V (km/siegħa) | Q (kN) |

V = 250 | 180 |

250 < V ≤ 300 | 170 |

V > 300 | 160 |

- għall-vaguni ambulanti iddisinjati li joperaw fuq linji speċjalment aġġornati għal veloċità għolja bil-veloċitajiet ta' 200 km/siegħa:

ir-regoli tekniċi għall-użu fuq dawn il-linji huma applikabbli u għandhom ikunu stabbiliti fir-Reġistru ta' l-Infrastruttura.

(b) Forzi transversjali tal-binarji

Il-vaguni ambulanti interoperabbli għandhom ikunu konformi mal-kriterja Prud'homme għall-forza massima tansversa ΣΥ definita kif ġej:

- sforz dinamiku massimali transvers eżerċitat mill-fus fuq il-binarju:

=

P

3

kN,

P hija t-tagħbija statika fuq il-fus fi kN. Dan ir-riżultat ta' din il-formula jiddeffinixxi l-limitu ta' l-adeżjoni bejn ir-rabta tal-binarju u s-saborra taħt l-influwenza ta' l-isforżi dinamiċi transversi,

- kwotjent tal-isforzi transversi u vertikali tar-rota:

= 0,8

,

Y u Q jesprimu rispettivament l-isforz transvers rispettivament u l-isforz vertikali eżerċitat mir-rota fuq il-linja. Dan il-limitu jikkaratterizza r-riskju tar-rota li titla fuq il-linja.

(ċ) Forzi lonġitudinali tal-binarji

Il-forzi lonġitudinali eżerċitati fuq il-binarji mill-vaguni ambulanti għandu dejjem ikun anqas minn dawk li jikkorrispondu għall-aċċellerazzjoni jew id-diċellerazzjoni ta' 2,5 m/s2.

4.1.2. Tagħbija tal-fus (BP10)

Il-massa tal-linja għandha tkun minimizzata sabiex tnaqqas il-forzi eżerċitati fuq il-binarju mill-ferrovija.

Dan il-paragrafu jispeċifika t-tagħbija statika tal-fuq għall-vaguni ambulanti interoperabbli; għandhek tinnota li t-tagħbija dinamika mill-moviment tal-ferrovija huwa speċifikat fil-parametru bażiku 4 (is-Sezzjoni 4.1.1).

Il-valuri limitanti għat-tagħbijiet statiċi tal-fus speċifikati għal ferroviji interoperabbli huma elenkati fil-STI ta' l-infrastruttura.

Il-forzi tal-binarji huma ibbażati fuq il-limiti eżerċitati biz-zieda tal-premuri fuq il-binarji minn tagħbijiet eċċessivi tal-fus.

Dawn l-aspetti differenti huma marbuta mill-qrib mas-subsistema ta' l-infrastruttura li fiha l-kwalità tal-binarji hija speċifikata.

għandek tinnota li limitu tl-massa ikollu wkoll l-effett li jnaqqas il-potenza nstallata meħtieġa u l-konsum ta' l-enerġija.

It-tagħbija statika massima PO għal fus motorizzat m'għandhiex teċċedi:

- għal vaguni ambulanti ddisinjati li joperaw fuq linji kostruwiti speċifikament għal veloċità għolja bil-veloċitajiet ugwali jew aktar minn 250 km/siegħa:

P0 < jew = 17 t/fus meta V > 250 km/siegħa,

P0 < jew = 18 t/fus meta V = 250 km/siegħa,

meta V = il-veloċità massima ta' l-użu,

It-tagħbija statika PO għal fus mhux-motorizzat m'għandhiex teċċedi 17 t,

- għall-vaguni ambulanti iddisinjati li joperaw fuq linji speċjalment aġġornati għal veloċità għolja bil-veloċitajiet ta' 200 km/siegħa:

ir-regoli tekniċi għall-użu fuq dawn il-linji huma applikabbli u għandhom ikunu stabbiliti fir-Reġistru ta' l-Infrastruttura.

Dawn il-valuri massimi għandhom ikunu meqjusa b'tolleranza ta' 2 % għat-tagħbija medja ta' fuq il-fus tal-sett tal-ferrovija kollha kemm hija. Aktar minn hekk, għat-tagħbija ta' kull fus individwali, tolleranza ta' 4 % hija aċċettabbli.

B'żieda, id-differenza fit-tagħbija statika bejn kull fus ta' l-istess vagun m'għandhiex teċċedi 6 %.

4.1.3. Tul massimu tal-ferrovija (BP11)

Ferroviji b'veloċità għolja adattati għall-operat fuq network interoperabbli għandhom ikunu magħmula minn settijiet ta' ferroviji fissi (indiviżibbli fl-użu), li jistgħu joperaw b'mod singolu (unità singola) jew marbuta flimkien (unitajiet multipliċi).

It-tul massimu tal-ferroviji hekk iffuramati m'għandux jeċċedi 400 m. Tolleranza ta' 1 % hija permissibbli sabiex ittejjeb il-penetrazzjoni erodinamika tan-naħa ta' quddiem u ta' wara tal-ferrovija.

Sabiex tippermettilhom li joperaw fl-istazzjonijiet tat-termini fuq network, it-tul massimu tal-ferroviji għandhom ikunu kompatibbli mat-tul tal-pjattaformi fuq linji b'veloċità għolja u konvenzjonali li huma ntiżi li jservu fin-network trans-Ewropea.

4.1.4. Skartament tat-tagħbija tal-vettura (BP12)

Vaguni ambulanti interoperabbli għandhom ikunu konformi mal-kontorn dinamiku ta' referenza ta' wieħed minn dawn l-iskartamenti tal-vettura li ġejjin UIC 505-1, GA, GB jew GC kif definit fl-Anness G ta' din l-STI.

L-għażla ta' l-iskartamenti tal-vaguni ambulanti għandha tkun ibbażata matul ir-rotot li fuqhom il-vaguni ambulanti jkunu meħtieġa li joperaw. L-informazzjoni meħtieġa hija definita fir-reġistru ta' l-infrastruttura.

4.1.5. Karatteristiċi minimi tal-brejkijiet (BP13)

(a) Ferroviji b'veloċità għolja inkorporati b'sistema tal-kontrol tal-veloċità b'livelli differenti ta' deċellerazzjoni. Il-livelli ta' l-imġieba preskritta jideffinixxu l-potenza minima tal-brejkijiet għal ferroviji adattati għall-użu fuq linji b'veloċità għolja huma mogħtija f'dawn iż-żewġ tabelli li ġejjin. L-akkwist ta' dawn il-livelli ta' mġieba u ta' l-operazzjoni sigura għas-sistemi tal-brejkijiet, għal sistemi ġodda, għandu jkun kompletament demonstrat.

(b) Huwa importanti li jkun innutat li l-valuri fit-Tabelli 4.1.5c u 4.1.5d huma dawk xierqa għall-vaguni ambulanti u dawn għandhom ikunu interpretati bħala li jkunu l-valuri tal-parametru għad-definizzjoni tal-kurvi tal-brejkijiet meħtieġa mis-subsistema tal-kontroll-kmand. Dawn jeħtieġu marġini essenzali tas-sigurtà għall-operazzjonijiet tal-linja fil-kondizzjonijiet kollha li għandhom ikunu meqjusa. Dawn il-marġini għandhom ikunu speċifikati, għal-linji ikkonċernati, flimkien mas-subsistema tal-kontroll-kmand.

(ċ) Imġibiet: is-settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandhom ikunu jistgħu jilħqu, matul medda ta' veloċitajiet murija, il-medja tad-deċellerazzjonijiet elenkati hawn taħt.

Tabella 4.1.5c

te(s) = Ħin ekwivalenti ta' l-applikazzjoni.

Modula tal-brejkijiet | te (s) | 2Deċellerazzjoni minima permezz ta' kondizzjonijiet stabbiliti għall-brejkijiet (m/s) |

330 sa 300 (km/siegħa) | 300 sa 230 (km/siegħa) | 230 sa 170 (km/siegħa) | 170 sa 0 (km/siegħa) |

Każ A. — Ibrejkjar b'emerġenza b'ċertu apparat iżolat | 3 | 0,85 | 0,9 | 1,05 | 1,2 |

Każ B. — Ibrejkjar b'emerġenza b'ċertu apparat iżolat u b' kondizzjonijiet klimatiċi mhux-favorevoli | 3 | 0,65 | 0,7 | 0,8 | 0,9 |

Nota:

Applikazzjonijiet tal-ibrejkjar b'emerġenza fil-Każ A u fil-Każ B li għandhom ikunu mwettqa permezz tal-kondizzjonijiet li ġejjin:

Każ A

- binarju livell u tagħbija normali tal-ferrovija (numru ta' sedili × 80 kg)

- brejk dinamiku ta' modula iżolata tal-mutur bit-trazzjomi.

Każ B

B'żieda mal-kondizzjonijiet fil-Każ A, dawn li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

- distributur wieħed tal-brejk pnewmatiku huwa iżolat;

- l-adeżjoni rota-linja mnaqqsa;

- koeffiċjent tal-frizzjoni bejn il-kuxxin u d-diska mnaqas bl-umidità.

Nota 1:

Fuq infrastrutturi eżistenti, l-amministraturi ta' l-infrastruttura jistgħu jiddefinixxu aktar ħtiġiet minħabba s-sistemi differenti tas-sinjalar u tal-kontroll minn naħa tan-networks interoperabbli, (reġistru ta' l-infrastruttura), e.g. sistemi addizzjonali tal-brejkijiet jew ċeloċitajiet ta' l-użu mnaqqsa għal distanzi partikolari tal-brejkijiet.

Nota 2:

Kondizzjonijiet normali tal-brejkijiet fl-użu huma definiti fis-Sezzjoni 4.3.7.

(d) Distanzi tal-waqfien ×

+

V

V

+

V

V

+ … +

V

V0 = veloċità inizjali (imkejla fi m/s)

V1 … Vn = veloċità murija fit-Tabella 4.1.5c (imkejla fi m/s)

ab1 … abn = deċellerazzjoni speċifikata matul medda ta' veloċità tal-kunsiderazzjoni (imkejla fi m/s2)

te = ħin ekwivalenti ta' l-applikazzjoni (imkejla fi s)

Tabella 4.1.5d

Modula tal-brejkijiet | te (s) | Distanzi tal-waqfien m'għandhomx ikunu misbuqa |

330-0 (km/siegħa) | 300-0 (km/siegħa) | 250-0 (km/siegħa) | 200-0 (km/siegħa) |

Każ A. - Ibrejkjar b'emerġenza b'ċertu apparat iżolat | 3 | 4530 | 3650 | 2430 | 1500 |

Każ B. - Ibrejkjar b'emerġenza b'ċertu apparat iżolat u b'kondizzjonijiet klimatiċi mhux-favorevoli | 3 | 5840 | 4690 | 3130 | 1940 |

(e) Kondizzjonijiet supplementarji:

Għall-każi A u B, meta l-ibrejkjar ta' l-emerġenza jkun ikkunsidrat:

- il-kontribuzzjoni tal-brejkijiet elettriċi dinamiċi tista biss tkun inkluża fil-kalkoli ta' l-imġieba definita hawn fuq jekk l-operat tagħhom hija independenti mill-preżenza ta' vultaġġ fil-katenarju,

- il-kontribuzzjoni ta' brejkijiet independenti ta' adeżjoni u ibbażati fuq ir-ritardazzjoni ikkawżata bil-ġenerazzjoni ta' kurent eddy fil-linji tista tkun inkluża fl-imġieba tal-brejkijiet b'emerġenza, skond il-kondizzjonijiet definiti fis-Sezzjoni 4.2.15,

- f'dan il-każ, il-kondizzjoni ta' modula independenti ta' brejk b'kurrent eddy għandha tkun iżolata u għandha tkun miżjuda mal-kondizzjonijiet mistqarra fil-Każi A u B tat = Tabelli 4.1.5c u 4.1.5d,

- brejkijiet tal-binarji elettromanjetiċi independenti mill-adeżjoni ta' rota/linja għandhom ikunu disponibbli għall-applikazzjonijiet ta' emerġenza fuq il-linji kollha.

4.1.6. Karatteristiċi tal-limiti elettriċi għall-vaguni ambulanti (BP 14)

Il-karatteristiċi tal-vaguni ambulanti li jkollhom interfażi ma' l-infrastruttura fissa jistgħu jkunu ikkunsidrati permezz ta'l-intestaturi li ġejjin:

- il-varjazzjonijiet tal-vultaġġ u l-frekwenza fil-forniment ta' l-elettriku,

- il-potenza massima tista tkun akkwistata mill-katenarju,

- il-fattur tal-potenza tal-forniment tal-kurrent alternanti,

- il-vultaġġi short-over ġenerati bl-operazzjoni tal-vaguni ambulanti,

- l-interferenza elettromanjetika, ara s-Sezzjoni 4.1.9,

- l-interfażi funzjonali l-oħrajn ikkwotati fis-Sezzjoni 4.2.3.

4.1.6.1. Vultaġġ u frekwenza tal-forniment elettriku

4.1.6.1.1. Forniment ta' l-enerġija

Dawn il-karatteristiċi tal-limiti huma definiti fl-STI ta' l-enerġija, is-Sezzjoni 4.1.1 li fi ħdanha huma definiti, fost oħrajn, il-medda tal-vultaġġ għandha tkun fornuta minn stallazzjonijiet fissi.

4.1.6.1.2. Rekuperazzjoni ta' l-enerġija

Il-kondizzjonijiet ġenerali għar-ritorn ta' l-enerġija tal-katenarji mill-brejkjar reġenerattiv huma speċifikati fis-Sezzjoni 4.3.6 u fl-Anness K tal-STI ta' l-enerġija.

Vaguni ambulanti mgħammra b'sistema reġenerattiva tal-brejkijiet li jistgħu jirritornaw l-enerġija lejn il-katenarju m'għandhomx, skond kwalunkwe ċirkostanzi, joħolqu li l-vultaġġ li jeċċedi l-limiti mogħtija fl-Anness preċedentement imsemmi.

4.1.6.2. Potenza massima tista tkun akkwistata mill-katenarju

Il-vaguni ambulanti għandhom ikunu speċifikati hekk li t-talba għal potenza massima fuq il-katenarju għandha dejjem tkun anqas mill-valur definit fis-Sezzjoni 4.2.2.5 tal-STI ta' l-enerġija.

Il-kurrent massimu li jista jkun meħud mil-katenarju matul waqfa ta' żmien twil huwa definit fis-Sezzjoni 4.2.2.6 tal-STI ta' l-enerġija.

4.1.6.3. Fattur tal-potenza

Il-fattur tal-potenza λ (definit bi: λ = α cosφ) għall-vaguni ambulanti għandu fil-kondizzjonijiet normali ta' l-operat jibqa ‘l fuq mill-valuri speċifikati fis-Sezzjoni 4.3.1.3 ta' l-STI ta' l-enerġija,

4.1.6.4. Karatteristiċi armoniċi u eċċess-ta'-vultaġġi relatati mal-OHL

Il-karatteristiċi li ma jħallux il-ġenerazzjoni ta' eċċess-ta'-vultaġġi mhux aċċettabbli fil-katenarju huma definiti fis-Sezzjoni 4.2.2.7 tal-STI ta' l-enerġija.

4.1.7. Karatteristiċi tal-limiti mekkaniċi għall-vaguni ambulanti (BP15)

Is-saħħa statika u dinamika tal-karozzerija ta' vettura għandha tassigura s-sigurtà meħtieġa għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ tal-ferrovija. Partikolarment, din għandha tkun biżżejjed fil-każ ta' ħabta ma' oġġetti minn barra s-sistema tal-linji, bħal ma huma huma trakkijiet kbar u tgerbib ta' blat.

In-normi użati tal-kostruzzjoni għal dan l-iskop għandhom jassiguraw dak li huma msejjaħ sigurtà passiva. Dawn ma humiex ta' kumpens għall-possibbiltà ta' nuqqas ta' sigurtà attiva fin-network tal-ferrowija imma għandhom ikunu kumplimentarji tas-sigurtà personali f'avveniment mhux previsti li jmoru lil hinn mill-kontrol tas-sistema tal-ferrovija.

Il-limiti tal-konfini mekkaniċi definiti għall-vaguni ambulanti li jassiguraw li din il-ħtieġa tkun milħuqha huma definiti hawn taħt:

(a) reżistenza statika ta' l-istrutturi tal-vettura, u

(b) sigurtà passiva (validità f'każ ta' ħabta).

(c) reżistenza statika tal-karozzerija tal-vettura

(a1) Reżistenza statika vertikali:

Il-karozzerija ta' kull vettura għndha tkun tista' tiflaħ li tissaporti, mingħajr deformazzjoni permanenti, it-tagħbijiet tal-prova statika vertikali Fz f'dawn il-konfigurazzjonijiet li ġejjin:

- l-iġġakkjar tal-karozzerija kompluta tal-vettura f'qagħda tajba għall-mixi (vehicle in running order (VRO)), mingħajr l-

- l-erfiegħ ta' tarf wieħed tal-karozzerija, VRO,

- tagħbija vertikali eċċezzjonali:

l-akbar minn żewġ valuri ta' Fz = 1,3 (m1 + (m21 or m22)) × g (N) meta

m1 = il-piż tal-karozzerija tal-vagun, VRI, bit-tankijiet preżunti bħala nofshom mimlija,

m21 = numru ta' sedili (esklużi dawk li jintwew) × 2 × 80 kg,

m22 = numru ta' sedili (esklużi dawk li jintwew) × 80 kg + iż-żona tal-kuriduri u l-vestibuli (m2) × 4 × 80 kg.

(a2) Reżistenza statika Lonġitudinali:

Il-karozzerija ta' kull vettura għandha tkun tista' tiflaħ li tissaporti tagħbija statika lonġitudinali, komprensiva, fil-livell tat-twaħħil ta' l-irbit, ta' mill-anqas 1500 kN mingħajr deformazzjoni residwa.

Nota:

Jekk dan il-valur u aktar bass mir-reżistenza lonġitudinali speċifikata mill-kriterja tas-sigurtà passiva, allura il-valur tal-kriterja tas-sigurtà passiva għandu jkun applikat.

(b) Sigurtà passiva (validità f'każ ta' ħabta)

Ara l-Anness A għal spjegazzjoni dettaljata ta' dawn il-karatteristiċi.

Fil-każ ta' impatt frontali, l-istuttura mekkanika tal-vettura għandha:

- tirreżisti għall-irkib tal-partijiet fuq xulxin,

- tillimita d-deċelerazzjoni,

- tipproteġi ż-żoni okkupati mill-passiġġieri u mix-xufier, sa kemm dan ikun possibbli,

- tassorbi l-enerġija tal-ħabta.

Tlett xenarji tal-ħbit huma proponuti, li jikkorrispondu rispettivament għal:

- impatt fit-tarf ta' quddiem bejn żewġ settijiet ta' ferroviji,

- impatt fuq it-tarf ta' wara ma vettura mgħammra bil-mewwieta tal-ġnub,

- impatt ma trakk fuq qsim fl-istess livell.

L-ispeċifiki ewlenija li għandhom ikunu milħuqa:

- deformazzjoni limitata għaż-żoni tas-sewwieq u tal-passiġġieri minn reżistenza statika bl-abbiltà li tissaporti medja tat-tagħbija tal-ħabta ta' 1500 kN,

- dissipazzjoni ta' 6MJ ta' l-enerġija tal-ħabra bi mill-anqas 4,5 MJ għandha tkun fil-parti ta' quddiem ta' l-ewwel vettura,

- il-vetturi kollha fis-sett tal-ferrovija għandhom ikollhom livell konsistenti ta' reżistenza fil-każ ta' ħabta,

- medja ta' deċelerazzjoni massima fiż-żoni tal-paddiġġieri u fil-kabina tas-sewwieq għal 5 g,

- it-trufijiet tal-vettura għandhom ikunu mgħammra b'apparati li jevitaw l-irkib tal-partijiet fuq xulxin.

Il-problemi, il-prinċipji, ix-xenarji kif ukoll l-ispeċifiki li għandhom ikunu milħuqa dwar il-validità ta' kontra l-ħbit huma deskritti b'aktar dettall fl-Anness A.

Assessjar għandu jsir matul il-fażi tad-disinn u ta' l-integrazzjoni tal-komponenti u tas-subassembleji; dan għandu jinkludi l-assessjar tal-propjetajiet tal-materjal bit-testijiet tal-ħbit fuq mudelli jew prototipi. It-testijiet tal-ħbit jistgħu jkunu wżati bħala alternattiva għall-assessjar tal-konformità jekk ir-riżultati jistgħu ikunu korrelati b'eżattezza ma dawk tat-testijiet tal-ħbit. Validazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi relatati ma dan il-paragrafu għandhom iseħħu bi qbil mal-EN 12663 standard.

Il-ferroviji għandhom ikunu jifilħu għal tagħbijiet mekkaniċi minħabba l-varjazzjonijiet tal-pressjoni taħt il-mini.

4.1.8. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (BP17)

(a) Livelli ta' ħsejjes stazzjonarji:

Il-livelli tal-ħsejjes fl-istazzjonijiet jew fuq il-binarji laterali m'għandhomx jeċċedu 65 dB(A) imkejjla kontinwament jew 70 dB(A) intermittament.

Dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dawn il-valuri: imkejjla matul 30 sekonda, f'kampanja miftuħha fi 7,5 m mill-assi tal-binarji f'għoli ta' bejn 1,2 u 3,5 m.

(b) Livelli tal-ħoss fl-użu b'veloċità għolja:

Il-kejl huwa mwettaq b' konformità mat-test b'veoċità kostanti fi prEN ISO 3095 – Jannar 2001, b'dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

Il-livel tal-ħoss ġenerat minn sett ta' ferrovija waqt l-użu m'għandux jeċċedi valur ta' 87 dB(A) f'veloċità ta' 250 km/siegħa, 91 dB(A) f'veloċità ta' 300 km/siegħa u 92 dB(A) f'veloċità ta' 320 km/siegħa (interpolazzjoni linearja għal veloċitajiet massimi oħrajn) [1].

Il-kejl huwa mwettaq b' konformità mat-test b'veoċità kostanti fi prEN ISO 3095 – Jannar 2001, b'dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

- il-passaġġ tal-ferrovija huwa mkejjel f'kampanja miftuħha fi 25 m mill-assi tal-binarji f'għoli ta' 3,5 m,

- f'veloċità kostanti b'operat tal-qawwa tat-trazzjoni,

- konfigurazzjoni operazzjoniali minima possibli għall-użu normali,

- tip ta' binarju wżat mal-parametri tad-disinn li jassiguraw radjazzjoni minima tal-ħoss mill-binarju. Dawn jinkludu: traverzi tal-konkrit monoblokka fis-saborra u l-pedani tal-linji b'ebusija statika tal-pedani ta' mill-anqas 50 kN/mm fi 60 kN preload. Huwa wkoll permissibbli li jkun użat disinn ta' binarju akustikament ekwivalenti, jekk disponibbli u ipprovat. F'dak il-każ, ir-radjazzjoni tal-binarju għandha tkun murija bħala ekwivalenti għal dak it-tip tal-binarju msemmi, b'konformità ma prEN ISO 3095 – Jannar 2001, l-Anness B: il-livell tal-ħruxija tar-ras tal-lanji Lrough (terz-tal-medda-ta'-ottava) f'medja matul wisa' ta' 20 mm għandu jkun

L

λ

λ

dB

bi λ0 = 1 m u l-wavelength λ bejn 0,2 u 0,005 m (kejl tal-ħruxija tal-linja skond ISO 3095, Anness C).

Fiż-żona partikolarment sensittivi għall-ħsejjes il-livell tal-ħoss hekk kif jisimugħ mall-passaġġ ta' ferrovija jista jkun imnaqqas bl-istallazzjoni ta' miżuri ta' l-attenwazzjoni tal-ħoss li jkunu mqiegħda matul il-linja.

Il-kejl kollu tal-ħoss għandu jseħħ skond prEN ISO 3095 – Jannar 2001.

4.1.9. Karatteristċi tal-limiti marbuta ma' l-interferenza elettromanjetika esterna (BP19)

Għall-ferroviji elettriċi, il-forniment ta' l-elettriku mis-substazzjon tad-distribuzzjoni lejn il-ferroviji jiġġenera interferenza ta' intensità għolja jew baxxa bil-konduttur (matul il-katenarju u l-linja) u mid-radjazzjoni elettromanjetika. B'żieda, li apparat elettriku abbord jista joħloq interferenza.

4.1.9.1. Interferenza iġġenerata fuq is-sistema tas-sinjalar u n-network tat-telekommunikazzjonijiet

Il-vaguni ambulanti għandhom jilħqu l-ispeċifiki sabiex ma jkunx hemm interferenza maċ-ċirkwiti tal-binarju, il-kalkolaturi tad-dawrien tal-fusien u n-network tat-telekommunikazzjoni. Dawn il-punti li għandhom ikunu meqjusa huma elenkati fir-reġistru ta' l-infrastruttura għal skopijiet ta' referenza.

Kompattibiltà bejn il-vaguni ambulanti u l-karatteristċi tas-sistema tas-sejbien għandhom ikunu murija bl-użu tal-proċeduri ta' l-aċċettazzjoni fi EN 50238 standard.

4.1.9.2. mhux użata

4.1.9.3. Interferenza tal-frekwenza tar-radju

Il-vaguni ambulanti għandhom jilħqu l-ħtiġiet tal-EN 50121-3-1 standard billi m jiġġenerawx interferenza li taffettwa stallazzjonijiet ta' biswit il-linja u tal-qrib fuq linja iddikjarata bħala interoperabbli.

4.1.9.4. Immunità elettromanjetika

- EN 50121-3-1 għas-subsistema totali tal-vaguni ambulanti,

- EN 50121-3-2 għad-diversi tipi ta' apparat abbord li huwa suxxettibbli għall-interferenza.

4.1.10. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss intern (BP20)

Il-livell tal-ħoss intern tal-vetturi tal-passiġġieri mhux ikkunsidrat bħala kostitwent interoperabbli. B'dana kollu, il-livell tal-ħoss ġewwa l-kabina tas-sewwieq huwa aspett importanti u f'dan il-każ ekwivalenti permissibbli tal-livell ta' ħoss kontinwu ta' 8d dB(A) m'għandux ikun misbuq għal aktar minn 30 minuta. Dawn il-metodi tal-kejl huma definiti fil-Kapitolu 6 ta' din l-STI. Il-valuri irakkommandati għad-disinn ta' vettura ġdida huma indikati fil-Kapitolu 7.

4.1.11. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-kondizzjonar ta' l-arja (BP21)

- Il-kabina tas-sewwieq:

Il-ventilazzjoni tal-kabina tas-sewwieq għandha tkun tali hekk li tassigura li l-liveli tal-monossidu tal-karbonju u tad-diossidu tal-karbonju jibqgħu taħt il-livell kif stabbilit bil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà.

4.1.12. Karatteristċi marbuta mal-karreġġjata ta' persuni b'mobillità mnaqqsa (BP22)

Il-kumpannija tal-ferrovija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiggarantixxi l-aċċess tal-persuni b'mobillità mnaqqsa lejn il-vetturi operati. L-uċuħ orizzontali u vertikali meħtieġa għall-istallazzjonijiet fissi huma speċifikati fl-STI ta' l-infrastruttura.

Biż-żewġ għoli possibli tal-pjattaformi (550 mm u 760 mm) speċifikati fl-STI ta' l-infrastuttura, ma tantx huwa probabbli li l-livell ta' l-aċċess mill-pjattaforma lejn il-ferrovija jkun milħuq kullimkien matul in-network. Għandu għalhekk ikun meħtieġ li jkunu wżati soluzzjonijiet tekniċi u operazzjoni sabiex jagħmlu tajjeb għal din il-problema tal-pasiġġieri b'disabbilità. Hemm diversi soluzzjonijiet disponibbli li jistgħu jkunu adottati għal network b'veloċità għolja trans-Ewropea li jinkludu:

- soluzzjonijiet fil-vaguni ambulanti:

- rampa bħala pont integrata fil-vaguni ambulanti,

- lift integrat fil-vaguni ambulanti,

- soluzzjonijiet fl-infrastruttura:

- lift tal-pjattaforma

- pjattaforma parzjalment elevata (i.e. sezzjoni tal-pjattaformi fi 750 mm),

- soluzzjonijiet operazzjonali:

- rampa portabbli li tkun imressqa mill-persunal operattiv,

- lift portabbli li jkun imressaq mill-persunal operattiv.

Aċċess lejn il-ferroviji għal dawk b'mobilità mnaqqsa għandu jkun possibbli. La darba "passiġġieri b'disabbilità" tinkludi l-utenti tas-siġġijiet tar-roti (WCU), provvediment għall-utenti tas-siġġijiet tar-roti għandhom ikunu iddisinjati sabiex jakkommodaw "siġġu tar-roti" li jkun konformi mal-qisien speċifikati fil-ISO 7193. Ferroviji b'veloċità għolja għandhom ikunu speċifikament mgħammra sabiex jilħqu l-ħtiġiet tagħhom b'WC adatt, spazju mill-anqas għal siġġu tar-roti wieħed, passaġġi u bibien b'wisa suffiċċjenti.

Dawn il-miżiri għandhom ikunu nstallati matul l-aġġornar jew il-bini ġdid hekk kif il-miżuri ta' l-aċċess għal dawk b'disabbiltà huma nkorporati fil-leġislazzjoni nazzonali armonizzata.

4.1.13. Varjazzjoni massima tal-pressjoni fil-mini (BP 23)

Id-disinn tas-settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandu jkun tali hekk li l-varjazzjoni massima fil-pressjoni definita fl-STI ta' l-infrastruttura (10 kPa) ma tkunx misbuqa, anki fil-każ li s-siġill tal-pressa tal-vetturi kellu jċedi (meta dawn ikunu hekk mgħammra).

Għalhekk wieħed jista jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-pressjoni ta' sett ta' ferrovija bil-busta unika tal-kurva sabiex jipprovdi il-tlett varjazzjonijiet tal-pressjoni P0, P1 u P2, li huma speċifikati fl-Anness B.

Għall-iskop ta' referenza, dawn il-valuri li ġejjin huma wżati:

- ΔP0 ≤ 1800 Pa,

- ΔP1 ≤ 3200 Pa,

- ΔP1 - 0,8ΔP0 ≤ ΔP2.

Dawn il-valuri huma mogħtija bi:

- relattività bejn it-trans-sezzjonijiet tal-ferrovija u l-mina ta' 0,18,

- veloċità ta' l-użu ta' 250 km/siegħa

4.1.14. Rampi massimi (BP 24)

Il-vaguni ambulanti għandhom ikunu jistgħu jibdew jimxu, joperaw u jieqfu fuq rampi massimi fuq il-linji kollha li għalihom huma iddisinjati li fuqhom aktarx li joperaw.

Din hija ta' relevanza partikolari fit-twettieq tal-ħtiġiet speċifikati fil-Kapitolu 4.3.

Ir-rampi massimi ta' kull linja huma definiti fir-reġistru ta' l-infrastruttura.

4.2. INTERFAŻI TAS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

Sakemm jikkonċerna il-kompattibbiltà teknika, dawn huma l-interfażi tas-subsistema tal-vaguni ambulanti mas-subsistemi l-oħrajn:

- id-disinn tal-formazzjoni fissa ta' settijiet ta' ferroviji

- apparat tal-viġilanza tas-sewwieq

- is-sistema ta' l-elettrifikazzjoni

- l-apparat tal-kontroll abbord il-ferrovija

- l-għoli tal-pjattaforma

- il-kontrolli tal-bibien

- il-ħruġ ta' l-emerġenza

- l-irbit ta' l-emerġenza

- il-kuntatt rota/linja

- is-sejjieba tal-kaxxa-sħuna

- is-sinjal ta' l-allarm

- l-effetti tal-mewġa tal-pressjoni

- l-effetti tal-irjieħ transversjali

- brejkijiet independenti mill-adeżjoni

- lubrifikazzjoni tal-ħanek

- koeffiċċjent tal-flessibbiltà.

L-interfażi huma definiti fil-lista li ġejja sabiex jassiguraw l-iżvilupp ta' network konsistenti trans-Ewropea.

4.2.1. Disinn tal-formazzjoni fissa ta' settijiet ta' ferroviji

Is-settijiet tal-ferroviji għandhom ikunu jistgħu joperaw fuq in-network Ewropea u jipprovdu vjaġġar mingħajr waqfien għall-passiġġieri. F'dan ir-rigward, dawn għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tekniċi mistqarra f'din l-STI.

Il-ferroviji ikkonċernati għandhom ikunu settijiet tal-ferroviji b'formazzjoni fissa bil-magni tagħhom, kapaċi għal operazzjoni bi-direzzjonali u l-akkwist ta' l-imġieba mistqarra x' imkien ieħor. Għandhom jipprovdu għal kabina tas-sewwieq fuq kull tarf sabiex jgħinu fil-mixi lura fi stazzjonijiet terminali u fil-każ ta' evakwazzjoni minn ġewwa mina.

Dan li ġejjin huma permissibli:

- settijiet ta' ferroviji fissi kemm konvenzjonali u wkoll artikolati,

- settijiet tal-ferroviji bi jew mingħajr is-sistemi tax-xengil,

- settijiet ta' ferroviji bi gverta waħda jew bi tnejn.

Sabiex jippermettu li l-ammont ta' passiġġieri li jilħqu l-ħtiġiet li jinbidlu huwa permissibbli li jkunu mgħaqqda flimkien settijiet ta' ferroviji ta' l-istess tip li joperaw f'multipliċità. Tali ferrovija iffurmata minn tnejn jew aktar settijiet ta' ferroviji għandha tilħaq l-ispeċifiki ta' dan id-dokument. Mhix ħtieġa li ferroviji ta' disinji min manifatturi differenti jew minn networks oħrajn li jkunu jistgħu joperaw mgħaqqda flimkien.

4.2.2. Apparat tal-viġilanza tas-sewwieq

Kwalunkwe nuqqas ta' viġilanza tas-sewwieq għandha tkun misjuba matul żmien partikolari u għandha twasal, fin-nuqqas ta' reazzjoni mis-sewwieq, għall-applikazzjoni awtomatika tal-brejk ta' l-emerġenza fuq il-ferrovija.

4.2.3. Sistema ta' l-elettrifikazzjoni

Għal settijiet tal-ferroviji interoperabbli b'potenza elettrika, l-elementi ewlenija ta' l-interfażi bejn il-vaguni ambulanti u s-subsistema ta' l-enerġija huma definiti fil-STI ta' l-enerġija.

Dawn huma kif ġej:

- Il-kurrent massimu li jista jkun meħud mil-katenarju (Sezzjoni 4.1.6.2 ta' dan id-dokument) definit fis-Sezzjoni 4.2.2.5 tal-STI ta' l-enerġija.

- Il-kurrent massimu li jista jkun meħud f'waqfien komplut huwa definit fis-Sezzjoni 4.2.2.6 tal-STI ta' l-enerġija,

- il-vultaġġ u l-frekwenza tal-forniment tat-trazzjoni (ara s-Sezzjoni 4.1.6.1.1) definit fis-Sezzjoni 4.2.2.7 tal-STI ta' l-enerġija,

- vultaġġi żejda iġġenerati mill-linja li tgħaddi fuq il-ferrovija b'armoniċi (ara s-Sezzjoni 4.1.6.4) definiti fis-Sezzjoni 4.3.1.7 ta' l-STI ta' l-enerġija,

- miżuri ta' protezzjoni elettrika definiti fis-Sezzjoni 4.2.28 tal-STI ta' l-enerġija,

- id-distribuzzjoni tal-pantografi definiti fis-Sezzjoni 4.2.2.9 tal-STI ta' l-enerġija,

- il-mixi matul il-fażi tas-sezzjonijiet tas-separazzjoni definiti fis-Sezzjoni 4.2.2.10 tal-STI ta' l-enerġija,

- il-mixi matul is-sezzjonijiet tas-separazzjoni definiti fis-Sezzjoni 4.2.2.11 tal-STI ta' l-enerġija,

- l-aġġustament tal-kuntatt tal-pantografi definiti fis-Sezzjoni 4.2.2.12 tal-STI ta' l-enerġija,

- il-fattur tal-potenza (ara s-Sezzjoni 4.1.6.3) definita fis-Sezzjoni 4.3.1.3 tal-STI ta' l-enerġija,

- l-ibbrejkjar reġenerattiv (ara s-Sezzjoni 4.1.6.1.2) definita fis-Sezzjoni 4.3.1.4 tal-STI ta' l-enerġija,

L-interazzjoni bejn il-pantografi u l-katenarju hija ta' importanza partikolari la darba l-operat konġunt tagħhom għandu jassigura forniment ta' potenza mingħajr interuzzjoni għat-trazzjoni u, jekk meħtieġ, ibrejkjar reġenerattiv. Dawn il-ħtiġiet għandhom ukoll ikunu osservati mil-ġemgħat kollha tal-ferroviji, settijiet ta' ferroviji singoli kif ukoll settijiet ta' ferroviji li huma mqabbda b'mod multiplu. Il-limitazzjonijiet importi bid-distribuzzjoni tal-pantografi u tal-kwalità tal-ġbir tal-kurent huma definiti fis-Sezzjoni 4.3.2.3 tal-STI ta' l-enerġija.

4.2.4. Sistema ta' kontroll-kmand abbord il-ferroviji

Sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 96/48/KE, u finalment jersqu lejn sistema unifikata, settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema ERTMS (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/260/KE). Kompattibiltà ma sistemi eżistenti għandha tkun milħuqha bl-użu ta' moduli adattivi nstallati abbord is-settijiet tal-ferroviji. F'termini prattiċi jkun impossibbli li jkunu nstallati l-moduli kollha meħtieġa abord sett ta' ferrovija. L-għażla ta' moduli għandha tkun ibbażata fuq ir-rotot li dwarhom is-sett tal-ferrovija huwa ntiż.

Il-karatterisiċi ta' l-interfażi bejn il-vaguni ambulanti u s-subsistema tal-kontroll-kmand huma inklużi fis-Sezzjoni 4.2.1.2 ta' din l-STI għal dik is-subsistema, huma notevolment:

- il-karatteristiċi minimi ta' l-ibrejkjar għall-ferrovija koperta fis-Sezzjoni 4.1.5 fid-dokument preżenti,

- kompattibbiltà bejn is-sistemi tas-sejbien tal-ferrovija ibbażati fuq l-art u tal-vaguni ambulanti, trattati fis-Sezzjoni 4.1.9.1 tad-dokument preżenti,

- kompattibbiltà bejn is-sejjieba mwaħħla taħt il-vetturi u l-ispazji dinamiċi għal dawk il-vetturi,

- il-kondizzjonijiet ambjentali għall-apparat abbord huma trattati fis-Sezzjoni 4.3.12 tad-dokument preżenti,

- il-kompattibiltà elettromanjetika ma' l-apparat tal-kontroll-kmand abbord huma trattati fis-Sezzjoni 4.1.9.4 tad-dokument preżenti,

- dettalji tal-ferrovija li jikkonċernaw il-brejkijiet, l-integrità tal-ferrovija u t-tul tal-ferrovija,

- il-kompattibbiltà elettromanjetika mas-sistemi ibbażati fl-art huma koperti fis-Sezzjoni 4.1.9.3 tad-dokument preżenti.

B'żieda, il-funzjonijiet li ġejjin huma direttament marbuta mal-parametri definiti mis-subsistema tal-kontroll-kmand.

- operazzjoni f'kondizzjonijiet ta' modula degradata

- monitoraġġ sabiex jassigura li l-veloċità tal-ferrovija jkun fi kwalunkwe waqt anqas min, jew l-aktar ugwali għal, il-veloċità massima permissibbli fl-ambjent operattiv.

Informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta' dawn l-interfażi hija mogħtija fit-Tabelli 5.1 A, 5.1.B u 6.1 fil-STI tal-kmand-kontroll. B'żieda, referenza għan-normi u l-ispeċifiki Ewropej għandha tkun użata bħala parti tal-proċedura ta' l-assessjar dwar il-konformità, huma indikati, għal kull karratteristika, fl-Anness A tal-STI kontroll-kmand.

4.2.5. Tarġa tal-passiġġieri

It-tarġa tal-passiġġieri għall-aċċess lejn vetturi għandha tkun ottimizzata għaż-żewġ għoli ta' pjattaformi ta' 550 mm u 760 mm li jeżisti fin-network, sakemm sett ta' ferrovija jkun jista jopera biss matul parti tan-network b'għoli singolu ta' pjattaforma.

4.2.6. Bieb ta' aċċess għall-passiġġieri

(a) Terminoloġija wżata:

- "bieb magħluq" huwa bieb miżmum magħluq biss mill-mekkaniżmu ta' l-għeluq tal-bieb,

- "bieb imsakkar" huwa bieb miżmum magħluq biss mill-mekkaniżmu tat-tiskir tal-bieb,

- "bieb imsakkar u mhux użat" huwa immobilizzat f'posizzjoni magħluqa minn apparat mekkaniku attivat minn membru ta' l-ekwipaġġ tal-ferrovija.

(b) L-operazzjoni tal-bieb: Il-bibien ta' l-aċċess għall-pasiġġieri għandhom ikunu iddisinjati li joperaw b'tali mod hekk l-ftuħ u l-għeluq tagħhom ma jkunx jeħtieġ xi sforz sinifikanti minn naħa tal-passiġġieri.

(ċ) L-għeluq ta' bieb: Is-sistema tal-kmand-kontroll għandha tippermetti lill-ekwipaġġ tal-ferrovija (is-sewwieq u l-konduttur) li jagħlu u jsakkru l-bibien qabel ma titlaq il-ferrovija.

Meta l-locking control ikun taħt il-kontroll tal-persunal, u attivat minn bieb, dan il-bieb jista jibqa miftuħ meta l-bibien l-oħrajn jingħalqu, imma imbagħad għandu jkun possibbli għall-persunal li sussegwentament jgħalqu l-bieb u jsakkruh. B'żieda, l-ordni ta' l-għeluq u t-tiskir ta' dan il-bieb għandha sseħħ awtomatikament qabel ma' l-ferrovija tilħaq il-veloċità ta' 5 km/siegħa.

Il-bibien għandhom jinżammi magħluqa u msakkra sa kemm l-ekwipaġġ tal-ferronija jkunu illiberawhom.

Fil-każ ta' telf ta' potenza lejn il-kontrolli tal-bibien, il-bibien għandhom jinżammu msakkra bil-mekkaniżmu tat-tiskir.

(d) Informazzjoni disponibbli għall-ekwipaġġ tal-ferrovija:

Apparat xieraq għandu jkun indikat li l-bibien kollha, apparti mill-bieb taħt il-kontroll lokali, huma magħluqa u msakkra.

Indikazzjoni xierqa għandha tkun ipprovvduta lill-ekwipaġġ tal-ferrovija jekk ikun hemm xi ħsara fl-operat ta' l-għeluq tal-bieb. "Bieb imsakkar mhux użat" m'għandux ikun meqjus.

(e) It-tiskir ta' bieb mhux użat: Apparat manwali għandu jkun ipprovdut sabiex jiffaċilita lill-ekwipaġġ tal-ferrovija li jsakkru bieb li ma jkunx użat. Din l-azzjoni għandha tkun possibbli mikk minn naħa ta' ġewwa u wkoll minn naħa ta' barra tal-ferrovija.

Wara li l-bieb imsakkar ma jkunx użat dan m'għandux ikun aktar ikkunsidrat mill-kontrolli tal-bieb jew mis-sistemi tal-monitoraġġ abbord il-ferrovija.

(f) Rilaxx tal-ftuħ ta' bieb: L-ewkipaġġ tal-ferrovija għandhom ikunu ipprovduti b'kontrolli li jippermettu ‘l-bibien li jkunu rilaxxati separatament fuq kull naħa, sabiex jippermettu li dawn jinfetħu mill-passiġġieri meta l-ferrovija tieqaf.

Dan il-kontroll tal-ftuħ għandu jkun aċċessibbli kemm minn naħa ta' barra u wkoll minn naħa ta' ġewwa tal-vettura.

Kull bieb għandu jkun ipprovdut b'apparat individwu tal-ftuħ, aċċessibbli għall-passiġġieri, sabiex jippermetti li l-bieb ikun miftuħ għal raġunijiet ta' emerġenza, f'veloċitajiet ta' anqas minn 10 km/siegħa. Dan l-apparat m'għandu jkollu l-ebda effett fuq "bieb imsakkar mhux użat".

(g) Il-qisien tal-bibien għandhom jippermettu l-evakwazzjoni kompluta tal-passiġġieri f'operazzjoni normali matul tlett minuti.

4.2.7. Ħruġ ta' l-emerġenza għall-passiġġieri

(A) Arranġament: il-vetturi għandhom ikollhom numru minimu ta' ħruġ ta' emerġenza fuq kull naħa tal-vettura, u għandhom ikunu konformi ma dawn ir-regoli li ġejjin:

- id-distanza bejn kull sedil tal-passiġġieri u ħruġ ta' emerġenza għandha dejjem tkun anqas minn 16 m,

- għandu jkun hemm mill-anqas żewġ ħruġ ta' emerġenza f'kull vettura li takkomoda 40 passiġġier jew anqas u aktar minn tnejn f'kull vettura li takkomoda aktar minn 40 passiġġier,

- il-qisien tal-ħruġ ta' l-emerġenza għandhom ikunu mill-anqas 700 mm × 550 mm.

(B) Operazzjoni: jekk il-bibien ma jistgħux ikunu miftuħa, huwa permissibbli li jsir użu minn dawn il-ħruġ ta' l-emerġenza kif ġej:

- it-twieqi, permezz tar-rimi tat-tieqa jew tal-ħġieġ jew bit-tkissir tal-ħġieġ,

- bibien tal-kompartimenti, bit-tneħħija mħaffa tal-bieb jew bit-tkissir tal-ħġieġ,

- il-bibien ta' l-aċċess, jew bir-rimi tagħhom jew bit-tkissir tal-ħġieġ.

Il-ferroviji għandhom jippermettu l-evakwazzjoni f'ħin limitat. Il-qisien tal-bibien u tal-kuriduri għandhom jippermettu moviment ħieles ta' passiġġieri lejn il-bibien ta' l-aċċess u jħeġġu distribuzzjoni bbilanċjata matul il-bibien.

(C) Senjalar: il-ħruġ ta' l-emerġenza għandhom ikunu kjarament identifikati għall-pasiġġieri u l-gruppi tas-salvataġġ permezz ta' sinjali xierqa.

(D) Evakwazzjoni permezz tal-bibien: il-ferroviji b'veloċità għolja interoperabbli għandhom ikunu mgħammra b'apparati ta' emerġenza li jippermettu l-evakwazzjoni tal-passiġġieri permezz tal-bibien ta' l-aċċess lil hinn minn stazzjonijiet (turġien jew slielen ta' l-emerġenza).

4.2.8. Ħruġ ta' emerġenza mill-kabina tas-sewwieq

F'emerġenza, l-evakwazzjoni mill-kabina tas-sewwieq (jew aċċess għall-intern tal-ferrovija bis-servizzi ta' l-emerġenza) għandha normalment tkun permezz tal-bibien ta' l-aċċess speċifikati fis-Sezzjoni 4.3.18a.

Meta l-bibien ma jkunux joffru aċċess dirett lejn l-estern tal-ferrovija, kull kabina tas-sewwieq għandha tkun ipprovduta b'meżżi xierqa ta' evakwazzjoni jew mill-anqas waħda mit-twieqi tal-ġemb għandha jkollha qisien suffiċċjenti li jippermettu għar-rilaxx ta' persuni maqbuda wara li l-ħġieġ ikun maqlugħ jew miksur.

4.2.9. Arranġamenti għall-irbit fis-salvataġġ ta' settijiet tal-ferroviji

Is-settijiet tal-ferroviji tal-veloċità għolja għandhom:

(a) ikunu mgħammra f'kull tarf tas-sett tal-ferrovija b'tip ta' rbit li jilħaq il-ħtiġiet ta' l-Anness K. Din id-disposizzjoni tiffaċilita s-salvataġġ ta' sett ta' ferrovija fl-okkorrenza ta' waqfien mekkaniku minn sett ta' ferrovija interoperabbli ieħor, mingħajr il-ħtieġa li jkun utilizzat adattatur intermedju ta' l-irbit;

(b) tista' tkun mgħejjuna b'unitjiet ta' potenza motiva mal-buff UIC standard u li jiġbdu l-komponenti. Għal dan l-iskop, apparat speċjali ta' l-irbit (rabta ta' emerġenza) jista tkun utilizzata. Ir-rebta ta' l-emerġenza għandha tkun tista tiġi nstallata minn żewġ persuni fi żmien 15 il-minuta.

4.2.10. Kuntatt rota/linja

(a) Deskrizzjoni ta' l-interfażi ma' l-interstruttura:

kuntatt rota/linja li jkollu nfluwenza fuq:

- l-istabbilità tal-mixi tal-vettura,

- l-imġieba tar-rikba tal-vettura,

- il-ħsejjes emissi fl-ambjent.

F'dak li tikkonċerna l-ewwel punt, il-ġeometrija tal-kuntatt għandha tkun tali li l-istabbilità ta' l-apparat tal-mixi jkun assigurat fil-veloċitajiet l-aktar għolja ta' l-operat.

B'relazzjoni mal-punti l-oħrajn, qies għandu wkoll ikun meħud kemm tal-formazzjonijiet konvenzjonali (saborra u traversi), u tal-binarju mingħajr saborra li jkollu karatteristiċi differenti.

Il-kriterja meħtieġa għandha wkoll li jkun hemm konformità magħha għall-vetturi u l-apparat skond il-kedd li għandu jkun mistenni li jseħħ fin-network ta' veloċità għolja.

Dan l-aspett jippermetti interfażi mal-ħafna parametri fi ħdan is-subsistema ta' l-infrastruttura bħal ma huma l-iskartament tal-binarju, id-defiċjenza taċ-ċanfrin u l-koniċità ekwivalenti.

Il-ħtiġiet differenti ta' dan l-aspett huma tradotti għal din is-subsistema bid-definizzjoni ta' standards għar-roti u l-fusien li jiffurmaw il-punti ta' l-interfażi.

Id-definizzjoni ta' din l-interfażi mas-subsistema ta' l-infrastruttura tippermetti l-istabiltà tar-rikba għall-vaguni mabulanti li tkun iggarantita fiċ-ċirkostanzi kollha u fil-limiti tal-kedd ta' l-apparat ta' l-operat.

(b) Speċifika tal-kriterja ta' l-istabbilità tar-rikba:

l-istabbilità tar-rikba ta' vettura, li hija essenzali għal vettura li topera b'sigurezza, tiddependi fuq il-karatteristiċi tad-disinn tal-vetturi u aktar speċifikament dwar il-parametri tal-kuntatt rota-linja.

Dawn il-karatteristiċi li ġejjin jirrigwardaw il-koniċità ekwivalenti definita bis-subsistema ta' l-infrastruttura.

Tlett parametri relatati ma' l-infrastruttura jiddeterminaw dan:

- il-profitt tar-ras tal-linja (e.g. UIC 60, etc.)

- l-inklinazzjoni tal-linja (e.g. 1/40, 1/20, etc.)

- l-iskartament tal-binarji (e.g. 1435 mm, etc.).

Il-karatteristiċi ġeometriċi tas-sett tar-roti (profil tat-tħakkik, l-iskartament ta' l-uċuħ attivi, etc.) flimkien mat-tlett parametri preċedenti, ġeneralment jiddeterminaw l-istabbilità tar-rikba li tkun miżmumha kemm f'kondizzjoni ġdida u wkoll dik b'użu qawwi fi ħdan il-medda tat-tolleranzi estremi permissibbli għal kull wieħed minn dawn il-parametri.

(ċ) Karatteristiċi ta' l-elementi ta' l-interfażi:

li għandhom ikunu aċċettati fuq in-network interoperabbli, il-vaguni ambulanti għandhom ikunu konformi mal-kriterja tal-koniċità ekwivalenti definita fis-subsistema ta' l-infrastruttura, u għalhekk għandhom:

(c1) li għandhom ikunu mwaħħla mal-fusien mgħammra bi: roti li jkollhom profil b'konformità ma waħda minn dawn li ġejjin:

- S 1002,

- GV 1/40,

distanza bejn l-uċuħ interni tar-rota imkejjla fi 60 mm taħt il-quċċata tal-ħanek:

- 1357 sa 1363 mm għal diametru ta' rota = jew > 840 mm,

- 1359 sa 1363 mm għal diametru ta' rota = jew < 840 mm,

distanza bejn l-uċuħ attivi tar-rota:

- 1410 sa 1426 mm għal diametru ta' rota = jew > 840 mm,

- 1415 sa 1426 mm għal diametru ta' rota = jew < 840 mm,

(c2) li għandhom ikunu suġġetti għat-testijiet ta' l-aċċettazzjoni bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta' din l-STI;

(c3) li jiggarantixxu stabbilità ta' ribka skond il-kondizzjonijiet kollha u li joffru protezzjoni kontra fallimineti, ikollhom proċeduri mandatorji għal verifikar perjodiku ta' l-integrità ta' dak l-apparat billi jassiguraw stabbiltà tar-rikba (fusien, l-irbit tas-sospensjoni, taffituru ta' l-iskossi, etc.);

(c4) ikunu mgħammra b'apparat approvat għal sejbien kontinwu ta' l-instabbilità ta' l-ingranaġġ tal-mixi, li għandu jkun attiv biss fil-veloċitajiet b'eċċess ta' 220 km/siegħa (i.e. f'operazzjoni b'veloċità għolja). Dan l-apparat għandu javvża lis-sewwieq sabiex inaqqas il-veloċità fil-każ ta' instabbilità.

(d) Karatteristiċi tal-kriterja tal-kedd:

li jilħqu tqabbil xieraq bejn l-għażla ta' materjali għal-linja (kif definit fl-STI ta' l-infrastruttura) u r-rota, ir-roti għandhom jużaw tali materjali definiti kif ġej:

- għaż-żona ntiera tal-kedd tar-rimmijiet tar-roti, il-valuri ta' l-ebusija Brinell (HB) tal-materjal għandhom ikunu ugwali jew superjuri (għal kull kejl) għal 245,

- jekk il-ħxuna taż-żona tal-kedd tkun superjuri għal 35 mm, il-valur ta' 245 HB għandu jkun akkwistat sakemm sal-fond ta' 35 mm taħt il-wiċċ li jerfa' l-piż,

- il-valur ta' l-ebusija fil-konnessjoni bejn iċ-ċentru tar-rota u r-rimm tar-rota għandu jkun aktar baxx b'mil-anqas bi 10 punti milli minn dak imkejjel fit-tarf tal-medda tal-kedd.

(e) Reżistenza elettrika tas-settijiet tar-roti:

li tasigura l-operat taċ-ċirkwiti tal-binarju, ir-reżistenza elettrika mkejjla għal kull sett ta' roti:

- minn tyre sa tyre,

- fil-kondizzjoni mingħajr tagħbija,

- b'vultaġġ ta' bejn 1,8 u volts,

għandu jkun anqas minn:

- 0,01 ohm meta gdid,

- 0,1 ohm wara r-rinnovament tas-sett tar-roti.

Fil-laż ta' roti independenti (roti parallelli tax-xellug u tal-lemin li jduru imdependenti minn xulxin), huwa meħtieġ li jkun hemm konnessjoni elettrika tal-par tar-roti sabiex ikunu konformi mal-valuri msemmija hawn fuq.

4.2.11. Sejbien tal-kaxxa sħuna [2]

Iż-żieda fit-temperatura tal-kaxxa tal-fus għandha tkun sorveljata fuq ferroviji ta' veloċità għolja.

Dan l-apparat tal-monitoraġġ għandu jkun jista jsib żieda fit-temeperatura matul iż-żmien sabuiex jippermetti żidiet annormali fit-temperatura fil-kaxxa tal-fus li jkunu misjuba. Għandu jkun jista li jittrasmetti b'affidabbilità twissija u l-messaġġi tat-twissija li, jekk meħtieġ, huma iggradati sabiex jagħtu bidu għal tnaqqis fil-veloċità jew tal-waqfien tal-ferrovija, jiddependi mill-estent taż-żieda fit-temperatura.

Li ma jħallux li jkun hemm konfużjoni meta avviż ta' kaxxa sħuna jkun mogħti, is-sistema tas-sejbien tal-kaxxa sħuna għandha tkun lokalizzata abbord.

B'żieda, għandu jkun meqjus li l-apparat li jagħmel il-monitoraġġ tat-temperatura tal-kaxxa tal-fus ikun b'dana kollu nstallat l-art sabiex iwettaq monitoraġġ tal-ferroviji li għad ma humiex mgħammra b'tali sistemi abbord il-ferrovija jew ta' tipi ta' ferroviji oħrajn li jaħdmu fuq l-istess linja.

L-apparat abbord il-ferrovija m'għandux joħloq interferenza ma' l-apparat tal-monitoraġġ tat-temperatura tal-kaxxa tal-fus ta biswit il-binarji li tar-rotot ikkonċernati.

L-amministraturi ta' l-infrastruttura għandhom jassiguraw li l-kompattibbiltà bejn l-operazzjoni ta' settijiet ta' ferroviji interoperabbli u l-apparat tal-monitoraġġ tat-temperatura tal-kaxxa tal-fus ta' biswit il-binarji, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni 7.2.6.2 tal-STI ta' l-infrastruttura.

4.2.12. Allarm ta' l-emerġenza

Iż-żoni tal-passiġġieri abbord ferroviji ta' veloċità għolja għandhom ikunu mgħammra b'apparati tas-sinjalar ta' l-emerġenza li jkunu konformi ma' dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:

- manku ta' l-emerġenza li jattiva il-bejk kontinwu għandu jkun installat fil-vaguni tal-passiġġieri ta' fejn dan ikunu jistgħu jidhru u jkunu milħuqa mingħajr tbagħtija mill-passiġġieri mingħajr ma' jkollhom jgħaddu minn bieb intern. Il-manku ta' l-emerġenza għandu jkun indikat b'mod ċar minn logo li jiftihem malajr u bi struzzjonijiet li jiffaċċilitaw lill-passiġġieri li jużawħ mingħajr diffikkultà.

Il-manku ta' l-emerġenza għandu jkollu siġill kjarament viżibbli għall-użu tal-passiġġieri.

L-allarm, la darba attivat m'għandux ikunu jista jerġa jkun diżingaġġat mill-passiġġieri. Jekk apparat huwa ipprovdut sabiex jindika li l-allarm ikunu ġiet attivat, dan għandu jkun immarkat kif indikat fl-Anness Q ta' din l-STI.

Operazzjoni tas-sinjal ta' l-emerġenza għandha tkun indikata ħdejn l-apparat użat.

L-attivazzjoni ta' l-allarm għandha:

- tagħti bidu għall-ibrejkjar,

- toħloq allarm viżwali (dawl iteptep) u akustiku (buzzer/ħorn) li jkun mibdli fil-kabina tas-sewwieq,

- jittrasmetti messaġġ (sinjal akustiku jew viżwali) lill-ekwipaġġ tal-ferrovija li jkun jaħdem fost il-passiġġieri,

- jittrasmetti rikonoxximent, rikonoxxibbli mill-persuna li tkun inizjat is-sinjal (sinjal akustiku fil-vettura, l-applikazzjoni tal-brejkijiet, etc.).

Fil-każi kollha, l-arranġamenti nstallati fil-vaguni ambulanti (partikolarment l-applikazzjoni awtomatika tal-brejkijiet) għandhom jippermettu lis-sewwieq li jintervjeni fil-proċess ta' l-ibrejkjar hekk li jkun jista jagħżel il-punt tal-waqfien tal-ferrovija, jew li jibda immedjatament jekk il-ferrovija tkun waqfet. Għal dan l-iskop, l-attivazzjoni ta' wieħed jew aktar mill-allarmi m'għandux ikollu aktar effett, waqt li l-ekwipaġġ tal-ferrovija ma jkunx laħaq ikkarga l-ewwel wieħed.

Fl-aħħar nett konnessjoni bejn il-kabina u l-ferrovija għandha tiffaċilita lis-sewwieq, bl-inizjattiva tiegħu (tagħha), li jinvestiga r-raġuni il-għala s-sinjal ta' l-emerġenza kien ġie mibdi.

4.2.13. L-effetti tal-kurrenti ta' l-arja

L-imġieba ta' ferrovija fir-rigward ta' l-effetti tal-kurrenti ta' l-arja fuq persuni il-barra mill-ferrovija hija karatterizzata bil-forzi ta' biswit il-binarju maħluqa bill-passaġġ tas-sett tal-ferrovija.

Is-sensur użat huwa pupu b'dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Ċilindru li jikkonsisti minn korp tat-test suġġett għall-effett tal-kurent ta' l-arja b'dawn il-karatteristiċi ġeometriċi li ġejjin:

- żona frontali ċilindrika: 0,36 m2 ± 0,05 m2,

- għoli ċilindriku: 0,92 m ± 0,10 m,

- għoli tal-pressjoni taċ-ċilindru (iċ-ċenteru taċ-ċilindru) b'relazzjoni mal-bażi ta' l-apparat ta' l-għerfieħ: 1,10 m ± 0,15 m,

- apparat li jżomm iċ-ċilindru fil-posizzjoni tal-kejl tiegħu f'distanza tal-garage dG,

- sistema tal-kejl.

Definizzjonijiet:

Ve : Veloċità tat-test fi km/siegħa.

Vmax : veloċità massima operattiva antiċipata fi km/siegħa.

TTmax : modula ta' sforz massimu għas-sett kollu tal-ferrovija.

IT : indiċi tat-tkarkir fi N.

dG : distanza tal-garage, jew distanza li tissepara l-estern tal-wiċċ tal-modula (l-eqreb lejn il-linja) ta' l-estern tal-wiċċ tal-linja.

Dan jista jkun definit NM =

TT

Ve

2

+++++ TIFF +++++

Imbagħad isegwi Il-valuri ta' referenza ta' l-effett tat-tkarkir IT huma definiti kif ġej:

Is-settijiet tal-ferroviji għandhom jirrispettaw:

- fil-veloċità ta' 300 km/siegħa,

- jew fil-veloċità massima tas-sett tal-ferrovija jekk dan ikun anqas minn 300 km/siegħa,

Valur IT:

IT < jew = 185Nat distanza ta d

ta 2 m

4.2.14. Effetti ta' rjieħ transversjali

Dan il-punt għadu s'issa kwestjoni miftuħha (aktar studji jinsabu għaddejin). Is-sitwazzjoni transitorja hija deskritta fl-STI ta' l-infrastruttura, is-Sezzjoni 4.3.3.23.

4.2.15. Kurrent Eddy tal-brejkijiet

Dan il-paragrafu jittratta ma' l-interfażi tas-subsistema ta' l-infrastruttura li tirrigwarda l-użu tal-kurent Eddy tal-brejkijiet tal-binarji.

Kif speċifikat fl-STI ta' l-infrastruttura, l-użu ta' dan it-tip ta' brejk, indipendenti mill-adeżjoni, fuq il-linji (li għandhom ikunu mibnija, aġġornati jew li jgħaqqdu) tan-network interoperabbli huwa permissibbli kif ġej:

- għall-brejkijiet ta' l-emerġenza fuq il-linji kollha apparti milli uħud mil-linji speċifiċi tal-konnessjoni elenkati fir-reġistru ta' l-infrastruttura,

- għall-ibrejkjar ta' l-użu sħiħ jew normali matul il-parti maġġura tan-network. Dan it-tip ta' brejkjar huwa permissibbli, linja-b'linja, skond kif elenkat fir-reġistru ta' l-infrastruttura.

Is-settijiet ta' ferroviji interoperabbli mgħammra b'dan it-tip ta' brejk għandhom jilħqu dawn l-ispeċifikazzjonijiet kif ġej:

- brejkijiet independenti mill-adeżjoni ta' rota-linja jistgħu jkunu wżati mill-veloċità operattiva massima ‘l isfel sa 50 km/siegħa: (Vmax > = V > = 50 km/h),

- il-medja massima ta' deċellerazzjoni għandha tkun anqas minn 2,5 m/s2 (dan il-valur, li huwa interfażi mar-reżistenza lonġitudinali tal-binarju, għandu jkun,milħuq mill-brejkijiet kollha kif użati).

- fl-għar każ, iġiefiri meta s-settijiet tal-ferroviji li joperaw f'multiplu sat-tul massimu permissibbli tal-ferrovija, il-forza massima lonġitudinali tal-brejkijiet applikata mal-binarju minn ferrovija m'għandux jeċċedi:

- 360 kN fi brejkjar ta' l-emerġenza

- 180 kN (valur proviżorju) għal brejkijiet kompluti fl-użu sabiex jintlaħqu l-limiti tal-veloċità mis-sistema tas-sinjallar

- 10 kN (valur proviżorju) għal brejkijiet f'rampi weqfin jew meta l-limiti tal-veloċità huma awtomatikament applikati.

Dan huwa bil-konkorrenza tal-ftehim li operazzjoni sigura ta' dan it-tip ta' brejk jista' jkun ipprovat u partikolarment in-nuqqas ta' riskju relatat mal-modula komuni tal-falliment. Huwa permissibbli li tkun inkluża l-kontribuzzjoni tal-brejkijiet independenti minn adeżjoni fl-imġieba tal-brejkijiet definiti fis-Sezzjoni 4.1.5 ta' din l-STI, għall-operazzjoni fuq linji meta l-użu tagħhom ma jkunx permissibbli għall-użu ta' brejkijiet sħaħ jew normali.

4.2.16. Lubrifikazzjoni tal-ħanek

Sabiex ikun hemm il-protezzjoni tal-linji u r-roti kontra kedd eċċessiv, partikolarment fil-kurvi, is-sett tal-ferroviji interoperabbli għandhom ikunu mgħammra bil-lubrifikazzjoni tal-ħanek. Dawn għandhom ikunu nstallati u monitorjati skond dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:

il-lubrifikazzjoni għandha tkun assigurata fil-kurvi b'raġġ anqas minn jew ugwali għal 1200 m;

wara tali lubrifikazzjoni:

- rita kontinwa ta' lubrikant tkun preżenti fiż-żona attiva ta' l-ispalla tal-linja,

- il-wiċċ tal-ħakk rota/linja ma jkunx imniġġes, hekk li ma jiddegradax l-imġieba tal-brejkijiet.

Il-lubrifikazzjoni tal-ħanek għandha tassigura l-protezzjoni tal-fusien kollha tas-sett tal-ferrovija.

4.2.17. Koeffiċjent tas-sospensjoni

Dan il-parametru jinfluwenza l-iskartament tat-tagħbija dinamika ta' vettura. Il-koeffiċjent tas-sospensjoni ta' vetturi mgħammra bil-pantografi għandu jkun anqas minn 0,25.

4.2.18. Raġġ minimu tal-kurva

Dan il-parametru huwa l-interfażi mas-subsistema ta' l-infrastuttura billi l-kurvi minimi li għandhom ikunu meqjusa huma definiti parzjalment bil-binarju ta' veloċità għolja (ibbażati fuq id-defiċjenza taċ-ċanfrin) u parzjalemnt bin-network eżistenti.

4.2.19. Manutenzjoni

(a) Pjan tal-manutenzjoni

Sabiex tkun iggarantita li l-imġieba ta' kull wieħed mill-karatteristċi ta' din l-STI tkun kostanti, l-eżistenza u l-applikazzjoni tal-pjan tal-manutenzjoni għal vaguni ambulanti għandu jkun meħtieġ.

IL-pjan tal-manutenzjoni għandu jkun stabbilit mill-pardun tal-vaguni ambulanti jew mill-aġent tiegħu sabiex jiggarantixxi l-manutenzjoni tal-karatteristiċi speċifikati fis-subsistema tal-vaguni ambulanti.

Bħala minimu, il-pjan tal-manutenzjoni għandu jinkludi dawn l-elementi li ġejjin:

- sett ta' spezzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa bi, jekk meħtieġ, stqarrijiet tal-limiti permissibbli (varuri, li b'eċċess tagħhom il-ferrovija ma tkunx tista' topera aktar b'sigurezza),

- sett ta' skedi għal tibdil ta' apparat li għandu jitwettaq fuq il-bażi tal-kedd jew tal-perjodu ta' l-użu,

- stqarrijiet tal-perjodiċità ta' dawk il-verifiki u ta' kif dawn huma ikkontrollati,

- disposizzjonijiet għat-taħriġ u l-kwalifika tal-persunal tal-manutenzjoni,

- normi li jirrigwardaw id-disposizzjonijiet, il-verifiki u l-valuri kif meġtieġa hawn fuq,

- arranġamenti għall-meżżi ta' l-implimentazzjoni ta' dawn il-verifiki,

- metodu sabiex jassiguraw it-traċċabbiltà tax-xogħol fuq il-vaguni ambulanti.

L-eżistenza tal-pjan tal-manutenzjoni, inklużi l-elementi ta' hawn fuq, għandhom ikunu verifikati mill-korp notifikat, imma l-operatur huwa responsabbli għall-valuri u l-perjodiċitajiet indikati fil-pjan tal-manutenzjoni.

(b) Xogħol tal-manutenzjoni

Il-maġġoranza tax-xogħol tal-manutenzjoni għandu jkun ir-responsabbiltà ta' l-impriża tal-ferrovija li topera l-vettura. Il-manutenzjoni waqt l-użu u t-tiswijiet żgħar meħtieġa sabiex jassiguraw vjaġġ bir-ritorn b'sigurezza jeħtieġ li jkunu jistgħu jitwettqu fuq partijiet tan-network li tkun il-bogħod mil-bażi propja tal-vetturi, inklużi waqt li jkunu maħżuna fuq network barrani. Id-doveri ewlenija ikkonċernati huma meħtieġa bejn iż-żewġ andati ta' vjaġġ bir-ritorn:

- il-mili u l-iżvojtar (ilma, WC, ramel, etc.),

- it-tindif tal-vettura.

Ukoll tiswijiet minuri u manutenzjoni mhux ippjanata.

Sabiex ikunu faċilitati dawn l-operazzjonijiet, is-settijiet ta' ferroviji interoperabbli għandhom jippermettu l-ħażna tagħhom, mingħajr ekwipaġġ abbord, b'forniment ta' potenza awżiljaraja mantnuta għad-dawl, l-arja kondizzjonata, il-kabinetti refriġerati, etc.

Il-ħtiġiet varji applikabbli għall-interoperabiltà ma' l-impriża li twettaq dawn id-doveri huma speċifikati fil-STI tal-manutenzjoni.

L-interfażi funzjonali bejn is-subsistema tal-manutenzjoni u s-subsistema tal-vaguni ambulanti huma kif ġej:

- tindif estern tas-settijiet tal-ferroviji (is-Sezzjoni 4.2.2.2.1. tal-STI tal-manutenzjoni)

- is-sistema għall-iżvojtar tat-twaletti b'retenzjoni (is-Sezzjoni 4.2.2.2.2. tal-STI tal-manutenzjoni)

- tindif intern tas-settijiet tal-ferroviji (is-Sezzjoni 4.2.2.2.3. tal-STI tal-manutenzjoni)

- arranġamenti għall-mili mill-ġdid ta' l-ilma u tar-ramel (is-Sezzjonijiet 4.2.2.2.4 u 5 tal-STI tal-manutenzjoni)

- arranġamenti għall-ħażna (is-Sezzjoni 4.2.2.2.6. tal-STI tal-manutenzjoni)

Il-kostitwenti li jwettqu l-interfażi bejn il-manteniment u s–subsistemi tal-vaguni ambulanti huma:

- is-sistema għall-iżvojtar tat-twaletti b'retenzjoni (is-Sezzjoni 4.2.2.1.2. tal-STI tal-manutenzjoni)

- il-bwieq tal-potenza għal tindif intern tas-settijiet tal-ferroviji (is-Sezzjoni 5.3.3. tal-STI tal-manutenzjoni)

- il-konnessjonijiet għall-mili mill-ġdid ta' l-ilma (is-Sezzjoni 5.3.5 tal-STI tal-manutenzjoni)

4.2.20. Dwal esterni u l-ħorn

(a) Dwal ta' quddiem u wara

Kif speċifikat fis-Sezzjoni 4.2.1, huwa permissibbli għall-ferroviji li jkunu iffurmati minn wieħed jew aktar settijiet tal-ferroviji. Id-dwal deskritti hawn taħt għandhom ikunu jidhru biss fuq it-trufijiet ta' quddiem u ta' wara tal-formazzjoni sħiħa tal-ferrovija.

Id-dwal esterni tal-kabini tas-sewqan lokalizzati f'posizzjoni intermedja fi ħdan il-ferrovija għandhom jinżammi mitfijin.

Is-settijiet tal-ferroviji għandhom ikunu mgħammra bi:

- tlett lampi indikaturi fissi bojod fin-naħa ta' quddiem tal-ferrovija fid-direzzjoni ta' l-ivjaġġar, tnejn f'linja orizzontali u fuq il-parti l-baxxa u t-tielet imqiegħda ċentralment fuqhom,

- żewġ lampi indikaturi ħomor fin-naħa ta' wara tal-ferrovija f'linja orizzontali.

B'żieda mar-rwol tradizzjonali tagħhom bħala lampi indikaturi ta' quddiem u ta' wara, għandu jkun possibbli f'emerġenza li jsir użu tal-lampi b'metodu u arranġamenti speċifiċi.

Il-qisien, it-twaħħil, il-posizzjonar, il-viżibiltà, l-intesità, l-operat, etc., tal-lampi għandhom ikunu kif speċifikat fl-Annessi H ta' din l-STI.

(b) Ħornijiet

Is-settijiet tal-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b'ħornijiet ta' żewġ tonalitajiet distinti.

4.2.21. Proċeduri ta' l-erfiegħ/salvataġġ

Proċedura għandha tkun stabbilita għall-amministraturi ta' l-infrastruttura li regolarment huma operati mis-settijiet tal-ferroviji li jiddeskrivu l-metodu kif ukoll il-meżżi ta' l-irkurpru tas-settijiet tal-ferroviji li jkunu f'xi diffikkoltà.

4.3. IMĠIEBA SPEĊIFIKATA

Il-verifika tas-subsistema tal-vaguni ambulanti, il-kriterja ta' l-imġieba għal network b'veloċità għolja trans-Ewropea għandha tkun imwettqa għall-ħtiġiet speċifiċi ta' kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' linji kif ġej:

- linji speċifikament mibnija għal veloċità għolja,

- linji speċifikament aġġornati għal veloċità għolja,

- linji b'karatteristiċi speċjalment aġġornati għal veloċità għolja imma b'karatteristċi speċjali.

Għas-subsistema tal-vaguni ambulanti dawn il-ħtiġiet huma:

4.3.1. Ħtiġijiet minimi ta' l-imġieba

Sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq network interoperabbli u skond il-kondizzjonijiet li jippermettu li l-ferroviji jkollhom spazju mingħajr tfixkil fil-għamla globali tat-traffiku, il-vaguni ambulanti kollha ta' veloċità għolja huma meħtieġa li jiggarantixxu trazzjoni minima u livelli ta' l-imġieda tal-brejkijiet. Il-ferroviji għandhom ikollhom kapaċità ta' riserva suffiċjenti għal stennija u bħala appoġġ sabiex jassiguraw li dawn il-livelli ta' mġieba jkunu mantnuti jew biss kemm xejn degradati bil-każ ta' ħsara fis-sistemi jew tal-moduli li jikkontribwixxu għal dawn il-proċessi (il-katina tat-trazzjoni mill-pantografi sal-fusien, l-apparat tal-brejkijiet mekkaniċi/elettriċi). Dawn il-marġini u n-nuqqasijiet huma definiti bid-dettall fil-karatteristiċi misjuba fis-Sezzjonijiet 4.3.2 sa 4.3.6, 4.3.9, 4.3.11, 4.3.15 u 4.3.16.

Fil-każ ta' falliment ta' l-apparat tal-vaguni ambulanti jew tal-funzjonijiet, ta' tagħbija żejda ta' passiġġieri, l-operatur tal-vaguni ambulanti għandu, b'tagħrif sħiħ tal-konsegwenzi, jkun iddefinixxa l-limiti aċċettabbli u l-kondizzjonijiet ta' l-operat assoċċjati ma' kull modula degradata. Għal dan l-iskop, il-varji moduli degradati li jistgħu iseħħu waqt l-użu għandhom ikunu deskritti u bl-indiċi f'dokument speċjali.

Il-livelli ta' l-imġieba meħtieġa fuq il-linji l-oħrajn u fuq il-linji tal-forniment li ma jkunux jifformaw parti min-network interoperabbli bħala tali, imma li jippermettu aċċess għal stallazzjonijiet terminali (stazzjonijiet, binarji tal-ħażna ta' ferroviji), għandhom ikunu definiti fi ftehim bi- jew multi-laterali bejn l-operaturi u l-amministratturi ta' l-infrastruttura, jiddependi mil-livelli tas-servizz ippjanat.

4.3.2. Veloċità massima ta' l-użu ta' settijiet tal-ferroviji

Ferroviji interoperabbli għandhom ikollhom, b'konformità ma l-Artikolu 5(3) u ta' l-Anness I tad-Direttiva 96/48/KE, veloċità massima ta' l-użu ta':

- mill-anqas 250 km/siegħa fil-każ ta' vaguni ambulanti iddisinjati għal-linji speċjalment mibnija għal veloċità għolja,

- għall-medda ta' 200 km/siegħa fil-każ ta' vaguni ambulanti iddisinjati għal-linji eżistenti li kienu ġew jew li għandhom ikunu speċjalemt aġġornati.

Il-veloċita massima ta' l-użu hija l-veloċità nominali li l-ferrovija jkunu mistennija li joperaw fl-operezzjoni odjerna fis-sezzjonijiet xierqa.

Fiż-żewġ każi, għandu jkun possibbli għal vaguni ambulanti interoperabbli li jkunu wżati fil-veloċità massima tagħhom (jekk hekk permissibbli mil-infrastruttura) b'marġini suffiċċjenti ta' l-aċċellerazzjoni (kif speċifikat f'dawn il-paragrafi li ġejjin).

4.3.3. Ħtiġijiet ta' l-imġieba tat-trazzjoni

Sabiex jippermettu kompattibilità xierqa ma' operazzjonijiet ta' ferroviji oħrajn, il-medja minima ta' l-aċċellerazzjoni ikkalkolata matul żmien fuq binarju livell għandha tkun:

- 0 sa 40 km/siegħa: 48 cm/s2

- 0 sa 120 km/siegħa: 32 cm/s2

- 0 sa 160 km/siegħa: 17 cm/s2

Fil-veloċità massima ta' l-użu u fuq binarju livell, l-aċċellerazzjoni residwa għandha tkun mill-anqas 5 cm/s2.

Għal raġunijiet ta' disponibbilità, in-nixxija tat-traffiku, il-marġini sigura tal-ferroviji, tlett kondizzjonijiet għandhom ikunu milħuqa mis-settijiet tal-ferroviji:

- l-imġieba għandha tkun milħuqha bil-vultaġġ medju tal-forniment disponibbli fil-pantografu kif speċifikat fl-STI ta' l-enerġija, is-Sezzjoni 4.3.1.1, l-Anness L,

- modula ta' trazzjoni bi ħsara m'għandhiex iċċaħħad lis-sett tal-ferrovija b'aktar minn 25 % tal-potenza ratata tagħha,

- il-ħsara ta' l-element tal-forniment tat-trazzjoni għandha tippermetti mill-anqas 50 % tal-moduli tat-trazzjoni li jibqgħu operabbli.

Skond dawn il-kondizzjonijiet għandu jkun possibbli li sett ta' ferrovija b'tagħbija normali ta' pasiġġieri (numru ta' sedili × 80 kg) b'modula tat-trazzjoni mhix operabbli, li tibda miexja fuq rampa bi gradjent massimu li hija aktarx li tiltaqa miegħu b'aċċellerazzjoni residwa fil-viċinanza ta' 5 cm/s2. Għandu jkun possibli għal dan l-impenn tal-istartjar li jkun mantnut għal 10 minuti, u li l-veloċità tilħaq 60 km/siegħa.

4.3.4. Ħtiġijiet ta' l-adeżjoni tat-trazzjoni

Sabiex tkun assigurata disponibbilità għolja ta' trazzjoni, l-utilizzazzjoni ta' l-adeżjoni m'għandhiex teċċedi l-valuri mogħtija hawn taħt:

- l-istartjar u f'veloċità ferm baxxa: 25 %

- fi 100 km/siegħa: 25 %

- fi 200 km/siegħa: 17,5 %

- fi 300 km/siegħa: 10 %.

Sabiex isir l-aħjar użu mill-adeżjoni disponibbli, il-vaguni ambulanti interoperabbli għandhom ikunu mgħammra b'sistema anti-slip (kontra ż-żerżieq).

4.3.5. Limiti tat-talba fuq l-adeżjoni tal-brejkijiet

Għal veloċitajiet ta' bejn 50 u 20 km/siegħa, it-talba massima tal-koeffiċjent ta' l-adeżjoni matul l-ibrejkjar m'għandhux ikun aktar minn 0,15. Għal veloċitajiet ta' aktar minn 200 km/siegħa, it-talba tal-koeffiċjent ta' l-adeżjoni tonqos b'mod lineari lejn 0,10 fi 350 km/siegħa.

Ferrovija fi stat komplut ta' l-użu u b' tagħbija normali ta' passiġġieri għandha tkun wżata sabiex ikunu verifikati dawn il-valuri.

4.3.6. Ħtiġiet tas-sistema tal-brejkijiet

B'żieda mal-ħtiġiet elenkati fis-Sezzjonijiet 4.1.5 u 4.3.5, is-sistema tal-brejkijiet għal settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-akkwist ta' obbjettivi tas-sigurtà stabbiliti bid-Direttiva 96/48/KE jistgħu jkunu murija. Partikolarment dawn ma jintroduċu l-ebda degradazzjoni f'dan il-qasam, la fuq is-subsistema tal-vaguni ambulanti u l-anqas fuq is-sistema sħiħa tal-linji.

Din it-talba hija impliċitament sodisfatta minn settijiet tal-ferroviji interoperabbli li jutilizzaw is-sistemi UIC tal-brejkijiet. Għal sistemi ta' brejkijiet oħrajn, demostrazzjoni għandha tkun stabbilita li jista jkun possibbli li jintlaħaq il-livell ta' l-operat mill-anqas b'sigurezza bħal dak milħuq bin-norma preskritta.

Aktar minn hekk, u kull meta ntiż għall-kostruzzjoni, is-sistema tal-brejk għandha tilħaq dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

għall-ferrovija kollha kemm hija:

- l-użu tal-brejk ta' l-emerġenza, tkun xi tkun ir-raġuni, għandu awtomatikament iwaqqaf il-potenza tat-trazzjoni, mingħajr il-faċilità li tkun applikata mill-ġdid il-potenza tat-trazzjoni waqt li l-brejk ta' l-emerġenza jkun applikat,

- il-brejk ta' l-emerġenza għandu jkun tali li jista jkun applikat fi kwalunkwe waqt mis-sewwieq meta dan ikun fil-posizzjoni normal tas-sewqan,

- il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'apparat ta' żurżieqa tar-rota sabiex ikun ikkontrollat iż-żerżieq tar-roti fl-okkorrenza ta' adeżjoni mnaqqsa bejn ir-rota u l-linja,

- il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ tar-roti sabiex twissi lis-sewwieq li fus ikun iġġammja. Is-sistema tal-monitoraġġ tar-roti għandha tkun independenti fil-funzjonijiet kollha tagħha mis-sistema taż-żerżieq tar-rota.

Ibrejkjar bl-elettriku:

- għandu jkun biss permissibbli li jkunu meqjusa l-brejkijiet elettriċi fl-imġieba tal-brejkijiet jekk l-operazzjoni tagħha tkun independenti mill-preżenza tal-vultaġġ fil-katenarju,

- meta l-istallazzjonijiet elettriċi (is-sub-stazzjonijiet) jippermettu, ir-ritorn ta' l-enerġija elettrika ġenerata mill-ibrejkjar tkun permissibbli, imma dan m'għandux joħloq li l-vultaġġ jaċċedi l-limiti definiti fll-Anness P ta' din l-STI,

- b'żieda, fil-każ li l-forniment lejn il-katenarju jkun mitluf, dan m'għandux jipprojbixxi li l-vultaġġ tal-linja li jinżel għal 0 V.

B'żieda, settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandhom ikunu ipprovduti bi:

- indikaturi tal-falliment tal-brejkijiet,

- meżżi ta' l-iżolazzjoni tal-brejkijiet,

- sistema ta' dianjożi tal-falliminet (tal-brejkijiet).

4.3.7. L-imġieba tal-brejkijiet waqt l-użu

B'żieda ma l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa fis-Sezzjoni 4.1.5 "karatteristiċi minimi tal-brejkijiet", is-settijiet tal-ferroviji għandhom ikunu konformi mal-medja tad-deċelerazzjonijiet fl-użu kif definiti hawn taħt:

Tabella 4.3.7

te(s) = ħin ekwivalenti ta' l-applikazzjoni.

Modula tal-brejkijiet | te (s) | 2Deċellerazzjoni minima permezz ta' kondizzjonijiet stabbiliti għall-brejkijiet (m/s) |

330 sa 300 (km/siegħa) | 300 sa 230 (km/siegħa) | 230 sa 170 (km/siegħa) | 170 sa 0 (km/siegħa) |

Ibrejkjar normali waqt l-użu | 2 | 0,35 | 0,35 | 0,6 | 0,6 |

Dawn id-deċellerazzjonijiet għandhom ikunu akkwistati minn ferrovija fuq binarju livell, fil-konfigurazzjonijiet definiti fis-Sezzjoni 4.1.5, il-każ A u B.

4.3.8. Protezzjoni ta' ferrovija immobbilizzata

Għandu jkun possibbli li ferrovija tinżamm stazzjonarja għal perjodu indefinit fuq ir-rampa massima tal-linja ikkonċernata. Meta l-brejk ta' l-ipparkjar waħdu ma jkunx suffiċjenti, dan għandu jkun suplementat b'faċilitajiet oħrajn li jkunu abbord.

4.3.9. L-imġieba tal-brejk f'rampi bi gradjenti wieqfa

(riservat)

4.3.10. Sejbien tal-ħruġ mil-linji

Sistemi tas-sejbien tal-ħruġ mil-linji għandhom ikunu nstallati fuq kostruzzjonijiet ta' settijiet ta' ferroviji ġodda, meta dawn ikunu disponibbli u omologati.

4.3.11. Protezzjoni kontra n-nar u dħaħen tossiċi

(a) Is-settijiet tal-ferroviji għandhom ikunu jistgħu jibqgħu joperaw għal 15 il-minuta f'veloċità ta' mill-anqas 80 km/siegħa meta nar ikun iddikjarat abbord. Nar f'żona miftuħha għal ventilazzjoni naturali m'għandux jippermetti li jinstered lejn żoni oħrajn tal-ferrova fil-perjodu ta' 15 il-minuta.

(b) Il-passiġġieri u l-ekwipaġġ għandhom ikunu protetti kontra l-perikoli tan-nirien. Reżistenza għan-nar ta' mill-anqas 15 il-minuta għandha tkun ipprovduta bejn:

- apparat ta' l-elettriku b'potenza għolja u ż-żoni tal-passiġġieri u ta' l-ekwipaġġ,

- żewġ vetturi tas-sett tal-ferrovija

(ċ) Għal magni termali, il-barriera tan-nar bejn il-kabira tas-sewwieq, iż-żoni tal-pasiġġieri u ta' l-ekwipaġġ, il-magni termali u t-tankijiet tal-karburanti, għandhom ikollhom reżistenza għan-nar ta' mill-anqas 30 minuta.

(d) Kompartimenti ta' l-apparat elettriku b'vultaġġ għoli u dawk il-partijiet tal-ferrovija li ma jkunux direttament viibli għall-ekwipaġġ tal-ferrovija jew għall-passiġġieri li pjuttost ikunu s-sorsi ta' nirien għandhom ikunu mgħammra b'sistema tas-sejbien tan-nar; partijiet tal-ferrovija li għandom ikunu hekk mgħammra, għandhom ikunu definiti bħala riżultat ta' studju globali tar-riskju tan-nirien.

(e) Sabiex ikun hemm prevenzjoni kontra n-nar, materjali bi fjammabbiltà baxxa għandhom ikunu wżati u l-istallazzjonijiet elettriċi jeħtieġ li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej xierqa.

(f) Fil-każ ta' nar f'żoni magħluqa tal-ferrovija, il-materjal abbord m'għandux jipproduċu dħaħen li jistgħu iqiegħdu fil-perikolu lil-passiġġieri u l-ekwipaġġ li jkunu jwettqu evakwazzjoni.

(g) Sabiex l-ekwipaġġ tal-ferrovija u l-pasiġġieri jkunu jistgħu jiġġieldu kontra n-nirien, estingwituri adekwati u suffiċċjenti għal kontra n-nar għandhom ikunu ipprovduti abbord.

(h) Sinjali esterni għandhom jindikaw il-lokalità tal-ħruġ ta' l-emerġenza u l-posizzjoni ta' l-apparat għall-ftuħ tal-bibien.

4.3.12. Kondizzjonijiet ambjentali għall-vaguni ambulanti

Il-vaguni ambulanti, kif ukoll l-apparat abbord, għandhom jiddaħħlu fl-użu u joperaw normalment fil-kondizzjonijiet spċifikati fil-standard EN 50125-1 u jiffunzjonaw f'żono klimatiċi li dwarhom l-apparat huwa iddisinjat u li fih aktarx li joperaw.

Kondizzjonijiet ambjentali differenti li pjuttost ikunu esperjenzati fil-linja operati huma speċifikati fir-reġistru ta' l-infrastruttura.

4.3.13. Kunċetti ta' monitoraġġ u dianjożi

Il-funzjonijiet u l-apparat speċifikat f'din l-STI u li huma repetuti hawn taħt, għandhom ikollhom monitoraġġ minħabba li dawn jippreżentaw riskju importanti għas-sigurtà fl-okkorenza ta' nuqqas jew ħsara operattiva:

- apparat tan-nuqqas ta' viġilanża tas-sewwieq (is-Sezzjoni 4.2.2)

- is-sub-sistema ta' l-informazzjoni tal-kontroll-kmand (is-Sezzjoni 4.2.4)

- l-operazzjoni tal-bibien (is-Sezzjoni 4.2.6)

- is-sejbien ta' l-instabbilità ta' l-apparat ta' l-operat (is-Sezzjoni 4.2.10)

- is-sistema abbord tas-sejbien tal-kaxxa-sħuna (is-Sezzjoni 4.2.11)

- l-attivazzjoni ta' l-allarm tal-passiġġieri (is-Sezzjoni 4.2.12)

- ħsara fis-sistema tal-brejkijiet (is-Sezzjoni 4.3.6)

- is-sejbien tal-ħruġ mil-linji (is-Sezzjoni 4.3.10)

- is-sejbien tan-nirien (is-Sezzjoni 4.3.11)

Dan il-monitoraġġ għandu jkun kontinwu, jew matul frekwenza xierqa sabiex jassigura f'ħin xieraq is-sejbien fiduċjuż ta' xi ħsara. Is-sistema għandha wkoll tkun marbuta ma data-recorder li jkun abbord sabiex jippermetti t-traċċabbilità meħtieġa.

Indikazzjoni lis-sewwieq għandha ssir dwar tali sejbien, u għandha teħtieġ il-konferma minn għand is-sewwieq. Azzjoni awtomatika tkun meħtieġa meta difett jista jkollu konsegwenzi serji għas-sigurtà.

4.3.14. Speċifikazzjoni partikolari għal mini twal

Il-karatteristċi deskritti f'dan il-paragrafu għandhom ikunu applikabbli biss għal settijiet ta' ferroviji interoperabbli li jkunu meħtieġa li jittraversaw mini twal waqt l-użu normali. L-informazzjoni sabiex ikunu identifikati l-linji ta' fejn tali mini huma lokalizzati tista tkun akkwistata mir-reġistru ta' l-infrastruttura.

(a) Iż-żoni tal-passiġġieri u ta' l-ekwipaġġ tal-ferrovija kif ukoll il-kabini tas-sewwieqa mgħammra b'arja kkondizzjonata:

L-ekwipaġġ tal-ferrovija għandu jkun jista jagħlaq il-ventijiet ta' l-arja esterna sabiex ma jħallix li jidħlu dħaħen fil-każ ta' nirien fil-qrib tal-ferrovija. Fl-istess waqt, il-kanali għar-riċirkolazzjoni ta' l-arja għandhom ikunu iddisinjati sabiex ma jxerdux id-dħaħen mal-ferrovija kollha fl-okkorrenza ta' nirien interni lokalizzati fis-salun tal-passiġġieri.

(b) Sistema ta' l-indirizzar pubblika:

Sabiex tibqa disponibbli fil-każ ta' inċident, is-sistema ta' l-indirizzar pubblika għandha tkun iddisinjata b'tali mod hekk li tibqa tkun topera il-maġġoranza tal-loud-speakers tagħha fl-okkorrenza ta' ħsara f'wieħed mill-elementi tat-trasmissjoni tagħha.

4.3.15. Sistema tad-dawl ta' l-emeġenza

Sabiex tipprovdi protezzjoni u sigurtà abbord fl-okkorrenza tat-tipi kollha ta' l-emerġenza, inklużi n-nirien, is-settijiet tal-ferroviji interoperabbli għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' dwal ta' l-emerġenza. Din is-sistema għandha tipprovdi livell xieraq ta' dawl fiż-żoni tal-passiġġieri u tas-servizz, għal żmien minimu operattiv:

- żmien operattiv ta' tlett siegħat wara li l-forniment katenarju jkun falla,

- livell ta' dawl ta' mill-anqas 5 lux fil-livell ta' l-art.

Dawn il-valuri applikabbli huma definiti fl-Anness N ta' din l-STI. Il-metodi tat-testijiet huma indikati fil-Kaptolu 6.

4.3.16. Sistema ta' indirizzar pubblika

Il-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b'meżżi ta' kommunikazzjoni:

- għall-ekwipaġġ tal-ferrovija u tal-kontroll fl-art sabiex jindirizzaw lill-pasiġġieri abord ferrovija,

- għall-ekwipaġġ tal-ferrovija u tal-kontroll fl-art sabiex jokkomunikaw bejniethom, bl-użu tar-rabta bejn il-binarju u l-ferrovija,

- għal kommunikazzjonijiet interni bejn l-ekwipaġġ tal-ferrovija, speċjalment bejn is-sewwieq u l-ekwipaġġ fis-saluni tal-passiġġieri.

L-apparat għandu jkun tali li jista jibqa fuq standby u funzjonali independentament mill-forniment katenarju għal mill-anqas tlett siegħat.

Is-sistema ta' l-indirizzar pubblika għandha tkun hekk iddisinjata sabiex topera 50 % tal-loud-speakers tagħha fl-okkorrenza ta' nuqqas ta' wieħed mill-elementi tat-trasmissjoni.

Apparti mill-allarm ta' l-emerġenza (ara s-Sezzjoni 4.2.12) l-ebda disposizzjonijiet speċifiċi ma huma preskritti għall-passiġġieri sabiex jagħmlu kuntatt ma' l-ekwipaġġ abbord il-ferrovija u l-ekwipaġġ tal-kontroll fl-art.

4.3.17. Protezzjoni kontra xokkijiet elettriċi

Komponenti elettrikament ħajjin għandhom ikunu hekk iddisinjati sabiex kuntatt konxju jew mhux-konxju ma' l-ekwipaġġ tal-ferrovija u mal-passiġġieri jkun prevenut, hekk waqt operazzjoni normali u wkoll fil-każ ta' ħsara ta' l-apparat.

Sistema ta' earthing tal-qafas tal-karozzerija għandu jkun ipprovdut fil-każ ta' ħsarat fl-apparat b'vultaġġ għoli tal-ferrovija jew tal-qsim tal-fili tal-kuntatt.

Il-vaguni ambulanti għandhom ikunu konformi ma EN 50153, u għall-earthing, mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness O ta' din l-STI.

4.3.18. Il-kabina tas-sewwieq

(a) Aċċess u ħruġ:

Il-kabina għandha tkun aċċessibbli miż-żewġ naħat tal-ferrovija mill-pjattaforma u mil-livell ta' l-art.

Huwa permissibbli li dan l-aċċess ikun jew direttament min-naħa ta' barra jew matul kompartiment li jgħaqqad (jew kamra ta' l-apparat jew żona okkupata mill-passiġġieri) fuq in-naħa ta' wara tal-kabina.

L-ewkipaġġ tal-kabina għandu jkun f'posizzjoni li jipprevjeni aċċess għall-kabina minn persuni mhux-awtorizzati.

(b) Viżibbilità esterna

Viżibbilità lejn il-quddiem: Is-sewwieq għandu jkun jista' jara sinjali fissi kemm fuq in-naħa tax-xellug u wkoll fuq in-naħa tal-lemin tal-binarju meta s-sett tal-ferrovija jkun fil-livell jew fuq binarju dritt f'dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- sinjal f'livell għoli li jkun f'distanza ta' 2,5 m miċ-ċentru tal-binarju, b'għoli sa 6,3 m f'distanza ta' mill-anqas 10 m il-quddiem mill-irbit,

- sinjal fl-art li jkun f'distanza ta' 1,75 m miċ-ċentru tal-binarju, f'distanza ta' mill-anqas 15 m il-quddiem mill-irbit,

Viżibilità mill-ġenb: Is-sewwieq għandu jkun ipprovdut b'tieqa jew b'panew li jinfetaħ fuq kull naħa tal-kabina sabiex ikun jista jara il-ferrovija tiegħu waqt li din tkun fuq pjattaforma jew sabiex jitkellem mal-persunal tal-pjattaforma, jekk dan ikun meħtieġ.

(ċ) Sedili:

Is-sedil ewlieni disponibbli għas-sewwieq għandu jkun iddisinjat b'tali mod hekk li jippermettilu li jwettaq il-funzjonijiet normali kollha tas-sewqan minn posizzjoni bilqiegħda.

B'żieda, tieni sedil għandu jkun ipprovdut li joffri viżjoni ‘l quddiem għal xi membru ta' l-ekwipaġġ li possibbilment ikun jakkumpanja lis-sewwieq.

(d) Tqassim intern:

Il-libertà tal-moviment tal-persunal fl-intern tal-kabina m'għandux ikunu imfixkel minn xi sporġimenti. L-art tal-kabina m'għandhiex tkun imħattba.

4.3.19. Wind-screen u l-quddiem tal-ferrovija

Il-wind-screen tal-kabina tas-sewwieq għandu:

(A) ikunu ta' kwalità ottika b'konformità mal-karatteristiċi li ġejjin: It-tipi kollha tal-ħġieġ tas-sigurtà għat-twieqi ta' quddiem, u xi twieqi msaħħna (it-twieqi msaħħna sabiex ma jħallux li tkun iffurmata l-ġlata) tal-kabini tas-sewwieq m'għandhom joħolqu bidla fil-kulur tas-sinjali u l-kwalità tagħhom għandha tkun tali (ġeneralment ħġieġ laminat) li l-ħġieġ, meta mifqugħ jew mibrux, jibqa fil-posizzjoni u joffri protezzjoni lill-persunal u viżżibbiltà adegwata sabiex jippermetti li l-ferrovija tibqa sejra bil-vjaġġ tagħha;

(B) ikunu mgħammra b'faċilitajiet tat-tindif, tneħħija tas-silġ (ġlata) u t-tneħħija tal-fwar;

(C) Jkun jista' jirreżisti għal impatti minn xi projettili: it-twieqi ta' quddiem għandhom ikunu biżżejjed b'saħħithom sabiex iwarrbu kwalunkwe riskju li dawn ikunu minfuda minn projettili solidi bħal ma huma blokkok kbar tas-silġ, għasafar, bċejjeċ kbar ta' materjali li jaqgħu minn ferroviji tal-merkanzija, jew fliexken, bottijiet, etc., mitfuha minn ferroviji oħrajn li jkunu għaddejjin.

Il-konformità għandha tkun validata bit-test indikat fis-Sezzjoni 6.3.

It-tarf ta' quddiem tal-ferrovija għandu jkun kapaċi li jirreżisti għall-istess impatt għal fuq it-tieqa sabiex jipproteġi persuni li jkunu jivvjaġġaw fil-parti ta' quddiem tal-vettura.

4.3.20. Sinjali ta' l-informazzjoni għall-passiġġieri

Is-sinjali tal-passiġġieri kollha li huma konnessi mill-qrib mas-sigurtà għandhom ikunu tali li jistgħu jinftehmu immedjetament mill-maġġoranza tal-passiġġieri. Għal dan l-iskop, dawn għandhom jutilizzaw il-formati unifikati tas-sinjali kif mogħtija fi standard ISO 7001.

4.3.21. It-twaletti disponibbli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ tal-ferrovija

WC b'retenzjoni issiġġilata għandhom ikunu nstallati abbord. Il-flushing huwa permissibbli kemm b'ilma nadif jew b'tekiċi ta' ri-ċirkolazzjoni. Dawn għandhom ikollhom tankijiet li jistgħu joperaw waqt użu normali għal tlett ijiem kontinwi mingħajr ma jkunu żvojtati.

5. L-INTEROPERABBILITÀ TAL-KOSTITWENTI

5.1. Skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 96/48/KE kostitwenti ta' l-interoperabbilità huma "kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, is-subassemblaġġ jew l-assemblaġġ komplet ta' apparat inkorporat jew intiż li jkun inkorporat fi subsistema li permess tiegħu l-interoperabbilità tas-sistema tal-binajri b'veloċità għolja trans-Ewropea jiddependi jew direttament inkella inderettament".

5.2. Il-kostitwenti ta' l-interoperabbilità huma ittrattati bid-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 96/48/KE u elenkati fl-Anness A ta' din l-STI.

5.3. Dawn il-kostitwenti ta' l-interoperabbilità huma suġġetti għall-assessjar tal-komformità ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-imġieba u/jew il-medda ta' l-applikazzjoni tagħhom hija primarjament imwettqa permezz ta' l-interfażi tal-kostitwent ta' l-interoperabbilità - rikors lejn il-karatteristiċi konċettwali jew deskrittivi jkun eċċezzjonali.

5.4. Għall-iskopijiet ta' din l-STI dawn li ġejjin huma iddikjarati bħala li huma "kostitwenti interoperabbli":

- l-apparat ta' l-irbit fit-trufijiet tas-settijiet tal-ferroviji (is-Sezzjoni 4.2.9)

- ir-roti (is-Sezzjoni 4.2.10)

- il-kostitwenti li jkollhom interfażi mas-subsistema tal-manutenzjoni (is-Sezzjoni 4.2.19)

- id-dwal u l-apparati tat-twissija fit-trufijiet tas-settijiet tal-ferrovija (is-Sezzjoni 4.2.20)

- il-windscreen tal-kabina tas-sewwieq (is-Sezzjoni 4.3.19).

Il-karatteristiċi li għandhom ikunu rispettati mill-vaguni ambulanti interoperabbli b'veloċità għolja huma mogħtija fil-paragrafi relevanti tal-Kapitoli 4.2 u 4.3 indikati hawn fuq.

6. ASSESJAR TAL-KONFORMITÀ U/JEW L-ADATTABBILITÀ GĦALL-UŻU

6.1. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABBILITÀ TAL-VAGUNI AMBULANTI

6.1.1. Il-konformità u l-adattabbilità tal-proċeduri ta' l-assessjar ta' l-użu (moduli)

Il-proċedura ta' l-assessjar dwar il-konformità u l-adattabbilità għall-użu ta' kostitwenti interoperabbli kif definiti fil-Kapitolu 5 ta' din l-STI għandu jitwettaq bl-applikazzjoni ta' moduli kif speċifikat fl-Anness F ta' din l-STI.

Il-fażijiet għall-applikazzjoni tal-konformità u l-adattabbiltà għall-użu tal-proċeduri ta' l-assessjar għall-kostitwenti ta' l-interoperabbilità: apparat ta' l-irbit fit-trufijiet, kostitwenti li jwettqu interfażi mas-subsistema tal-manutenzjoni, id-dwal u l-apparati tat-twissija fit-truf tal-vettura, il-windscreen fil-kabina tas-sewwieq kif definit fil-Kapitolu 5 ta' dan l-STI huma indikati fl-Anness D, it-Tabella 1 ta' din l-STI.

Sal-limitu kif meħtieġ mill-moduli speċifikati fl-Anness F ta' din l-STI, l-assessjar tal-konformità u ta' l-adattabiltà għall-użu ta' kostitwenti ta' l-interoperabbilità għandha tkun evalwata minn korp notifikat, meta indikat fil-proċedura, li magħha il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jkun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu.

Il-manifattur ta' kostitwent ta' l-interoperabbilità jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu jħejji dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dikjarazzjoni tal-KE dwar l-adattabiltà għall-użu bi qbil ma l-Artikolu 13(1) ta', u l-Anness IV tal-Kapitolu 3 ta', id-Direttiva 96/48/KE qabel ma jqiegħdu l-kostitwent ta' l-interoperabbilità fis-suq.

6.1.2. L-applikazzjoni tal-moduli

6.1.2.1. L-assessjar tal-konformità

Għall-proċedura ta' l-assessjar ta' kull kostitwent interoperabbli tas-subsistema ta' l-infrastruttura, li l-propjetajiet tagħhom jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness A, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità għandu japplika l-proċedura interna tal-kontroll tal-produzzjoni (modula A) indikata fl-Anness F, ta' din l-STI għall-fażi kollha.

Għall-proċedura ta' l-assessjar tal-kostitwenti ta' l-interoperabbilità bħal ma huma l-apparati tal-irbit fit-trufijiet, ir-roti, id-dwal u l-apparati tat-twissija fit-trufijiet tal-vetturi, il-windscreen fil-kabina tas-sewwieq fi ħdan is-subsistema tal-vaguni ambulanti, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jistgħa jagħżel:

- il-proċedura ta' l-eżami-tat-tip (modula B) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp, flimkien ma:

jew il-proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (modula D) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażi tal-produzzjoni,

inkella l-proċedura tal-verifika tal-prodott (modula F) indikata fl-Anness F ta' din l-STI,

inkella b'mod alternattiv

- l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità mal-proċedura ta' l-eżami waqt id-disinn (modula H2) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażijiet kollha.

6.1.2.2. Assessjar ta' l-adattabbilità għall-użu

Għall-proċedura ta' l-assessjar tal-kostitwent ta' l-interoperabbilità bħal ma huma l-apparat ta' l-irbit tat-trufijiet, ir-roti, il-kostitwenti li jkollhom interfażi mas-subsistema tal-manutenzjoni, id-dwal u l-apparati tat-twissija fit-trufijiet tal-vettura, il-windscreen fil-kabina tas-sewwieq fi ħdan is-subsistema tal-vaguni ambulanti, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu japplika l-validazzjoni tat-tip fil-proċedura ta' l-esperjenza fl-użu (modula V) indikata fl-Anness F ta' din l-STI.

6.1.2.3. Definizzjoni tal-proċedura ta' l-assessjar

Dawn il-proċeduri ta' l-assessjar huma definiti fl-Anness F ta' din l-STI.

Il-modula D tista tkun magħżula biss meta l-manifattur jopera sistema tal-kwalità għad-disinn, produzzjoni, spezzjoni u testijiet tal-prodott finali, b'approvazzjoni u s-superviżjoni tal-korp notifikat.

Il-modula H2 tista tkun magħżula biss meta l-manifattur jopera sistema tal-kwalità għad-disinn, produzzjoni, spezzjoni u testijiet tal-prodott finali, b'approvazzjoni u s-superviżjoni tal-korp notifikat.

Il-konformità u l-adattabbiltà għall-użu ta' l-assessjar għandha tkopri l-fażijiet u l-karatteristiċi kif indikati bi X fit-Tabella 1 ta' l-Anness D, ta' din l-STI.

6.2. IS-SUBSISTEMA TAL-VAGUNI AMBULANTI

6.2.1. Proċeduri ta' l-assessjar (moduli)

Mat-talba ta' l-entità aġġudikanti jew tar-rappreżentant awtorizzat stabbilit ġewwa l-Komunità, il-korp notifika iwettaq il-verifika KE b'konformità ma l-Artikolu 18(1) u ta' l-Anness VI tad-Direttiva 96/48/KE, u bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-moduli relevanti kif speċifikat fl-Anness F ta' din l-STI.

Jekk l-entità aġġudikanti tista' turi li t-testijiet jew il-verifiki għall-applikazzjonijiet preċedenti jibqgħu validi fl-applikazzjoni l-ġdida, allura l-korp notifikat għandu jikkunsidra dan fl-assessjar tal-konformità.

Il-proċeduri ta' l-assessjar għall-verifika KE tas-subsistema tal-vaguni ambulanti, lista ta' speċifikazzjonijiet u deskrizzjonijiet għall-proċeduri tat-testijiet huma indikati fl-Anness E, it-Tabella 2 ta' din l-STI.

Sal-limitu kif speċifikat f'din l-STI, il-verifika KE tas-subsistema tal-vaguni ambulanti għandha tqis l-interfażi tagħha ma subsistemi oħrajn tas-sistema tal-binajri b'veloċità għolja trans-Ewropea.

L-entità aġġudikanti għandha tħejji id-dikjarazzjoni KE tal-verifika għas-subsistema tal-vaguni ambulanti b'konformità ma l-Artikolu 18(1) ta', u ma l-Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

6.2.2. L-applikazzjoni tal-moduli

Il-proċedura tal-verifika għas-subsistemi tal-vaguni ambulanti, l-entità aġġudikanti jew ir-rappreżentant tagħha ġewwa l-Komunità tista' tagħżel waħda minn:

- il-proċedura ta' l-eżami-tat-tip (modula SB) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp, flimkien ma:

jew il-proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (modula SD) indikata fl-Anness F ta' din l-STI,

inkella l-proċedura tal-verifika tal-prodott (modula SF) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażi tal-produzzjoni,

inkella b'mod alternattiv

- l-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità mal-proċedura ta' l-eżami (modula SH2) indikata fl-Anness F ta' din l-STI għall-fażijiet kollha.

Il-modula SH2 tista tkun magħżula biss meta l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-subsistema proponuta li tkun verifikata (disinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni) huma suġġetti għal sistema ta' kwalità għad-disinn, produzzjoni, spezzjoni u testijiet tal-prodott finali, b'approvazzjoni u s-superviżjoni tal-korp notifikat.

Il-modula SD tista tkun magħżula biss meta l-attivitajiet jikkontribwixxu għas-subsistema proponuta li tkun verifikata (disinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni) huma suġġetti għal sistema ta' kwalità għad-disinn, produzzjoni, spezzjoni u testijiet tal-prodott finali, b'approvazzjoni u s-superviżjoni tal-korp notifikat.

Jekk dawn iż-żewġ kondizzjonijiet ma jkunux imwettqa, il-modula SB flimkien mal-modula SF għandha tkun applikata.

L-assessjar għandu jkopri il-fażijiet u l-karatteristiċi kif indikati fit-Tabella 2, ta' l-Anness E ta' din l-STI.

6.3. IL-METODI SPEĊIFIĊI TAT-TESTIJIET

6.3.1. Limiti tal-karatteristiċi relatati mal-ħsejjes interni – metodi tal-kejl

Il-kejl għandhu jseħħ taħt dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-bibien u t-twieqi għandhom ikunu magħluqa,

- il-binarju għandu jkun f'kondizzjoni tajba għall-operat, u l-karatteristċi tal-binarju għandhom ikunu speċifikati mill-padrun tal-ferrovija,

- it-tgħabijiet imġarra għandhom ikunu ugwali għal mill-anqas żewġ terzi tal-valur massimu permissibbli.

Il-veloċità massima għandha tinżamm għal mill-anqas 90 % tal-ħin li fih isir il-kejl.

Il-ħin li fih isir il-kejl jista' jkun sud-diviż f'diversi perijodi qosra sabiex ikun konformi mal-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-kejl għandu jsir fl-istess livell mal-widna tas-sewwieq (meta jkun bilqiegħda), fiċ-ċentru tal-wiċċ orizzontali li jkopri sa mil-ħġieġ tat-twieqi ta' quddiem sal-ħajt ta' wara tal-kabini.

6.3.2. Metodu tat-test għat-tieqa ta' quddiem tal-kabina għal reżistenza suffiċjenti kontra projettili

Projettila ċilindrika għandha tkun sparata fuq it-tieqa ta' quddiem, il-projettila għandha jkollha ponta emisferika u jkollha massa totali ta' 1 kg u tkun kostruwita kif muri fl-Anness J. Jekk il-projettila ssoffri ħsara permanenti wara l-impatt, din għandha tkun mibdula.

Għat-test, it-tieqa ta' quddiem għandha tkun imwaħħla fi gwarniċ ta' l-istess kostruzzjoni bħal din immuntata fuq il-vettura.

It-temperatura tat-tieqa matul it-testijiet għandha tkun bejn -15 °C u 35 °C. Il-projettila għandha tkun preżenta li jkollha l-impatt fl-angoli retti mat-tieqa jew alternattivament it-tieqa tat-test tista' tkun immuntata fl-istess angolu mal-binarju hekk kif immontata fil-vettura.

Il-veloċità ta' l-impatt tal-projettila għandha tkun determinata bi:

Vp = Vmax + 160 km/siegħa

Vp = veloċità tal-projettila fi km/siegħa ma' l-impatt

Vmax = il-veloċità massima tas-sett tal-ferrovija fi km/siegħa

Ir-riżultat tat-test għandu jkun meqjus bħala sodisfaċenti jekk:

- il-projettila ma tibqgħax dieħla mit-tieqa ta' quddiem,

- it-tieqa tibqa fil-gwarniċ tagħha.

7. IMPLIMENTAZZJONI TAL-STI TAL-VAGUNI AMBULANTI

7.1. L-APPLIKAZZJONI TA' DAWN TSI – PRINĊIPJI

7.1.1. Vaguni ambulanti ġodda

Dwar il-vaguni ambulanti ġodda li jiddaħlu fl-użu wara d-dħul fis-seħħ ta' din l-STI, il-Kapitoli 2 sa 6 huma kompletament applikabbli, apparti milli bid-disposizzjonijiet speċifiċi possibbli tas-Sezzjoni 7.3 ta' hawn taħt.

B'żieda, l-informazzjoni inkluża fir-reġistru ta' l-infrastruttura għandha tkun meqjusa, kif spjegat fis-Sezzjoni 7.2 ta' hawn taħt.

7.1.2. Vaguni ambulanti li jkunu aġġornati

Fir-rigward tal-vaguni ambulanti li diġa huma fl-użu, din l-STI tapplika għall-ferroviji ta' veloċità għolja eżistenti jew tal-vaguni ambulanti konvenzjonali permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni. F'dan il-kuntest partikolari, dan jirrigwarda fundamentalment għall-applikazzjoni t' strateġija migratorja li tiffaċilita l-adattazzjoni ekonomikament ġustifikabbli ta' l-istallazzjonijiet eżistenti li tkun meqjusa fil-prinċiji tad-drittijiet gran-paternali.

Bil-maġġoranza tal-każi, l-applikazzjoni ta' din l-STI fuq vaguni ambulanti eżistenti għandha tinvolvi l-modifiki importanti, li primarjament għandhom jitwettqu f'dak iż-żmien li s-settijiet tal-ferrovija jgħaddu minn rikondizzjonar jew manteniment sħiħ maġġuri.

7.2. KOMPATIBBILITÀ TAL-VAGUNI AMBULANTI MA' SUBSISTEMI OĦRAJN

L-implimentazzjoni tal-STI tal-vaguni ambulanti għandha tkun konformi mal-ħtieġa sħiħa tal-kompattibbiltà bejn il-vaguni ambulanti u l-istallazzjonijiet fissi, inkluża l-enerġija u l-kontroll-kmand. Dan il-prinċipju huwa applikabbli għan-network interoperabbli kopert bil-STI, li permezz tagħhom għandu jkun meqjus li l-vaguni ambulanti jistgħu ikunu ippreparati li jiċċirkolaw ukoll fuq networks nazzjonali eżistenti.

B'segwiment ta' dan, il-metodi u l-fażijiet ta' l-implimentazzjoni li jikkonċernaw il-vaguni ambulanti jiddependu minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- il-progress ta' l-implimentazzjoni tal-STI ta' l-infrastruttura, l-enerġija u l-kontroll-kmand.

- l-iskemi operazzjonali tal-vaguni ambulanti (il-pjan tax-xogħol) li jista jkopri networks nazzjonali eżistenti.

L-għodod sabiex jasiguraw il-ħtieġa tal-kompattibiltà kif ukoll sabiex ikunu meqjusa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma: ir-reġistru ta' l-infrastruttura (network b'veloċità għolja trans-Ewropea (TEN HS)), rispettivament stabbilit għal-linja jew rotta speċifika, jirrapreżenta l-kompilazzjoni tal-karatteristċi li ġejjin (parametri bażiċi, interfażi, imġieba):

- il-karatteristiċi li permezz tagħhom l-STI jippermettu valuri alternattivi,

- il-karatteristiċi li permezz tagħhom l-STI ikun fihom każi speċifiċi,

- il-karatteristiċi li permezz tagħhom l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fl-STI proviżjonalment ma jkunux milħuqa, e.g. qabel l-implimentazzjoni sħiħa tal-STI, jew minħabba xogħlijiet temporanji tal-manutenzjoni,

- il-karatteristiċi li huma ibbażati fuq il-kondizzjonijiet reġjonali.

Reġistri tal-vaguni ambulanti (TEN HS) (Ara l-Anness I: il-karatteristiċi meħtieġa li jidhru fir-Reġistru tal-Vaguni Ambulanti), rispettivament stabbilit għal tip speċifiku ta' settijiet ta' ferroviji jew jekk meħtieġ għal ferrovija speċifika waħda, li jirrapreżentaw deskrizzjoni tal-karatteristċi tal-ferrovija (parametri bażiċi, interfażi, imġieba) li huma meħtieġa sabiex tkun assessjata l-abbilità tal-ferrovija li topera fuq il-linji kolha jew uħud minnhom tan-network trans-Ewropew tat-trasport bil-ferrovija.

L-implimentazzjoni ta' l-STI tal-vaguni ambulanti għandha tqis ir-reġistru ta' l-infrastruttura ta' dawk il-linji li fuqhom il-vaguni ambulanti għandhom ikunu operati.

Ir-reġistru tal-vaguni ambulanti għandu jkun fih l-ispeċifiki korrispondenti kollha tal-vaguni ambulanti sabiex jiddeskrivu l-ħtieġa li jkunu mdaħħla għall-użu l-ferroviji għall-operat fuq il-linji ta' fejn għandhom ikunu operati.

7.3. KAŻI SPEĊIFIĊI

Id-disposizzjonijiet speċjali li ġejjin huma awtorizzati f'dawn il-każi speċifiċi li ġejjin. Dawn il-każi speċifiċi huma klassifikati skond żewġ kategoriji: id-disposizzjonijiet japplikaw jew b'mod permanenti (il-każi "P"), jew temporanji (il-każi "T"). Bħala każi temporanji, huwa rakkomandat li s-sistemi tal-mira jkunu milħqua jew sal-2010 (il-każi "T1"), bħala mira stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lukju 1996 dwar il-Linji ta' Gwida tal-Komunità għal-iżvilupp tal-network tat-trasport tarns-Ewropew, jew sal-2020 (każi "T2").

7.3.1. Skartament tat-tagħbija tal-vettura (is-Sezzjoni 4.1.4)

- Każ speċifiku għall-Gran Brittanja:

Il-ferroviji intiżi għall-użu interoperabbli fuq linji aġġornati fil-Gran Brittanja għandhom ikunu konformi ma' l-iskartament "UK1" kif definit fl-Anness C ta' din l-STI.

- Każi speċifiċi għall-ferroviji li joperaw fuq networks Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

L-iskartament tat-tgħabija għal ferroviji iddisinjati għall-operat interoperabbli fuq linji tan-network Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ikunu kompatibbli man-normi ta' l-iskartament ta' l-istruttura Irlandiża.

7.3.2. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (is-Sezzjoni 4.1.8)

Huwa permissibbli li tkun applikata s-Sezzjoni 4.1.8 ta' din l-STI (eskluża l-postilla) mil-valuri tal-limiti referuti fit-tabella ta' hawn taħt, għal perjodu transitorju ta' 24 xahar li jindew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-STI, fil-każ ta':

- l-għażla li jinxtraw vetturi addizzjonali skond kuntratti diġa iffirmati fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-STI, jew

- il-vaguni ambulanti li jkun sar kuntratt dwarhom matul il-perjodu transitorju ibbażati fuq id-disinn ta' wieħed mill-pjattaformi eżistenti.

V km/siegħa | Livell tal-ħsejjes dB(A) |

250 | 90 |

300 | 93 |

320 | 94 |

IL-vaguni ambulanti li diġa huma operattivi u li jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida għad-dħul fl-użu jew li diġa hemm kuntratt dwarhom fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din l-STI għandhom ikunu mħollija li joperaw bil-valuri tal-limiti massimi msemmija hawn fuq.

7.3.3. Varjazzjonijiet massimi tal-pressjoni fil-mini (is-Sezzjoni 4.1.13)

Sabiex ikunu meqjusa n-numru ta' mini numerużi b'sezzjoni transversjali ta' 54 m2 li minnhom jivvjaġġaw b'veloċità ta' 250 km/siegħa, u dawk b'sezzjoni transversjali ta' 82.5 m2 u li minnhom jivvjaġġaw b'veloċità ta' 300 km/siegħa, is-settijiet tal-ferroviji interoperabbli li joperaw fin-network Taljani u għandhom ikunu konformi ma' din il-busta tal-kurvatura ki ġej:

- ΔP0 ≤ jew = 1600 Pa,

- ΔP1 ≤ jew = 3000 Pa,

- ΔP1-0,8 ΔP0 ≤ jew = ΔP2.

Dawn il-valuri huma mogħtija b':

- relattività bejn it-trans-sezzjonijiet tal-ferrovija u l-mina ta' 0,18,

- veloċità ta' l-użu ta' 250 km/siegħa.

Jekk sett ta' ferrovija ma jkunx jissodisfa l-valuri speċifikati hawn fuq, ir-regoli ta' l-operat ta' din il-ferrovija għandhom ikunu determinati billi jkunu applikati r-regoli ippublikati ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura.

7.3.4. It-tarġa tal-passiġġieri (is-Sezjoni 4.2.5)

- Każ speċifiku għal-linji Brittanniċi:

It-tarġa tal-passiġġieri għal dawk is-settijiet tal-ferroviji intiżi li joperaw fin-network Brittaniku għandha tkun imtejjba għal pjattaforma b'għoli ta' 915 mm ta' dik is-sistema b'konformità mas-Sezzjoni 4.2.5.

- Każ speċifiku għal-linji tan-network Olandiż:

It-tarġa tal-passiġġieri għal dawk is-settijiet tal-ferroviji intiżi li joperaw fin-network Olandiż għandha tkun imtejjba għal pjattaforma b'għoli ta' 840 mm ta' dik is-sistema b'konformità mas-Sezzjoni 4.2.5.

- Każi speċifiċi għall-ferroviji li joperaw fuq networks Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

It-tarġa tal-passiġġieri tal-ferroviji intiżi għall-operat interoperabbli fuq il-linji tan-networks Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ikunu mtejjba għad-disinn ta' l-għoli tal-pjattaforma stabbilit għal dawk il-linji fl-STI għas-sistema ta' l-infrastruttura.

7.3.5. Kuntatt rota-linja (profili tar-rota) (is-Sezzjoni 4.2.10)

- Każ speċifiku għal settijiet tal-ferroviji li joperaw ta' spiss fuq il-linji Brittaniċi:

Huwa permissibbli għal settijiet tal-ferroviji li joperaw ta' spiss fuq il-linji Brittaniċi li jkunu mgħammra b'roti tal-profil EP8 meta dawn il-kondizzonijiet ikunu milħuqa:

- il-veloċità massima ta' l-użu għal settijiet tal-ferroviji hemm mgħammra għandha tkun anqas minn jew ugwali għal 250 km/siegħa,

- rapport ikun disponibbli li jkun jinkludi:

- demostrazzjoni ta' l-operat stabbli għal dan il-profil fuq binarji interoperabbli,

- kalkolazzjoni tal-veloċoitajiet kritiċi differenti fuq binarji interoperabbli billi tkun meqjusa l-medda tal-kedd kif tinħass waqt l-użu,

- rapport tal-provi ta' l-użu fuq binarji interoperabbli li jikkonferma dawn ir-riżultati.

- Każi speċifiċi għall-ferroviji li joperaw fuq networks Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq:

Settijiet tar-roti tal-ferroviji iddisinjati għall-operat interoperabbli fuq linji tan-networks Irlandiżi u ta' l-Irlanda ta' Fuq għandhom ikunu kompatibbli man-normi ta' l-iskartament tal-binarju ta' 1602 mm.

7.3.6. Protezzjoni kontra n-nar u dħaħen tossiċi

Qabel il-publikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet relevanti Ewropej, il-konformità mal-ħtiġiet tas-Sezzjoni 4.3.11 għandha tkun meqjusa bħala sodisfatta bil-verifika tal-konformità mar-regolament nazzjonali applikabbli ta' Stat Membru.

7.4. RAKKOMMANDAZZJONIJIET

7.4.1. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss intern (BP 20)

Il-livelli tal-ħsejjes fil-kompartimenti tas-sewwieq għandhom jinżammu baxxi kemm jista jkun possibbli, billi jkun limitat il-ħoss mis-sorsi permezz ta' miżuri xierqa (insulazzjoni akustika, l-assorbiment tal-ħsejjes).

Il-Leq, livell ekwivalenti ta' ħoss kontinwu imkejjel matul 30 minuta m'għandux jeċċedi 78 dB(A) fil-kabini tas-sewwieq ta' l-unitajiet ta' potenza motiva li joperaw b'veloċitajiet ta' 160 km/siegħa.

Meta veloċitajiet għola jkunu nvoluti, kull sforz għandu jsir sabiex ikun akkwistat l-istess valur kif speċifikat hawn fuq.

Valuri għall-veloċità = 300 km/siegħa | |

binarju miftuħ | ≤ 78 dB (A) livell rakkommandabbli |

| ≤ 75 dB (A) livell tal-mira |

fil-mini, independentament mis-superstruttura | ≤ 83 dB (A) livell rakkommandabbli |

| ≤ 80 dB (A) livell tal-mira |

waqt li tkun wieqfa, bl-apparat awżiljarju operat u bit-twieqi magħluqa | ≤ 68 dB (A). |

7.4.2. Karatteristċi tal-limiti marbuta mal-ħoss estern (BP 17)

Huwa rakkommandat li fil-każi tal-vaguni ambulanti li għandhom ikunu ordnati wara l-1 ta' Jannar 2005 jew li jidħlu fl-użu wara l-1 ta' Jannar 2008, is-Sezzjoni 4.1.8 ta' din l-STI ikun applikat bit-tnaqqis ta' 2 dB(A) fil-veloċità ta' 250 km/siegħa u 3 dB fil-veloċitajiet ta' 300 km/siegħa u 320 km/siegħa. Fil-każ ta' 350 km/siegħa, tnaqqis ta' 3 dB(A) jeħtieġ li jkun hemm sforz sabiex jintlaħaq.

Din ir-rakkommandazzjoni għandha sservi bħala l-bażi għar-reviżjoni tas-Sezzjoni 4.1.8 fil-kuntest tal-proċess tar-reviżjoni ta' l-STI.

7.4.3. Karatteristiċi marbuta mal-karreġġjata ta' persuni b'mobilità mnaqqsa (BP22)

B'żieda mad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni 4.1.12, il-vaguni ambulanti għandhom ikunu ikkunsidrati, meta xieraq, bir-riżultati tal-COST 335 Action.

[1] Għandu jkun meqjus li l-kondizzjonijiet tal-kejl u d-deskrizzjoni tar-referenza tal-binarju kienu għadhom suġġetti għal diskussjoni fil-waqt ta' l-adozzjoni ta' din l-STI, marġini ta' 1 dB(A) fuq il-limiti tal-valuri huma tollerati. Din is-sezzjoni għandha tkun reveduta meta tkun adottata l-ġenerazzjoni li tmiss ta' l-STI.

[2] Dan il-punt għandu jkun inkluż fil-lista ta' kostitwenti interoperabbli f'verżjoni futura ta' din l-STI.

--------------------------------------------------