32002D0730



Official Journal L 245 , 12/09/2002 P. 0001 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni

tat-30 ta' Mejju 2002

dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistema ta' manutenzjoni tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja msemmija f'Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE

(Notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2002) 1946)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/730/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/ 48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea [1], u partikolarment Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Skond Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema tal-ferroviji trans-Europea b'veloċità għolja hija maqsuma f'subsistemi strutturali jew funzjonali. Dawn is-subsistemi huma deskritti f'Anness 11 ta' din id-Direttiva.

(2) Skond Artikolu 5(1) tad-Direttiva, kull waħda mis-subsistemi għandha tiġi koperta minn speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità (STI).

(3) Skond Artikolu 6(1) tad-Direttiva, għandhom isiru abbozzi ta' STI mill-korp rappreżentattiv konġunt.

(4) Il-Kumitat imwaqqaf skond Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE ħatar lill-Għaqda Ewropea għall-Interoperabilità fill-Ferroviji (AEIF) bħala l-korp rappreżentattiv konġunt skond Artikolu 2(ħ) tad-Direttiva

(5) L-AEIF ngħatat mandat biex tagħmel abbozz ta' STI għas-subsistema ta' manutenzjoni skond Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Dan il-mandat ġie stabbilit skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 21(2) tad-Direttiva.

(6) L-AEIF għamlet abbozz ta' l-STI, flimkien ma' rapport introduttorju li fih analiżi ta' spejjeż u benefiċċji kif stabbilit f'Artikolu 6(3) tad-Direttiva.

(7) L-abbozz ta' l-STI ġie eżaminat mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, fi ħdan il-Kumitat stabbilit mid-Direttiva, fid-dawl tar-rapport introduttorju.

(8) Kif speċifikat f'Artikolu 1 tad-Direttiva 96/48/KE, il-kondizzjonijiet biex tintlaħaq l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja jikkonċernaw id-disinn, il-kostruzzjoni, titjib u operazzjoni ta' l-infrastrutturi u l-materjal mobbli li jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-sistema li għandha titqiegħed fis-servizz wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Dwar l-infrastrutturi u l-materjal mobbli diġà fis-servizz fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' din l-STI, l-STI għandha tiġi applikata minn meta ikun previst ix-xogħol fuq dawn l-infrastrutturi u l-materjal mobbli. Madankollu, il-grad ta' l-applikazzjoni ta' l-STI jista' jvarja skond l-iskop u l-estensjoni tax-xogħlijiet previsti u l-ispejjeż u l-benefiċċji li joħorġu mill-applikazzjonijiet previsti. Sabiex dawn ix-xogħlijiet parzjali jimxu flimkiem biex jakkwistaw interoperabilità sħiha, jeħtieġ li jkollhom bażi fi strateġija koerenti ta' implimentazzjoni. F'dan il-kuntest għandha ssir distinzinjoni bejn titjib, tiġdid u tibdil relatat mal-manutenzjoni.

(9) Huwa rikonoxxut illi d-Direttiva 96/48/KE u l-STI ma japplikawx għal tiġdid jew tibdil relatat mal-manutenzjoni. Madankollu huwa mixtieq li l-STI jibdew japplikaw għat- tiġdid, bħalma se jkun il-każ għall-STI għas-sistema tal-ferroviji konvenzjonali taħt id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/16/KE [2]. Fin-nuqqas ta' rekwiżit obbligatorju u b'konsiderazzjoni għall-estentensjoni tax-xogħol ta' titjib, l-Istati Membri huma mħeġġa biex fejn jistgħu, japplikaw l-STI għat-tiġdid u għat-tibdil relatat mal-manutenzjoni.

(10) L-STI, li hija materja ta' din id-Deċiżjoni, ma timponix l-użu ta' teknoloġiji jew soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi ħlief fejn dan huwa strettament neċessarju għall-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea ta' ferroviji b'veloċità għolja.

(11) L-STI, li hija l-materja ta' din id-Deċiżjoni, hija bbażata fuq l-aħjar konoxxenza esperta disponibbli fil-ħin tal-preparazzjoni ta' l-abbozz korrispondenti L-iżviluppi fit-teknoloġija jew ħtiġiet soċjali jistgħu joħolqu l-ħtieġa li ssir emenda jew suppliment fl-STI. Meta xieraq, proċedura ta' reviżjoni jew tiġdid għandha tinbeda skond Artikolu 6(2) tad-Direttiva 96/48/KE.

(12) Id-disposizzjonijiet dwar il-manutenzjoni partikolari għal kull subsistema u dawk dwar modi degradati huma stabbiliti fl-STI korrispondenti. L-STI ta' mantenuzzjoni ghalhekk tikkonċerna biss kwistjonijiet relatati ma' ċentri ta' loġistika għall-manutenzjoni tal-ferroviji.

(13) F'xi każijiet, l-STI, li hi materja ta' din id-Deċiżjoni, tagħti għażla bejn soluzzjonijiet differiti, b'mod li jkun possibbli li jiġu applikati soluzzjonijiet interoperabbli definittivi jew transitorji kompatibbli mas-sitwazzjoni eżistenti. Minbarra dan, id-Direttiva 96/48/KE tipprovdi għal disposizzjonijiet speċjali ta' implimentazzjoni f'każijiet speċifiċi. Barra minn hekk, fil-każijiet previsti f'Artikolu 7 tad-Direttiva l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ma japplikawx xi wħud mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li jkunu ppubblikati u aġġornati kull sena ir-reġistru ta' l-infrastruttura u r-reġistru tal-materjal mobbli. Dawn ir-reġistri għandhom jindikaw il-karatteristiċi prinċipali ta' l-infrastruttura u l-materjal mobbli nazzjonali u (eż. Il-parametri bażiċi) u l-konkordanza tagħhom mal-karatteristiċi preskritti mill-STI applikabbli. Għal dan l-iskop, l-STI, li hija materja ta' din id-Deċiżjoni, tindika b'mod preċiż liema informazzjoni għandha tidher fir-reġistri.

(14) L-applikazzjoni ta' l-STI, li hija l-materja ta' din id-Deċiżjoni, għandha tikkonsidra l-kriterji speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità teknika u operattiva bejn l-infrastrutturi u l-materjal mobbli li jitqiegħed fis-servizz u s-sistema li fiha għandhom jiġu integrati. Dawn ir-rekwiżiti dwar kompatibilità jinvolvu analiżi komplessa teknika u ekonomika li għandha ssir fuq bażi individwali għal kull każ. L-analiżi għandha tieħu konsiderazzjoni ta' dawn:

- l-interazzjoni bejn is-subsistemi differenti msemmija fid-Direttiva 96/48/ KE,

- il-kategoriji differenti ta' linji ferrovjarji u materjal mobbli msemmi f'dik id-Direttiva, u

- l-ambjenti tekniċi u operattivi tas-sistemi eżistenti.

Għalhekk huwa essenzjali li tiġi stabbilita strateġija għall-implimentazzjoni ta' l-STI li hija l-materja ta' din id-Deċiżjoni, u li għandha tindika l-istadji tekniċi għall-moviment mill-kondizzjonijiet tas-sistema preżenti għal sitwazzjoni fejn is-sistema tkun interoperabbli.

(15) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-Opinjoni tal-Kumitat stabbilit mid-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-STI dwar is-subsistema ta' "manutenzjoni" tas-sistema trans-Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja msemmija f'Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/48/KE qed tiġi adottata mill-Kummissjoni. L-STI hija stabbilita f'Anness ma' din id-Deċiżjoni. L-STI tgħodd interament għall-infrastruttura u l-materjal mobbli tas-sistema Ewropea tal-ferroviji b'veloċità għolja kif imfissra f'Anness I mad-Direttiva 96/48/KE, b'kunsiderazzjoni għal Artikolu 2 hawn taħt.

Artikolu 2

1. Għall-finijiet ta' dan Artikolu:

- "titjib" tfisser xogħol maġġuri biex tiġi modifikata is-subsistema jew parti minn subsistema li tibdel il-prestazzjoni tas-subsistema

- "tiġdid" tfisser xogħol maġġuri għas-sostituzzjoni ta' subsistema jew parti minn subsistema li ma tbiddilx il-prestazzjoni tas-subsistema,

- "tibdil relatat mal-manutenzjoni" tfisser sostituzzjoni ta' komponenti b'partijiet b'funzjoni u prestazzjoni identiċi fil-kuntest ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva.

2. Fil-każ ta' titjib, l-entità kontraenti għandha tissottometti dossier li jiddeskrivi l-proġett lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jeżamina d-dossier u, wara li jieħu in kunsiderazzjoni l-istrateġija ta' implimentazzjoni fil-Kapitolu 7 ta' l-STI mehmuż jiddeċiedi (jekk xieraq) jekk hiex meħtieġa l-applikazzjoni ta' l-STI mehmuża. Jekk iva, għandu jinforma lill-Kumitat imwaqqaf skond id-Direttiva 96/46/KE.

3. Fil-każ ta' ta' tiġdid u tibdil relatat ma' manutenzjoni, l-applikazzjoni ta' l-STI mehmuża hi volontarja.

Artikolu 3

L-STI mehmuża għandha tidħol sitt xhur wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

[2] ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONI TEKNIKA GĦALL-INTEROPERABILITÀ

RELATATA MAS-SUBSISTEMA GĦALL-MANTENUZZJONI

1. INTRODUZZJONI

1.1. SKOP TEKNIKU

1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU

1.3. KONTENUT TA' DAN L-STI

2. DEFINIZZJONI TAS-SUBSISTEMA U SKOP

3. REKWIŻITI ESSENJALI

4. KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA

4.1. PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

4.2. INTERFACES TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

4.2.1. Interface tas-subsistema

4.2.2. Dawn l-interfaces huma karatterizzati minn:

4.2.2.1. Interface mas- subsistema ta' l-infrastruttura

4.2.2.2. Interface mas- subsistema tar-rolling stock

4.2.3. Disposizzjonijiet regulatorji u operazzjonali.

4.3. ĦIDMA SPEĊIFIKATA TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

5. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ

6. STIMA TA' KONFORMITÀ U/JEW HUMIEX XIERQA GĦALL-UŻU

6.1. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ

6.1.1. Proċeduri għall-istima tal-konformità (moduli)

6.1.2. Applikazzjoni tal-moduli

6.2. SUBSISTEMA GĦALL-MANTENUZZJONI

6.2.1. Proċeduri ta' stima (moduli)

6.2.2. Applikazzjoni tal-moduli

6.2.2.1. Stallazzjonijiet fissi

6.2.2.2. Stallazzjonijiet abbord

7. IMPLEMENTAZZJONI TA' L-STI TAL-MANTENUZZJONI

7.1. PROĊEDURA TA' L-IMPLIMENTAZZJONI U ĦIN

7.1.1. Proċedura

7.1.2. Ħin

7.1.3. Implementazzjoni tat-tagħmir tal-mantenuzzjoni (linji tal-kategoriji kollha)

7.1.3.1. Binarji ta' l-istabling

7.1.3.2. Faċilitajiet tal-provista ta' l-ilma

7.1.3.3. Trolleys ta' l-iskarika tat-toilets mobbli

7.2. KAŻIJIET SPEĊIFIĊI: DETTALJI TA' L-APPLIKAZZJONI

7.3. RAKKOMANDAZZJONI

ANNESS I SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

ANNESS II STIMA TAL-KONFORMITÀ

ANNESS III PROĊEDURI TA' STIMA (MODULI)

Anness IV KONNESSJONIJIET GĦAS-SISTEMA TA' L-ISKARIKAR TAT-TOILETS

Anness V KONNESSJONI TAD-DĦUL GĦAL TANKIJIET TA' L-ILMA

1. INTRODUZZJONI

1.1. SKOP TEKNIKU

Dan l-STI jikkonċerna s-subsistema għall-manenuzzjoni, li hija waħda mis-subsistemi elenkati f'Anness 11.1 tad-Direttiva 96/48/KE.

Dan l-STI huwa parti minn sett ta' sitt STI, li jkopru t-tmien subsistemi ddefiniti fid-Direttiva. L-ispeċifikazzjonijiet dwar is-subsistemi ta' l-"utenti" u ta' l-"ambjent", li huma neċessarji biex jaċċertaw l-interoperabilità tas-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea konformi mar-rekwiżiti essenzjali, huma stabbiliti fl-STI konċernati.

Il-Kapitolu 2 jagħti aktar informazzjoni dwar is-subsistema għall-mantenuzzjoni.

1.2. SKOP ĠEOGRAFIKU

L-iskop ġeografiku ta' dan l-STI hija s-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea kif deskritta f'Anness I tad-Direttiva 96/48/KE.

Għandha ssir riferenza b'mod partikolari għal-linji tax-network tal-ferrovija trans-Ewropea deskritta fid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1692/96/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar gwidi Komunitarji għall-iżvilupp tax-network tat-trasport trans-Ewropea jew f'kull aġġornament għall-istess Deċiżjoni b'riżultat tar-reviżjoni prevista f'Artikolu 21 ta' dik id-Deċiżjoni.

1.3. KONTENUT TA' DAN L-STI

Skond Artikolu 5(3) u Anness I, punt 1(b) tad-Direttiva 96/48/KE dan l-STI:

(a) jispeċifika r-rekwiżiti essenzjali għas-subsistemi u l-interfaces tagħhom (Kapitolu 3).

(b) iwaqqaf il-parametri bażiċi deskritti f'Anness II, punt 3 ta' dik id-Direttiva, li huma neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali (Kapitolu 4); -

(ċ) iwaqqaf il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu biex tiġi akkwistata l-ħidma speċifikata għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' linji (Kapitolu 4): -.

- kategorija I: linji ta' veloċità għolja mibnija speċjlament, attrezzati għal veloċitajiet ġeneralment daqs jew aktar minn 250 km/s,

- kategorija II: linji ta' veloċità għolja aġġornati speċjalment, attrezzati għal veloċitajiet madwar 200 km/s,

- kategorija III: linji ta' veloċità għolja aġġornati speċjalment b'karatteristi’i speċjali b'riżultat ta' konstrizzjonijiet topografiċi, tal-medda ta' l-artjew ta' l-ippjanar ta' l-ibliet, li fuqhom il-veloċità għandha tiġi adatata għal kull każ.

(d) iwaqqaf id-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni f'każijiet speċifiċi (Kapitolu 7)

(e) jiddetermina l-kostitwenti u l-interfaces ta' l-interoperabilitàà li għandhom jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi standards Ewropej, li huma meħtieġa sabiex tiġi akwwistata l-l-interoperabilità fis-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea filwaqt li jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali (Kapitolu 5):

(f) jgħid, f'kull każ ikkunsidrat, liema mill-modules definiti fid-Deċiżjoni 93/465/KEE jew, fejn xieraq, liema proċeduri speċifiċi għandhom jintużaw sabiex tiġi stmata jew il-konformità jew kemm huma xierqa għall-użu tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità, kif ukoll il-verifikazzjoni tal-"KE" tas-subsistemi (Kapitolu 6).

2. DEFINIZZJONI TAS-SUBSISTEMA U SKOP

L-għan ta' din l-ispeċifikazzjoni teknika huwa li tiddefinixxi l-preskrizzjonijiet tekniċi u regulatorji flimkien mal-proċeduri meħtieġa u xierqa għall-kostitwenti fis-subsistema tal-"mantenuzzjoni" u għall-interfaces meħtieġa biex tiġi ggarantita l-interoperabilità tannetwork ta' veloċità għolja Ewropea konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-subsistema tal-"mantenuzzjoni".

Id-definizzjoni tal-kamp konċernat bis-subsistema għall-mantenuzzjoni flimkien mal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni teknika assoċjata huma derivati mill-operazzjonijiet ta' mantenuzzjoni jew sorveljanza li għandhom jiġu applikati bħala prattika ġenerali sabiex jintalħqu r-rekwiżiti ta' l-interoperabilità.

Minħabba l-istruttura ġeografika tan-network ta' veloċità għolja Ewropea u l-veloċitajiet kummerċjali li bihom jitħadmu l-ferroviji, ikun possibbli li jiġu ffurmati skedi sabiex kull ferrovija tista' tirritorna f'intervalli mifruda għal bażi indikata fil-pajjiż ta' l-oriġini tagħha fejn isiru l-operazzjonijiet ta' mantenuzzjoni kumplessi f'frekwenzi kompatibbli mad-diżinn u l-affidabbilità ta' ferroviji ta' veloċità għolja. Fil-fatt, id-diżinn ta' ferroviji ta' veloċità għolja jintegra soluzzjonijiet tekniċi affidabbli ħafna u arkitettura funzjonali li tinkorpora ridondanza ma' livell għoli ta' disponibbilità li huwa ħafna superjuri għar-rake konvenzjonali ta' vaguni b'lokomotiva waħda jew tnejn. Minbarra dan, attrezzaturi ta' sorveljanza jew li jittestjaw li jużaw tagħmir ta' iżolament awtomatiku jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' l-istat funzjonali kurrenti tat-trainset sabiex ikun jista' jiġi ffurmat b'tali mod li jkompli fis-servizz kummerċjali sakemm jirritorna għaċ-ċentru tal-mantenuzzjoni.

Il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jsir xi xogħol ta' tiswija biex jiġi permess ritorn sikur tar-rolling stock lejn id-depot tal-mantenuzzjoni miftiehma u l-kondizzjonijiet speċjali ta' l-operazzjoni għar-rolling stock meta jkun fi stat degradat, għandhom jiġu miftiehma f'kull każ separatament, bejn ġestituri ta' l-infrastrutturi u impriżi tal-ferroviji, skond karatteristiċi partikolari tar-rolling stock u r-regoli taċ-ċirkolazzjoni jew regolamenti tal-pajjiżi kkonċernati.

Fl-ebda każ m'għandha ssir xi mantenuzzjoni korrettiva ewlenija (ħlief dawk mitluba f'sitwazzjonijiet speċifiċi, ara Anness I ta' dan l-STI) jew ispezzjonijiet barra l-faċilitajiet ta' mantenuzzjoni ddedikati tat-trainset . B'riżultat, faċilitajiet ta' loġistiċi ta' mantenuzzjoni tat-trainset koperti minn din l-STI għandhom jiġu espressament ristretti għal operazzjonijiet li jaċċerta l-interoperabilità. Tali operazzjonijiet jikkonċernaw l-provista mill-ġdid ta' materjali ta' konsum (ilma u ramel), tindif (minn barra u minn ġewwa tat-trainsets) u żvujtar tat-toilets.

Ġeneralment, arranġamenti dwar mantenuzzjoni speċifiċi għal kull subsistema koperta minn STI għandha, jekk meħtieġ, tiġi stabbilita fl-STI korrispondenti.

Rigward l-affidabbilità u l-arkitettura funzjonali tat-trainsets kif ukoll l-organizzazzjoni tal-mantenuzzjoni użata, il-mantenuzzjoni hija organizzata sabiex tkun kompatibbli ma' operazzjoni tat-trainset ekonomikament aċċettabbli u li jrendi l-profitt.

minn din il-perspettiva, faċilitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni teknika dwar "mantenuzzjoni" għall-interoperabilità (STI) huma dawk meħtieġa biex:

- jitnaddaf ġewwa u barra tat-trainsets,

- jiġu ġestiti r-retention toilets,

- jerġgħu jiġu forniti l-provvisti ta' ilma u ramel.

3. REKWIŻITI ESSENJALI

3.1. Skond Artikolu 4(1) tad-Direttiva 96/48/KE, is-sistema tal-ferroviji ta' veloċità għolja trans-Ewropea, is-subsistemi tagħha u l-kostitwenti ta' l-interoperabilità tagħħom għandhom jilħqu r-rekwiżiti essenzjali kif speċifikat f'Anness III tad-Direttiva.

3.2. Ir-rekwiżiti essenzjali huma relatati ma':

- sigurtà

- affidabbilità u disponibilità

- saħħa,

- ħarsien ta' l-ambjent,

- kompatibilità teknika.

Skond id-Direttiva 96/48/KE, ir-rekwiżiti essenzjali jistgħu jkunu ta' skop ġenerali u jgħoddu ugwalment għas-sistema tal-ferroviji ta' veloċità għolja trans-Ewropea kollha u jista' jkun fihom karatteristiċi speċifiċi għal kull subsistema u l-kostitwenti tagħħa.

3.3. Rekwiżiti speċifiċi għas-subsistema tal-"mantenuzzjoni" faċilitajiet u proċeduri utiliżżati f'ċentri tal-mantenuzzjoni li jkollhom x;'jaqsmu ma' trainsets ta' veloċità għolja) li jirrispondu għal u flimkien mal-konsiderazzjonijiet stabbiliti f'Anness III tad-Direttiva huma speċifikati kif ġej:

— Sigurtà

Rekwiżit Essenzjali 1.1.1:

"Id-diżinn, kostruzzjoni jew assemblaġġ, manteunzzjoni u sorveljanza tal-komponenti kritiċi għas-sigurtà, U aktar partikolarment tal-komponenti involuti fil-movimenti tal-ferrovija għandhom ikunu tali li jiggaranttixxu s-sigurtà fil-livell korrispondenti ma' l-għanijiet stabbiliti għan-network, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet degradati speċifiċi."

Dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta l-konformità mal-preskrizzjonijiet tal-punt 4.2.2.2.5 (tagħmir tal-provista mill-ġdid tar-ramel) ta' l-STI preżenti jiġi ċċertifikat.

Rekwiżit Essenzjali 1.1.2:

"Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarji għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar stabbilità meħtieġa sabiex jiġi ggarantit movement sikur mil-veloċità massima awtorizzata."

Dan ir-rekwiżit essenzjali mhuwiex rilevanti għas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

Rekwiżit Essenzjali 1.1.3:

"Il-komponenti użati għandhom jissaportu stresses normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perijodu tas-servizz tagħhom. Ir-riperkussjonijiet tas-sigurtà ta' fallimenti aċċidentali għandhom jiġu limitati permezz ta' meżżi xierqa."

Dan ir-rekwiżit essenzjali mhuwiex rilevanti għas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

Rekwiżit Essenzjali 1.1.4:

"Id-diżinn ta' istallazzjonijiet fissi u rolling stock u l-għażla ta' materjali użati għandhom ikunu mmirati lejn limitazzjoni tal-ġenerazzjoni, propagazzjoni u effetti ta' nar u duħħan fil-każ ta' nar."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' regolamenti nazzjonali.

Rekwiżit Essenzjali 1.1.5:

"Attrezzaturi maħsuba li jiġu manovrati min utenti għandhom jiġu diżinjati sabiex ma jimperikolawx is-sigurtà tagħħom meta użati b'mod prevedibbli mhux skond l-istruzzjonijiet murija."

Dan ir-rekwiżit essenzjali mhuwiex rilevanti għas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

— Affidabbilità u disponibilità

Rekwiżit Essenzjali 1.2:

"Is-sorveljanza u l-mantenuzzjoni ta' komponenti fissi jew mobbli involuti fil-movimenti tal-ferrovija għandhom jiġu organizzati, imfassla u kwantifikati b'tali mod li jżommu l-operazzjoni tagħħom taħt il-kondizzjonijiet maħsuba."

Trainsets b'veloċità għolja jinkorporaw soluzzjonijiet tekniċi u karatteristiċi ta' arkitetturi funzjonali ta' affidabbilità għolja b'redundancy inkorporata li taċċerta disponibbilità massima fit-trainset. Minbarra dan, tagħmir ta' sorveljanza/kontroll kombinat ta' sistemi ta' iżolament awtomatiku jiffaċilitaw l-għarfien ta' l-istatus funzjonali tat-trainsets u jippermettihom jiġu konfigurati b'mod li jiggarantixxi operazzjoni kontinwata tat-trainset f'servizz kummerċjali sakemm jirritorna fid-depot tal-mantenuzzjoni.

Konsegwentement m' hemm ħtieġa għall-ebda miżura speċifika rigward is-subsistema tal-mantenuzzjoni biex tiġi aċċertata l-affidabbilità u d-disponibilità fil-kuntest ta' dan ir-rekwiżit essenzjali.

— Saħħa

Rekwiżit Essenzjali 1.3.1:

"Materjali li x'aktarx, minħabba l-mod kif jintużaw, jikkostitwizzu periklu għas-saħħa lil dawk li għandhom aċċess għalihom m'għandhomx jintużaw f'ferroviji u infrastrutturi tal-binarji."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' Direttivi tal-KE u regolamenti nazzjonali.

Rekwiżit Essenzjali 1.3.2:

"Dawk il-materjali għandhom jintagħżlu, jitqassmu u jintużaw b'tali mod li jirrestrinġu l-emissjoni ta' dħaħen jew gassijiet perikolużi jew ta' ħsara, partikolarment f'każ ta' nar."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' regolamenti nazzjonali.

Rekwiżit Essenzjali 2.5.1:

"L-istallazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-mantenuzzjoni m'għandhomx jikkostitwixxu periklu għas-saħħa tal-bniedem."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' regolamenti nazzjonali.

— Protezzjoni ambjentali

Rekwiżit Essenzjali 1.4.1:

"Ir-riperkussjonijiet fuq l-ambjent tat-twaqqif u l-operazzjoni tas-sistema ta' ferroviji ta' veloċità għolja trans-Ewropea għandha tiġi stmata u kkunsidrata fl-istadju tad-diżinn tas-sistema skond id-disposizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ."

Dan ir-rekwiżit essenzjali mhuwiex rilevanti għas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

Rekwiżit Essenzjali 1.4.2:

"Il-materjali użati fil-ferroviji u l-infrastrutturi għandhom irażżnu l-emissjoni ta' dħaħen jew gassijiet perikolużi u ta' ħsara għall-ambjent, partikolarment f'każ ta' nar."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' regolamenti nazzjonali.

Rekwiżit Essenzjali 1.4.3:

"Is-sistemi tar-rolling stock u tal-fornitura ta' l-enerġija għandhom jiġu diżinjati u fabbrikati b'tali mod li jkunu kompatibbli elettromanjetikament ma' l-istallazzjonijiet, tagħmir u networks pubbliċi jew privati li jistgħu jinterferixxu magħħom."

Dan ir-rekwiżit essenzjali mhuwiex rilevanti għas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

Rekwiżit Essenzjali 2.5.2:

"L-istallazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-mantenuzzjoni m'għandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta' disturb rigward l-ambjent ċirkostanti."

Għall-istallazzjonijiet fissi tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tintwera konformità ta' dawn l-istallazzjonijiet ma' regolamenti nazzjonali.

— Kompatibilità teknika

Rekwiżit Essenzjali 1.5:

"Il-karatteristiċi tekniċi ta' l-infrastruttura u istallazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma' xulxin u ma' dawk il-ferroviji li għandhom jintużaw fuq is-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea.

Jekk konformità ma' dawn il-karatteristiċi hija diffiċli fuq xi taqsimiet tan-network, jistgħu jiġu implimentati soluzzjonijiet temporanji li jaċċertaw kompatibilità fil-futur."

Dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta tiġi ċertifikata l-konformità mal-preskrizzjonijiet tal-punti 4.2.2.1, 4.2.2.2.1, 4.2.2.2.2 u 4.2.2.2.4 tal-Kapitolu 4, kif ukoll il-punti 5.3.1 u 5.3.5 tal-Kapitolu 5 ta' dan l-STI.

Rekwiżit Essenzjali 2.5.3:

"L-istallazzjonijiet tal-manutenzjoni (ġestjoni) ta' ferroviji ta' veloċità għolja għandhom ikunu tali li jippermettu operazzjonijiet ta' sigurtà', saħħa u kumdità fuq kull ferrovija li ġew diżinjati għaliha."

Dan ir-rekwiżit essenzjali jista' jitqies milħuq meta hija ċertifikata l-konformità mal-preskrizzjonijiet tal-punti 4.2.2.1, 4.2.2.2.1, 4.2.2.2.2, 4.2.2.2.4, 4.2.2.2.5 u 4.2.2.2.6 tal-Kapitolu 4, kif ukoll il-punti 5.3.1 u 5.3.5 tal-Kapitolu 5 ta' dan l-STI.

3.4. Il-verifika li r-rekwiżiti essenzjali li jiggvernaw is-subsistema u l-kostitwenti tagħha ġew milħuqa hija mwaqqfa skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 96/48/KE.

4. KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA

Is-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea kif regolata mid-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/48/KE u li s-subsistema għall-mantenuzzjoni tifforma parti minnha, hija sistema integrata li l-koerenza tagħha għandha tiġi verifikata partikolarment rigward il-parametri bażiċi tagħha, l-interfaces u l-livelli ta' ħidma sabiex tiġi aċċertata l-interoperabilità tas-sistema rigward ir-rekwiżiti essenzjali.

Rigward l-interoperabilità is-subsistema għall-mantenuzzjoni hija karatterizzata kif ġej:

4.1. PARAMETRI BAŻIĊI TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

Is-subsistema għall-mantenuzzjoni mhix karatterizzata mill-parametri bażiċi elenkati f'Anness II (Taqsima 3) tad-Direttiva 96/48/KE.

4.2. INTERFACES TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

4.2.1. Interface tas-subsistema

Rigward kompatibilità teknika, l-interfaces tas-subsistema għall-mantenuzzjoni jikkonċernaw:

- is-subsistema ta' l-infrastruttura

- is-subsistema tar-rolling stock.

4.2.2. Dawn l-interfaces huma karatterizzati minn:

4.2.2.1. Interface mas- subsistema ta' l-infrastruttura

- Binarji stabbilizzanti

- It-binarji stabbilizzanti għandu jkollhom linja fuq li tagħti l-enerġija lill-ferrovija.

- Il-karatteristiċi ġeometriċi tagħhom (inkluż it-tul) għandhom ikunu skond il-preskrizzjonijiet tal-punt 4.3.3.5 ta' l-STI dwar l-infrastruttura.

- Jekk tintuża trolley għall-iskarika tat-toilets, id-distanza minima bejn iċ-ċentri tal-binarji għandha tkun 6 m u għandu jkun hemm post fejn jimxu t-trolleys.

4.2.2.2. Interface mas- subsistema tar-rolling stock

4.2.2.2.1. Faċilitajiet tat-tindif ta' l-esterjuri tat-trainset

- Għandu jkun possibbli għat-twieqi ta' quddiem tal-kabini tax-xufiera li jitnaddfu kemm mill-art kif ukoll mill-pjattaformi ta' għoli 550 mm u 760 mm bl-użu ta' tagħmir tat-tindif xieraq (b'rigward partikolari għas-saħħa u sigurtà), fl-istazzjonijiet u l-faċilitajiet kollha li fihom jgħaddu jew huma stazzjonati l-ferroviji.

- Meta jintużaw magni tal-ħasil, għandhom ikunu jistgħu jnaddfu n-naħat ta' barra tat-trainsets ta' livell wieħed jew tnejn fuq għoli ta'

- 1000 sa 3500 mm għal trainset b'livell wieħed

- 500 sa 4300 mm għal trainset b'żewġ livelli.

Għandu jkun possibbli għall-veloċità li biha jgħaddi t-trainset mill-pjanta tal-ħasil tat-trainset li tiġi adattata għal kull pjanta tal-ħasil, i.e. bejn 4 u 6 km/s.

- Prodotti użati għall-ħasil tal-ferroviji għandhom jikkonformaw mar-regolamenti lokali għall-ħarsien ta' l-ambjent

4.2.2.2.2. Sistemi għall-iskarikar tat-toilets

- It-teknoloġija tat-toilets tat-trainset għandha tippermetti lit-toilets siġillati (bl-użu ta' ilma ċar jew reċiklat) jiġu żvujtati f'intervalli ta' tlitt ijiem, sabiex l- operazzjonijiet ta' l-iżvojtar jistgħu iseħħu fuq il-bażi ta' skeda f'depots indikati.

- Istallazzjoni ta' l-iskarikar tat-toilets (fissi jew mobbli) għandha tkun kompatibbli mal-karatteristiċi ta' waħda mis-sistemi siġillati jew ma' l-oħra.

- Jista' jiġi provdut trolley mobbli biex jippermetti evakwazzjoni fejn meħtieġ, b'hekk ir-rolling stock tkun tista' tkompli fis-servizz kummerċjali sar-ritorn tagħha fid-depot proprja.

- Kull trolley mobbli ta' l-iskarika għandu jwettaq il-funzjonijiet kollha li ġejjin:

- ġbid (il-valur limitatorju għall-vaku tal-ġbid huwa 0,2 bar),

- tlaħliħ (jgħodd biss għal tagħmir ta' ritenzjoni ta' l-iskarika tat-toilet),

- jimla' minn qabel bl-additiv (jgħodd biss għal tagħmir ta' ritenzjoni ta' l-iskarika tat-toilet),

- jiskarika.

4.2.2.2.3. Tagħmir tat-tindif ta' l-intern tat-trainset

- Għandha tiġi fornita konnessjoni għall-provista tad-dawl elettriku ta' 3000 VA b'230 V, 50 Hz f'kull vagun ghall-enerġija għat-tagħmir tat-tindif industrijali. Dan l-elettriku għandu jkun disponibbli simultanjament fil-vaguni kollha ta' trainset. Is-sockets tad-dawl elettriku ġewwa l-ferrovija għandhom ikunu spazjati b'tali mod li l-ebda parti mill-vagun li għandha titnaddaf ma tkun aktar minn 12 m minn waħda mis-sockets.

4.2.2.2.4. Tagħmir għall-fornitura mill-ġdid ta' l-ilma

- It-tagħmir il-ġdid għall-provista ta' l-ilma fuq in-network interoperabbli għandu jiġi fornit bl-ilma tajjeb għax-xorb skond id-Direttiva 98/83/KE, u l-mod ta' operazzjoni tiegħu għandja taċċerta li l-ilma mwassla fl-aħħar element tal-parti tat-tmigħ ta' dawn l-istallazzjonijiet jikkonforma mal-kwalità speċifikata minn din l-istess Direttiva għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

4.2.2.2.5. Tagħmir għall-fornitura mill-ġdid tar-ramel

- Il-kaxxi tar-ramel normalment jimtlew matul l-operazzjonijiet ta' mantenuzzjoni ppjanati f'workshops speċjalizzati inkarigati bil-mantenuzzjoni tat-trainset. Iżda, jekk meħtieġ, għandu jkun disponibbli ramel li jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet lokali għal dan l-użu biex jimtlew il-kaxxi tar-ramel sabiex ir-rolling stock tkun tista' tkompli fis-servizz kummerċjali sar-ritorn tagħha fiċ-ċentru tal-mantenuzzjoni proprja.

4.2.2.2.6. Rekwiżiti speċjali għall-istabling tal-ferroviji

Il-ferroviji għandhom jiġu ddiżinjati sabiex:

- matul l-istabling tagħħom, it-trainsets jirrispettaw il-livell ta' ħoss stipulat fl-STI dwar ir-rolling stock,

- ma tkunx neċessarja sorveljanza perjodika fejn huma stabled taħt vultaġġ,

- jistgħu jiġu kkonfigurati għal livelli funzjonali differenti (standby, preparazzjoni, eċċ),

- assenza ta' vultaġġ ma tkunx ta' ħsara għall-kostitwenti tal-ferrovija,

- ferroviji stabled jistgħu jiġu msakkra b'mod sikur kontra r-riskji kollha ta' ċaqlilq mhux previst.

Għandhom partikolarment jinkorporaw brejkijiet għall-ipparkjar sabiex jiġi aċċertat li r-regoli dwar operazzjoni li jgħoddu lokalment jistgħu jiġu osservati kull meta huwa meħtieġ l-użu ta' tali brejkijiet.

4.2.3. Disposizzjonijiet regulatorji u operazzjonali.

Sabiex tiġi aċċertata l-koerenza tas-sistema tal-ferroviji trans-Ewropea, l-interfaces imsemmija fuq għandhom ikunu suġġetti għad-disposizzjonijiet regulatorji u operazzjonali li ġejjin:

(Xejn)

4.3. ĦIDMA SPEĊIFIKATA TAS-SUBSISTEMA TAL-MANTENUZZJONI

Il-kriterji tal-ħidma li għandha tilħaq is-subsistema għall-mantenuzzjoni jikkorrispondu għall-ħidmiet speċifikati għal kull waħda mill-kategoriji tal-linji li ġejjin għas-sistema ta' ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea, kif rilevanti:

- linji mibnija speċjalment għal moviment b'veloċità għolja ,

- linji aġġornati speċjalment għall-veloċità għolja,

- linji aġġornati speċjalment għall-veloċità għolja b'karatteristiċi speċjali.

Fil-każ tas- subsistema għall-mantenuzzjoni, ir-rekwiżiti tal-ħidma huma l-istess għat-tliet kategoriji ta' linji.

5. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ

5.1. Skond Artikolu 2(d) tad-Direttiva 96/48/KE, il-kostitwenti ta' l-interoperabilità huma "kull komponent, grupp ta' komponenti, sub-assemblaġġ jew assemblaġġ sħiħ elementari ta' tagħmir inkorporat jew maħsub li jiġi inkorporat f'subsistema, li fuqha tiddependi l-interoperabilità tas- sistema ta' ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea jew direttament jew indirettament".

5.2. Il- kostitwenti ta' l-interoperabilità huma soġġetti għal disposizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 96/ 48/KE u huma dawn li ġejjn rigward dan l-STI:

- sistemi ta' l-iskarikar tat-toilets: konnessjonijiet,

- tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset: sockets ta' l-elettriku,

- tagħmir għall-provista mill-ġdid ta' l-ilma u r-ramel: adattaturi għall-mili ta' l-ilma (dħul).

5.3. Dawn il-kostitwenti ta' l-interoperabilità huma s-suġġett ta' speċifikazzjonijiet fil-forma ta' rekwiżiti ta' ħidma. Stima tal-konformità u/jew jekk humiex xierqa għall-użu hija ffukata permezz ta' rekwiżiti ta' interfaces tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità bħala priorità, b'riferenza għal karatteristiċi ta' diżinn jew deskrizzjoni bħala eċċezzjoni.

5.3.1. L-ispeċifikazzjonijiet tal-konnessjonijiet għas-sistema ta' l-iskarikar tat-toilets, il-kostitwenti ta' l-interoperabilità huma dawn li ġejjin:

- Il-konnessjonijiet (3'' għall-iżvujtar u 1'' għat-tlaħliħ) u s-siġilli tagħħom għandhom jikkonformaw mal-figuri 1 u 2 rispettivament ta' Anness N.

5.3.2. L-interfaces tal-konnessjonijiet għas-sistema ta' l-iskarikar tat-toilets li huma kostitwenti ta' l-interoperabilità huma karatterizzati kif ġej:

(Xejn)

5.3.3. L-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset, sockets elettriċi li huma kostitwenti ta' l-interoperabilità huma dawn li ġejjin:

- Is-sockets intern għandhom jikkonformaw mad-dimenzjonijiet stabbiliti fl-iStandard EN 60309.1, u għandhom jilħqu l-karatteristiċi dimensjonali tas-socket li jidher fuq paġna 22 ta' l-iStandard EN 60309.2 (socket b'żewġ poli + earth) u l-karatteristiċi speċifikati fit-Taqsimiet 8.3.1 u 8.3.1.1 ta' l-iStandard EN 50153.

5.3.4. L-interfaces tat-tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset, sockets elettriċi li huma kostitwenti ta' l-interoperabilità huma dawn li ġejjin:

(Xejn)

Safejn l-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset kostitwenti ta' l-interoperabilità, is-sockets elettriċi jirreferu għal speċifikazzjonijiet Ewropej li saru mill-korpijiet ta' l-istandardizzazzjoni Ewropej - CEN, CENELEC u ETSI – kif istruwiti mill-Kummissjoni, u dawn l-ispeċifikazzjonijiet stess għandhom isiru fuq il-bażi tal-ħidma, u jkunu fuq bażi preskrittiva b'eċċezzjoni biss.

L-ispeċifikazzjonijiet Ewropej rilevanti huma:

- Standard EN 60309.1,

- Standard EN 60309.2 (p. 22),

- Standard EN 50153 (Taqsima 8.3.1 u 8.3.1.1),

- Direttiva 98/83/KE (kwalità ta' l-ilma).

5.3.5. L-ispeċifikazzjonijiet ta' l-adatturi tal-mili ta' l-ilma li huma kostitwenti ta' l-interoperabilità huma dawn li ġejjin:

- L-adatturi tal-mili ta' l-ilma għandhom ikunu kif jidher fil-Figura 3 ta' l-Anness V.

5.3.6. L-interfaces ta' l-adatturi tal-mili ta' l-ilma li huma kostitwenti ta' l-interoperabilità huma karatterizzati bħala

(Xejn)

6. STIMA TA' KONFORMITÀ U/JEW HUMIEX XIERQA GĦALL-UŻU

6.1. KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ

6.1.1. Proċeduri għall-istima tal-konformità (moduli)

Il-proċedura għall-istima tal-konformità ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità kif definiti fil-Kapitolu 5 ta' dan l-STI għandha titwettaq b'appliazzjoni ta' moduli kif speċifikat f'Anness III ta' dan l-STI.

Proċeduri għall-istima tal-konformità, deskrizzjonjiet tal-metodi tat-testjar għall-kostitwenti ta' l-interoperabilità: konnessjonijiet tas-sistema ta' l-iskarika tat-toilets, tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset (sockets elettriċi) u adatturi tal-mili ta' l-ilma, kif definiti fil-Kapitolu 5 ta' dan l-STI, huma indikati f'Anness II, Tabelli IIA, 11,2 u 11.3 ta' dan l-STI.

Sa fejn meħtieġ mill-moduli speċifikati f'Anness III ta' dan l-STI, l-istima tal-konformità ta' kostitwent ta' l-interoperabilità għandha ssir minn korp notifikat, meta indikat fil-proċedura, li miegħu l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunita' għamel l-applikazzjoni.

Il-fabbrikant ta' kostitwent ta' l-interoperabilità jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunita' għandu jagħmel dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE skond Artikolu 13(1) u l-Anness IV, Kapitolu 3 tad-Direttiva 96/48/KE qabel ma jqiegħed il-kostitwent ta' l-interoperabilità fuq is-suq. Dikjarazzjoni tal-KE li huma xierqa għall-użu mhix meħtieġa għall-kostitwenti ta' l-interoperabilità tas-subsistema tal-mantenuzzjoni.

6.1.2. Applikazzjoni tal-moduli

Stima tal-konformità

Għall-proċedura ta' l-istima ta' kull kostitwent ta' l-interoperabilità tas-subsistema tal-mantenuzzjoni, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu japplika l-proċedura interna għall-kontroll tal-produzzjoni (modulu A) indikat f'Anness III (III.1) ta' dan l-STI.

Definizzjoni tal-proċeduri ta' stima

Il-proċeduri ta' stima huma definit f'Anness III ta' dan l-STI.

L-istima tal-konformità għandha tkopri l-frażijiet u l-karatteristiċi kif indikat minn X fit-Tabelli 11.1, 11.2 u 11.3 ta' l-Anness II ta' dan l-STI.

6.2. SUBSISTEMA GĦALL-MANTENUZZJONI

6.2.1. Proċeduri ta' stima (moduli)

Fuq talba ta' l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità, il-korp notifikat iwettaq il-verifika tal-KE skond Artikolu 18(1) u l-AnnessVI tad-Direttiva 96/48/KE u skond id-disposizzjonijiet tal-moduli rilevanti kif speċifikat f'Anness III ta' dan l-STI.

Jekk l-entità ġudikanti tista' turi li t-testjiet jew il-verifiki għal applikazzjonijiet ta' qabel jibqgħu validi fl-applikazzjoni l-ġdida, il-korp notifikat għandu jikkunsidrahom fl-istima tal-konformità.

Proċeduri ta' stima għall-verifika tal-KE tas-subsistema tal-manutenzzjoni, lista ta' speċifikazzjonijiet jew deskrizzjonijiet tal-proċeduri tat-testijiet huma indikati f'Anness II, Tabella 11.4 ta' dan l-STI.

Sa fejn speċifikat f'dan l-STI, il-verifika tal-KE tas-subsistema tal-mantenuzzjoni għandha tikkonsidra l-interfaces tagħha ma' subsistemi oħrajn tas-sistema tal-ferroviji b'veloċità għolja trans-Ewropea.

L-entità ġudikanti għandha tagħmel dikjarazzjoni ta' verifika tal-KE għas-subsistema għall-mantenuzzjoni skond Artikolu 18(1) u l-Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

6.2.2. Applikazzjoni tal-moduli

6.2.2.1. Stallazzjonijiet fissi

Għall-proċedura tal-verifika tas-subsistema għall-mantenuzzjoni (stallazzonijiet imħallta), l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità tista' tagħżel jew:

- il-proċedura tal-verifika ta' l-unità (module SG) indikata f'Anness III (III.5) ta' dan l-STI, jew

- il-proċedura ta' l-assikurazzjoni ta' kwalità kompleta b'eżami tad-diżinn (modulu SH2) indikata f'Anness III(III.6) ta' dan l-STI

Il-modulu SH2 jista' jintgħażel biss fejn l-attivitajiet kollha li jikkontribwixxu għall-proġett tas-subsistema li għandu jiġi vverifikat (diżinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni), huma suġġetti għal sistema ta' kwalità għad-diżinn, produzzjoni, ispezzjoni u testjar finali tal-prodott, approvati u sorveljat minn korp notifikat.

L-istima għandha tkopri l-frażijiet u l-karatteristiċi kif indikati fit-Tabella 11.4 ta' Anness II ta' dan l-STI.

6.2.2.2. Stallazzjonijiet abbord

Għall-proċedura tal-verifika tas-subsistema għall-mantenuzzjoni (stallazzjonijiet abbord), l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità tista' tagħżel jew:

- il-proċedura ta' l-eżami tat-tip (modulu SB) indikata f'Anness III (111.2) ta' dan l-STI għall-fażi tad-diżinn u l-iżvilupp flimkien ma':

- jew il-proċedura ta' l-assikurazzjoni tal-kwalita' tal-prodott (modulu SD) indikata f'Anness Ill (111.3), jew il-proċedura tal-verifika tal-prodott (modulu SF) indikata f'Anness III (IIIA) ta' dan l-STI, għall-fażi tal-produzzjoni, jew

- il-proċedura ta' l-assikurazzjoni ta' kwalita' kompleta b'eżami tad-diżinn (modulu SH2) indikata f'Anness (111.6) ta' dan l-STI għall-fażijiet kollha.

Il- modulu SD jista' jintgħażel biss fejn l-attivitajiet kollha li jikkontribwixxu għall-proġett tas-subsistema lli għandu jiġi vverifikat (manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni) huma suġġetti għal sistema ta' kwalita' għall-produzzjoni, ispezzjoni u testjar finali tal-prodott, approvati u sorveljat minn korp notifikat.

Il-modulu SH2 jista' jintgħażel biss fejn l-attivitajiet kollha li jikkontribwixxu għall-proġett tas-subsistema lli għandu jiġi vverifikat (diżinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni), huma suġġetti għal sistema ta' kwalità għad-diżinn, produzzjoni, ispezzjoni u testjar finali tal-prodott, approvati u sorveljati minn korp notifikat.

L-istima għandha tkopri l-frażijiet u l-karatteristiċi kif indikati fit-Tabella 11.5 ta' Anness II ta' dan l-STI.

7. IMPLEMENTAZZJONI TA' L-STI TAL-MANTENUZZJONI

7.1. PROĊEDURA TA' L-IMPLIMENTAZZJONI U ĦIN

7.1.1. Proċedura

L-implimentazzjoni ta' l-ispeċifikazzjonijiet dwar tagħmir ta' manutenzjoni huma bbażati fuq il-passi ġenerali li ġejjin:

Pass 1:

Il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock huwa eżaminat kemm mill-ġestitur ta' l-infrastruttura kif ukoll l-impriża tal-ferrovija.

Pass 2:

Isir studju ekonomiku kemm mill-ġestitur ta' l-infrastruttura kif ukoll l-impriża tal-ferrovija li fuq il-bażi tiegħu l-iskeda inizjali tista' tiġi modifikata.

7.1.2. Ħin

Minħabba-.

- il-ħin meħtieġ biex jinbnew jew jiġu modifikati l-istallazzjonijiet fissi, u jitqiegħdu f'posthom it-toilet mobbli u t-trolleys ta' l-iskarika,

- il-prinċipju li bih il-konformità ma' rekwiżiti ta' l-interoperabilità ta' stallazzjonijiet fissi diġa' eżistenti huwa possibbli biss jekk inkorporat fi skedi ta' tiġdid u tiswija fuq terminu twil,

il-ħin ta' l-implimentazzjoni għandu jiġi negozjat bejn il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija.

Partikolarment, jekk l-impriża tal-ferrovija tixtieq tibda topera r-rotta interoperabbli f'żmien mhux kompatibbli ma' dawn il-kostrizzjonijiet, allura l-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija għandhom jinnegozjaw soluzzjonijiet temporanji (bħal jagħmlu skedi ta' rolling stock temporanji).

7.1.3. Implementazzjoni tat-tagħmir tal-mantenuzzjoni (linji tal-kategoriji kollha)

7.1.3.1. Binarji ta' l-istabling

L-ewwel pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija jeżaminaw flimkien il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock propost mill-impriża tal-ferrovija , u jidentifkaw iż-żoni tan-network interoperabbli, fuq ir-rotta konsidrata, fejn it-trainsets għandhom (skond dan il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock) jiġu stabled u fejn mhemmx (jew m'hemmx biżżejjed) binarji ta' l-istabling li jilħqu r-rekwiżiti ta' l-STI.

It-tieni pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija iwettqu flimkien studju ekonomiku, li possibbilment iwassal għal modifiki ta' l-iskeda tar-rolling stock. Dawk il-modifiki, dwar in-numru u/jew lok taż-żoni ta' l-istabling tat-trainsets, jimminimizzaw in-numru ta' binarji ta' l-istabling ġodda (konformi ma' l-STI tal-manutenzjoni) li jkollhom jinbnew kif ukoll in-numru ta' binarji ta' l-istabling diġa' eżistenti li jkollhom isiru konformi ma' dan l-STI.

7.1.3.2. Faċilitajiet tal-provista ta' l-ilma

L-ewwel pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija jeżaminaw flimkien il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock propost mill-impriża tal-ferrovija , u jidentifkaw iż-żoni tan-network interoperabbli, fuq ir-rotta konsidrata, fejn it-trainsets għandhom (skond dan il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock) jiġu forniti bl-ilma, u fejn mhemmx (jew m'hemmx biżżejjed) faċilitajiet tal-provista ta' l-ilma li jilħqu r-rekwiżiti ta' l-STI.

It-tieni pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija iwettqu flimkien studju ekonomiku, li possibbilment iwassal għal modifiki ta' l-iskeda tar-rolling stock. Dawk il-modifiki, dwar in-numru u/jew lok taż-żoni fejn it-trainsets jiġu forniti bl-ilma, jimminimizzaw in-numru ta' faċiltajiet ġodda (konformi ma' l-STI tal-manutenzjoni) ta' fornitura ta' l-ilma) li jkollhom jinbnew kif ukoll in-numru ta' faċilitajiet diġa' eżistenti li jkollhom isiru konformi ma' dan l-STI.

7.1.3.3. Trolleys ta' l-iskarika tat-toilets mobbli

L-ewwel pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija jeżaminaw flimkien il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock propost mill-impriża tal-ferrovija , u jidentifkaw iż-żoni tannetwork interoperabbli, fuq ir-rotta konsidrata, fejn għandu jkun possibbli (skond dan il-proġett ta' l-iskeda tar-rolling stock) li t-toilets tat-trainsets jiġu skarikati fejn meħtieġ , u fejn mhemmx (jew m'hemmx biżżejjed) faċilitajiet għall-iżvujtar tat-toilets fissi li jippermettu din l-operazzjoni fuq dawk it-trainsets.

It-tieni pass: il-ġestitur ta' l-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija iwettqu flimkien studju ekonomiku, li possibbilment iwassal għal modifiki ta' l-iskeda tar-rolling stock. Dawk il-modifiki, dwar in-numru u/jew lok taż-żoni fejn ikun possibbli li jiġu skarikati t-toilets tat-trainsets fejn meħtieġ, jimminimizzaw in-numru ta' trolleys ta' l-iskarika tat-toilets (konformi ma' l-STI tal-manutenzjoni) li jkollhom jitqiegħdu fuq dawk iż-żoni.

7.2. KAŻIJIET SPEĊIFIĊI: DETTALJI TA' L-APPLIKAZZJONI

(Xejn)

7.3. RAKKOMANDAZZJONI

Bl-għan li dejjem tittejjeb il-kwalità ta' l-ilma fil-vetturi għal traffiku b'veloċità għolja, huwa rakkomandat illi l-stallazzjonijiet fil-punt 4.2.2.2.4 jintużaw b'tali mod li l-vetturi jimtlew bl-ilma konformement mad-Direttiva 83/18/KE. F'dak il-każ, l-stallazzjonijiet mhux fissi, il-hoses u n-nozzles, għandhom jintmessu b'attenzjoni sabiex tinżamm il-kwalità ta' l-ilma.

--------------------------------------------------

ANNESS I

SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif speċifikat fl-STI, ir-ridondanzi inkorporati fit-trainsets ta' veloċità għolja għandhom jippermettu xogħol ta' manutenzjoni preventiv u korrettiv li jsir l-aktar fid-depot tal-manutenzjoni tar-rolling stock indikat.

Iżda, xi tipi ta' ħsara, li hemm eżempji tagħhom aktar ‘l isfel, jistgħu jwasslu:

- jew għal modi ta' operazzjoni degradati għar-rolling stock u restrizzjonijiet ta' operazzjoni (restrizzjoni tal-veloċità, għeluq ta' vaguni, eċċ,

- jew għall-ħtieġa ta' manutenzjoni korrettiva fil-venda tal-ferrovija.

Minħabba li huwa importanti għal raġunijiet finanzjarji li mhux kull venda tiġi attrezzata b'faċilitajiet speċjali, u lanqas li jintrabtu provvisti ta' partijiet mhux użati ħafna, u minħabba d-diffikultà li jinżammu ħaddiema mħarrġa fuq ħafna tipi ta' rolling stock, operazzjonijiet ta' manutenzjoni korrettiva għandhom isiru skond waħda mill-erba' arranġamenti li ġejjin:

- tiswijiet bażiċi li jistgħu jitwettqu minn ħaddiema tal-ferrovija mingħajr għarfien speċifku tat-tip ta' rolling stock,

- tiswijiet imwettqa b'appoġġ speċjalist mid-depot proprju permezz ta' konnessjoni bit-telefon

- tiswijiet imwettqa minn tim mid-depot proprju mibgħut mill-ewwel fuq il-post,

- iżolament tal-komponent bil-ħsara u t-trainset ritornat fid-depot proprju f'każ ta' servizz mhux kummerċjali

Il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' l-operazzjoni f'mod degradat jew it-tiswijiet li ġejjin parzjali jew temporanji għandhom jiġu approvati f'kull każ għalih skond l-ispeċifikazzjonijiet tar-rolling stock u r-regoli jew regolamenti li jiggvernaw il-ħidma tal-ferroviji fil-pajjiżi traversati (ftehim bilaterali meħtieġa).

Eżempji ta' ħsara possibbli:

- evidenza ta' roti ċatti

- kaxxa tal-fus taħraq

- fus wieqaf

- bibien tad-dħul imwaħħla

- ħsara fil-klimatizzaturi

- twieqi mkissrin

- pantografu ma jaħdimx

- toilets ma jaħdmux

- tagħmir tal-kontroll tal-ferrovija bil-ħsara (TVM, LZB, RS 4 codes…)

- ħsara fil-ħorn jew il-fanali ta' quddiem

- ħsara fil-molla tas-sospensjoni

- ħsara fil-bogie

- ħsara fid-dampers

- ħsara fil-coupling

- għeluq fil-provista' ta' l-enerġija tat-trainset

- ħsara fid-dwal .

--------------------------------------------------

ANNESS II

STIMA TAL-KONFORMITÀ

STIMA TAL-KOSTITWENTI TA' L-INTEROPERABILITÀ

11.1. Skop

Dan l-Anness jindika l-istima tal-konformità ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità: konnessjonijiet għas-sistema għall-iskarikar tat-toilets,tagħmir għat-tindif ta' l-intern tat-trainset (sockets elettriċi), u adatturi għall-mili ta' l-ilma tas-subsistema tal-manutenzjoni.

11.2. Karatteristiċi

Il-karatterisitċi tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità li għandhom jiġu stmati fil-fażijiet differenti ta' diżinn u produzzjoni huma mmarkati b'X fit-Tabella 11.1, Tabella 11.2 u t-Tabella 11.3.

Tabella 11.1.

Stima tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità: konnessjonijiet għas-sistema għall-iskarikar tat-toilets

m.j. : ma jgħoddx

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Karatteristiċi li għandhom jiġu stmati | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti |

Karatteristika | Klawsola | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tal-produzzjoni (serje) |

Rivista tad-diżinn | Rivista tal-proċess tal-manifattura | Test tat-tip | Esperjenza fis-servizz |

Tip u dimensjonijiet | 5.3.1. | X | m.j. | m.j. | m.j. | X |

Tabella 11.2

Stima tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità: tagħmir tat-tindif ta' l-intern tat-trainset (sockets elettriċi).

m.j. : ma jgħoddx

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Karatteristiċi li għandhom jiġu stmati | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti |

Karatteristika | Klawsola | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tal-produzzjoni (serje) |

Rivista tad-diżinn | Rivista tal-proċess tal-manifattura | Test tat-tip | Esperjenza fis-servizz |

Tip u dimensjonijiet | 5.3.3 | X | m.j. | m.j. | m.j. | X |

Tabella 11.3.

Stima tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità: konnessjonijiet għas-sistema għall-iskarikar tat-toilets

m.j. : ma jgħoddx

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Karatteristiċi li għandhom jiġu stmati | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti |

Karatteristika | Klawsola | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tal-produzzjoni (serje) |

Rivista tad-diżinn | Rivista tal-proċess tal-manifattura | Test tat-tip | Esperjenza fis-servizz |

Tip u dimensjonijiet | 5.3.5 | X | m.j. | m.j. | m.j. | X |

STIMA TAS-SUBSISTEMA TAL-MANUTENZJONI

11.3. SKOP

Dan l-Anness jindika l-istima tal-konformità tas-subsistema tal-manutenzjoni

11.4. Karatteristiċi

Il-karatteristiċi tas-subsistema li għandha tiġi stmata fil-fażijiet diversi ta' diżinn, stallazzjoni u operazzjoni huma mmarkati b'X fit-Tabelli 11.4(għal stallazzjonijiet fissi u 11.5 (għal stallazzjonijiet abbord)

Tabella 11.4.

Stima tas-subsistema tal-manutenzjoni (stallazzjonijiet fissi)

m.j. : ma jgħoddx.

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

Karatteristiċi li għandhom jiġu stmati | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti | Stima fil-fażi segwenti |

Karatteristika | klawsola | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tal-produzzjoni | Fażi tal-produzzjoni | Fażi tal-produzzjoni |

Rivista tad-diżinn | Kostruzzjoni, assemblaġġ, tqegħid fis-servizz | Assemblat, qabel it-tqegħid fis-servizz | Validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħaħ |

Magna tal-ħasil

Għoli li jrid jitnaddaf | 4.2.2.2.1 | X | m.j. | m.j. | X |

Veloċità | 4.2.2.2.1 | X | m.j. | m.j. | X |

Sistema ta' l-iżvujtar mobbli

Funzjonijiet | 4.2.2.2.2 | X | m.j. | m.j. | X |

Pressa | 4.2.2.2.2 | X | m.j. | m.j. | X - |

Kompatibilità ma' toilets abbord | 4.2.2.2.2 | X | m.j. | m.j. | X |

Binarji ta' l-istabling

Tul u karatteristiċi ġeometriċi | | X | m.j. | m.j. | X |

Faċilitajiet għall-fornitura ta' l-ilma u r-ramel

Kwalita' ta' l-ilma | 4.2.2.2.4 | X | m.j. | m.j. | X |

Disponibilità tar-ramel | 4.2.2.2.5 | X | m.j. | m.j. | X |

Kwalità tar-ramel | 4.2.2.2.5 | X | m.j. | m.j. | X |

Tabella11.5.

Stima tas-subsistema tal-manutenzjoni (stallazzjonijiet abbord)

m.j. : ma jgħoddx

1 | 2 | 3 | 4 |

Karatteristiċi li għandhom jiġu stmati | Modulu għall-istima fil-fażi segwenti | Modulu għall-istima fil-fażi segwenti | Modulu għall-istima fil-fażi segwenti |

Karatteristika | Klawsola | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tad-diżinn u ta' l-iżvilupp | Fażi tal-produzzjoni |

Rivista tad-diżinn | Test tat-tip | Kwalità tal-produzzjoni serjali |

Żvujtar tat-toilets

Teknoloġija tat-toiletsli tippermetti żvujtar f'intervalli ta' tlitt ijiem | 4.2.2.2.2 | X | m.j. | m.j. |

Provista ta' enerġija għat-tindif minn ġewwa

enerġija – Vultaġġ | 4.2.2.2.3 | X | X | m.j. |

Disponibbilita' ta' sockets elettriċi | 4.2.2.2.3 | X | m.j. | m.j. |

Spazjar tas-sockets | 4.2.2.2.3 | X | m.j. | m.j. |

Trainsets fuq standby

Livell ta' storbju meta wieqaf | 4.2.2.2.6 | X | X | m.j. |

Kapaċità li jiġi stabled mingħajr ekwipaġġ abbord u bil-provista ta' enerġija awżiljarja sostnuta | 4.2.2.2.6 | X | m.j. | m.j. |

Brejk ta' l-ipparkjar | 4.2.2.2.6 | X | m.j. | m.j. |

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURI TA' STIMA (MODULI)

10.1. Modulu A (Kontroll tal-produzzjoni interna)

Stima tal-konformità tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura fejn il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, li jwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2, jaċċerta u jiddikara li l-kostitwent ta' l-interoperabilità konċernat jissoddisfa r-rekwiżiti ta' l-STI li jgħodd għalih.

2. Il-fabbrikant għandu jwaqqaf id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li tiġi stmata l-konformità tal-kostitwent ta' l-interoperabilità mar-rekwiżiti ta' dan l-STI, sa fejn rilevanti għal din l-istima, għandha tkopri d-diżinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-kostitwent ta' l-interoperabilità. Sa fejn rilevanti għal din l-istima id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha:

- deskrizzjoni ġenerali tal-kostitwent ta' l-interoperabilità,

- tpinġijiet u skemi konċettwali tad-diżinn u l-manifattura tal-komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u skemi msemmija u l-operazzjoni tal-kostitwent ta' l-interoperabilità,

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (STI rilevanti u/jew speċifikazzjonijiet Ewropej b'klawsoli rilevanti, imsemmija fl-STI), applikati sħaħ jew f'parti,

- deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' dan l-STI, fejn l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija fl-STI ma ġewx applikati b'mod sħiħ,

- riżultati ta' kalkoli tad-diżinn li saru, eżamijiet li twettqu, eċċ,

- rapporti tat-testijiet

4. Il-fabbrikant għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-manifattura jaċċerta l-konformità tal-kostitwent ta' l-interoperabilità fabbrikat mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta' l-STI li jgħoddu għalih.

5. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub. Il-kontenut ta' din id-dikjarazzoni għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni indikata f'Anness N(3) tad-Direttiva 96/48/KE u Artikolu 13(3) tagħha. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandu jkollhom data u jiffirma.

Id-dikjarazzjoni għandha tkun miktuba bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u jkun fih dawn li ġejjin:

- ir-riferenza tad-Direttiva (Direttiva 96/48/KE u Direttivi oħrajn li jista' jkun suġġett għalihom il-kostitwent ta' l-interoperabilità),

- isem u indirizz tal-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità (agħti l-isem kummerċjali u indirizz sħiħ u fil-każ ta' rappreżentant awtorizzat, agħti wkoll isem kummerċjali tal-fabbrikant jew il-kostruttur),

- deskrizzjoni tal-kostitwent ta' l-interoperabilità (għamla, tip, eċċ.),

- deskrizzjoni tal-proċedura (modulu) segwita biex tiġi dikjarata l-konformità,

- id-deskrizzjonijiet kollha rilevanti milħuqa mill-kostitwent ta' l-interoperabilità u partikolarment il-kondizzjonijiet ta' l-użu tiegħu,

- referenza għal dan l-STI u kull TSI ieħor applikabbli, u fejn xieraq riferenza għal speċifikazzjonijiet Ewropej,

- identifikazzjoni tal-firmatarju li ngħata awtorità li jorbot lill-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

6. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformitàtal-KE mad-dokumentazzjoni teknika għal terminu ta' 10 snin wara li jkun ġie fabbrikat l-aħħar kostitwent ta' l-interoperabilità.

Fejn la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huwa stabbilit fil-Komunità, l-obbligazzjoni li tinżamm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika hija r-responsabbilità tal-persuna li tqiegħed il-kostitwent ta' l-interoperabilità fuq is-suq Komunitarju.

7. Jekk minbarra d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE, l-STI jeħtieġ li issir dikjarazzjoni tal-KE li huwa xieraq għall-użu dak il-kostitwent ta' l-interoperabilità, din id-dikjarazzjoni għandha tiżdied wara li tinħareġ mill-fabbrikant taħt il-kondizzjonijiet ta' modulu V.

III.2. MODULU SB (Eżami dwar tip tal-KE)

Verifikazzjoni tas-subsistema tal-manutenzjoni tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-parti tal-proċedura tal-verifka tal-KE fejn korp notifikat jivverifika u jattesta fuq talba ta' l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità, li tip ta' subsistema ta' manutenzjoni, rappreżentanti għall-produzzjoni prevista,

- tikkonforma ma' dan l-STI u kull STI ieħor applikabbli, li juri li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 96/48/KE intlaħqu,

- tikkonforma mar-regolamenti l-oħrajn derivanti mit-Trattat.

2. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità għandha tagħmel applikazzjoni għal verifika tal-KE (permezz ta' eżami dwar tip) tas-subsistema ma' korp notifikat magħżul minnha.

L-applikazzjoni tinkludi:

- isem u indirizz ta' l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha,

- id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.

3. L-applikant g]andu jpoġġi għad-disposizzjoni tal-korp notifikat kampjun tas-subsistema, li jirrapreżenta l-produzzjoni maħsuba u minn hawn "il quddiem msejħa" tip'.

Tip jista' jkopri diversi verżjonijiet tas-subsistema sakemm id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx id-disposizzjonijiet ta' l-STI.

Il-korp notifikat jista' jitlob speċifikazzjonijiet oħrajn jekk meħtieġa biex iwettaq il-programm tat-test.

Jekk meħtieġ għal metodi ta' testijiet jew eżamijiet speċifiċi u speċifikat fl-STI jew fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48KE, għandu jingħata wkoll kampjun jew kampjuni ta' subassemblaġġ jew assemblaġġ jew kampjun tas-subsistema f'kondizzjoni pre-assemblata.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li d-diżinn, manifattura, stallazzjoni u operazzjoni tas-subsistema jinftiehmu, u għandha tippermetti li tiġi stmata l-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/48/KE u ta' l-STI. Għandha, sa fejn rilevanti għal din l-istima, tkopri d-diżinn, manifattura u operazzjoni tas-subsistema.

Għandha tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tas-subsistema, id-diżinn u l-istruttura ġenerali tagħħa,

- tpinġijiet u skemi konċettwali tad-diżinn u l-fabbrikazzjoni ta' komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u skemi msemmija u l-operazzjoni tal-prodott,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinji tekniċi, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej, li ġew applikati,

- l-evidenza appoġġanti meħtieġa għall-adegwatezza tagħħom, partikolarment fejn ma ġewx applikati b'mod sħiħ speċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48/KE u l-klawsoli rilevanti,

- lista tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità li għandhom jiġu inkorporati fis-subsistema,

- dokumentazzjoni teknika dwar il-manifattura u l-assemblaġġ tas-subsistema,

- lista ta' fabbrikanti, involuti fid-diżinn, manifattura, assemblaġġ u stallazzjoni tas-subsistema,

- kondizzjonijiet għall-użu u l-manutenzjoni tas-subsistema (restrizzjonijiet dwar ħin jew distanza ta' l-operat, limiti ta' therrija, eċċ),

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48/KE jew fl-ispeċifikazzjoni tad-diżinn tekniku,

- riżultati ta' kalkoli tad-diżinn li saru, eżamijiet li twettqu, eċċ,

- rapporti tat-testijiet

Jekk l-STI jeħtieġ aktar informazzjoni għad-dokumentazzjoni teknika, din għandha tiġi inkluża.

4. Il-korp notifikat għandu:

4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika;

4.2. jekk l-STI jitlob reviżjoni tad-diżinn, iwettaq eżami tal-metodi tad-diżinjar, l-għodda tad-diżinjar u r-riżultati tad-diżinjar sabiex jistma l-kapaċità tagħhom li jilħqu r-rekwiżiti għall-konformità tas-subsistema meta jiġi kompletat il-proċess tad-diżinjar;

4.3. jekk l-STI jitlob testijiet dwar tip, jivverifika li l-kampjun(i) tas-subsistema jew ta' l-assemblaġġi jew subassemblaġġi tas-subsistema, meħtieġa biex jitwettqu testijet dwar tip, ġie/ġew fabbrikat/i konformi mad-dokumentazzjoni teknika u wettaq jew wettqu testijiet dwar tip skond id-disposizzjonijiet ta' l-STI u l-ispeċifikazzonijiet Ewropej konċernati;

4.4. jidentifika l-elementi li ġew diżinjati skond id-disposizzjonijiet ta' l-STI u l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48/KE, kif ukoll l-elementi li ġew diżinjati mingħajr applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej;

4.5. iwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet adegwati skond il-punti 4.2. u 4.3. sabiex jistabbilixxi jekk, fejn intgħażlu l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej rilevanti, dawn ġew fil-fatt applikati;

4.6. iwettaq jew ikun wettaq l-eżamijiet adegwati u t-testijiet meħtieġa skond il-punti 4.2. u 4.3. sabiex jistabbilixxi jekk, fejn l-entità ġudikanti jew il-fabbrikant(i) għażlet/għażel/għażlu li t/japplika(w) l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej rilevanti (standards), dawn ġew fil-fatt applikati;

4.7. jiftiehem ma' l-applikant dwar il-post fejn għandhom jitwettqu l-eżamijiet u t-testijet neċessarji

5. Fejn it-tip jilħaq id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/48/KE u ta' l-STI, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' eżami dwar tip lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz ta' l-entità ġudikanti u l-fabbrikant(i), konklużjonijiet ta' l-eżami, kondizzjonijiet għall-validità tiegħu u l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

It-terminu tal-validità m'għandux ikun itwal minn tliet snin.

Lista tal-partijiet rilevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tinhemeż maċ-ċertifikat, u tinżamm kopja mill-korp notifikat.

Jekk l-entità ġudikanti jew ir-rapprezentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità tiġi mċaħħda minn ċertifikat ta' eżami dwar tip, il-korp notifikat għandu jagħti raġunijet dettaljati għal din iċ-ċaħda.

Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

6. L-applikant għandu jinforma lill-korp notifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika dwar iċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE dwar kull modifika għas-subsistema approvata li għandha tirċeivi approvazzjoni addizzjonali fejn dawn it-tibdiliet jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI jew il-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tas-subsistema. L-approvazzjoni addizzjonali tingħata fil-forma ta' addizzjoni liċ-ċertifikat oriġinali ta' l-eżami dwar tip tal-KE, jew jinħareġ ċertifikat ġdid wara li jiġi rtirat iċ-ċertifikat l-antik.

7. Jekk ma tkunu saret l-ebda modifika skond il-punt 6, il-validità ta' ċertifikat li ser jiskadi tista' tiġi estiża għal terminu ieħor ta' validitàà. L-applikant japplika għal din il-prolungazzjoni b'konferma bil-miktub li ma jkunu saru l-ebda modifiki bħal dawn, u l-korp notifikat joħroġ prolungazzjoni għal terminu ieħor ta' validità skond il-punt 5, jekk ma teżisti l-ebda informazzjoni kontrarja. Din il-proċedura tista' tittenna.

8. Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-korpijiet notifikati l-oħrajn l-informazzjoni dwar iċ-certifikati ta' l-eżami dwar tip tal-KE li jkun irtira jew ċaħad.

9. Il-korpijiet notifikati l-oħrajn jistgħu jirċievu kopji taċ-certifikati ta' l-eżami dwar tip maħruġa u/jew l-addizzjonijiet magħhom fuq talba. L-Annessi taċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-disposizzjoni tal-korpijiet notifikati l-oħrajn.

10. L-entità ġudikanti jew ir-rapprezentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità għandha żżomm mad-dokumentazzjoni teknika kopji taċ-certifikati ta' l-eżami dwar tip u l-addizzjonijiet tagħhom matul it-terminu tas-servizz kollu tas-subsistema; għandha tintbagħat lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jitlobha.

III.3. Modulu SD (Assikurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni)

Verifika tal-KE tas-subsistema tal-manutenzjoni

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura tal-verifika tal-KE fejn korp notifikat jivverifika u jattesta, fuq talba ta' entità ġudikanti jew ir-rapprezentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità li subsistema tal-manutenzjoni , li għaliha nħareġ ċertifikat ta' eżami dwar tip tal-KE minn korp notifikat,

- tikkonforma ma' dan l-STI u kull STI ieħor applikabbli, li juri li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 96/48/KE intlaħqu,

- tikkonforma mar-regolamenti l-oħrajn derivanti mit-Trattat u tista' titqiegħed fis-servizz.

Il-korp notifikat iwettaq il-proċedura, bil-kondizzjoni li l-entità ġudikanti u l-fabbrikanti involuti jissoddisfaw l-obbligi taħt il-punt 2.

2. Għas-subsistema, li hija soġġetta għal-proċedura tal-verifika tal-KE, l-entità ġudikanti għandha tikkontratta biss ma' fabbrikanti li l-attivitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall-proġett tas-subsistema li għandu jiġi verifikat (manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni) huma soġġetti għal sistema ta' kwalità approvata għall-manifattura u ispezzjoni u testjar finali tal-prodott kif speċifikat fil-punt 3 u li hija soġġetta għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

It-terminu "fabbrikant" fis-sens ta' dawn id-disposizzjonijiet, jinkludi wkoll kumpanniji:

- responsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment responsabbilità għall-integrazzjoni tas-subsistema (kuntrattur ewlieni)),

- twettiq ta' assemblaġġ (assemblaturi) u stallazzjoni tas-subsistema.

Il-kuntrattur ewlieni risponsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment responsabbilità għall-integrazzjoni tas-subsistema), għandu jopera f'kull każ sistema ta' kwalità approvata għall-manifattura u ispezzjoni u testjar finali tal-prodott, kif speċifikat fil-punt 3 u li hija soġġetta għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

Fil-każ li l-entità ġudikanti hija direttament involuta fil-produzzjoni (inklużi assemblaġġ u stallazzjoni), jew li l-entità ġudikanti stess hija responsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment responsabbilità għall-integrazzjoni tas-subsistema), għandha topera għal dawk l-attivitajiet sistema ta' kwalità approvata, kif speċifikat fil-punt 3 u li hija soġġetta għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant(i) involut(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti, għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-istima tas-sistema tal-kwalità tagħħom ma' korp notifikat magħżul minnhom. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- informazzjoni kollha rilevanti għas-subsistema maħsuba,

- id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika tat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip, maħruġa wara t-tlestija tal-proċedura ta' l-eżami dwar tip tal-modulu SB.

Għall-fabbrikanti, involuti biss f'parti mill-proġett tas-subsistema, l-informazzjoni hija mitluba biss għal dik il-parti rilevanti speċifika.

3.2. Għall-kuntrattur ewlieni is-sistema tal-kwalità għandha taċċerta konformità ġenerali tas-subsistema mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip u konformità ġenerali tas-subsistema mar-rekwiżiti ta' l-STI. Għal fabbrikanti oħrajn (subprovdituri) is-sistema tal-kwalità għandha taċċerta konformità tal-kontribuzzjoni rilevanti tagħħom għas-subsistema mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip u mar-rekwiżiti ta' l-STI.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-disposizzjonijiet kollha adotttati mill-applikanti għandhom jiġu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' politiki , proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità taċċerta ftehim komuni tal-politiki u proċeduri tal-kwalità bħal programmi, pjanijiet, kotba u records tal-kwalità.

Għandu jkun fiha partikolarment deskrizzjoni adegwata ta' l-oġġetti segwenti għall-applikanti kollha:

- l-għanijiet tal-kwalità u struttura ta' l-organizzazzjoni,

- it-tekniċi korrispondenti dwar manifattura, kontroll tal-kwalità u assikurazzjoni tal-kwalità, proċessi u azzjonijiet sistematiċi użati,

- l-eżamijiet, il-verifiki u t-testjiet li ser jitwettqu qabel, waqt u wara l-manifattura, assemblaġġ u stallazzjoni u l-frekwenza li biha ser jitwettqu,

- ir-records tal-kwalità, bħal rapporti ta' l-ispezzjonijiet u informazzjoni tat-testijiet, informazzjoni tal-kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifiki tal-ħaddiema konċernati, eċċ, u għall-kuntrattur ewlieni,

- responsabbilitajiet u poteri tal-ġestjoni dwar il-kwalità ġenerali tas-subsistema, inkluża partikolarment il-ġestjoni ta' l-integrazzjoni tas-subsistema

L-eżamijiet, it-testijiet u l-verifiki għandhom ikopru dawn l-istadji kollha:

- struttura tas-subsistema, inklużi partikolarment attivitajiet ta' inġinerija ċivika, assemblaġġ tal-kostitwenti, aġġustamenti finali.

- testjar finali tas-subsistema.

- u, fejn speċifikat fl-STI, il-validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħiħa.

3.3. Il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1 għandu jagħmel stima tas-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk din tissoddisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi konformità ma' dawn ir-ekwiżiti dwar sistemi tal-kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti. Dan l-istandard armonizzat għandu jkun EN ISO 9001 – Diċembru 2000, kompletat fejn meħtieġ biex jikkunsidra l-ispeċifiċità tas-subsistema li ġie implimentat għaliha.

Il-verifika (audit) għandha tkun speċifika għas-subsistema konċernata, filwaqt li tikkunsidra l-kontribuzzjoni speċifika ta' l-applikant għas-subsistema. It-tim tal-verifika għandu jkollu għall-inqas membru wieħed bl-esperjenza bħala stimatur fit-teknoloġija konċernata tas-subsistema. Il-proċedura ta' valutazzjoni għandha tinkludi żjara ta' stima fuq il-post ta' l-applikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-applikant. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-istima raġunata.

3.4. Il-fabbrikant(i) u jekk involuta, l-entità ġudikanti għandhom jintrabtu li jwettqu l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità kif approvata u li jmantnuha sabiex tibqa' adegwata u effiċjenti.

Għandhom iżommu lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema tal-kwalità infurmat dwar aġġornar maħsub tas-sistema tal-kwalità.

Il-korp notifikat għandu jagħmel stima tal-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità emendata tissoddisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew hijiex meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu. Din in-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deciżjoni raġunata dwar l-istima.

4. Sorveljanza tas-sistema/i tal-kwalità taħt il-korp notifikat/kopijiet notifikati

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li taċċerta li l-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti, jilħqu l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità approvata.

4.2. Il-korp notifikat kif imsemmi fil-punt 3.1 għandu jkollu aċċess permanenti għal skopijiet ta' ispezzjoni għall-postijiet ta' siti ta' kostruzzjoni, workshops tal-produzzjoni, lokazzjonijiet ta' assemblaġġ u stallazzjoni, żoni ta' ħażna u, fejn xieraq, faċilitajiet ta' prefabbrikazzjoni jew testjar u, aktar ġeneralment, għall-postijiet kollha fejn jikkunsidra meħtieġ għall-funzjoni tagħha, skond il-kontribut speċifiku ta' l-applikant fil-proġett tas-subsistema.

4.3. Il-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandu jibgħat lill-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1 (jew ikollu mibgħut lilu) id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak l-iskop u partikolarment il-pjanijiet ta' l-implimentazzjoni u r-records tekniċi dwar is-subsistema (sa fejn rilevanti għall-kontribut speċifiku ta' l-applikant fis-subsistema), partikolarment:

- id-dokumenti tas-sistema tal-kwalità, inklużi partikolarment meżżi implimentati biex jiġi aċċertat li:

- (għall-kuntrattur ewlieni) responsabbilitajiet u poteri ġenerali tal-ġestjoni għall-konformità tas-subsistema kollha sħiħa huma definiti b'mod suffiċjenti u sew,

4.4. Il-korp notifikat/korpijiet notifikati għandu/ghandhom perjodikament iwettaq/iwettqu verifiki biex jiġi aċċertat li l-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti jmantnu u japplikaw is-sistema tal-kwalità u għandu jipprovdilhom rapport tal-verifika.

Il-frekwenza tal-verifiki għandha tkun għall-inqas darba f'sena, b'għall-inqas verifika waħda waqt it-terminu fejn jitwettqu l-attivitajiet rilevanti (manifattura, assemblaġġ jew stallazzjoni) għas-subsistema li hija s-suġġett tal-proċedura tal-verifika tal-KE msemmija fil-punt 6.

4.5. Addizzjonalment il-korp notifikat/korpijiet notifikati jista'/jistgħu jżur/jżuru mingħajr preavviż lis-siti msemmija fil-punt 4.2. ta' l-applikant(i). Fil-ħin ta' dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista' jagħmel verifiki sħaħ jew parzjali u jista' jwettaq jew ikollu mwettaq testijiet, sabiex jivverifika l-funzjonar tajjeb tas-sistema tal-kwalità fejn meħtieġ. Għandu jipprovdi lill-applikant(i) rapport ta' l-ispezzjoni u wkoll, jekk twettqet verifika, rapport tal-verifika, u jekk twettaq test, rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti għandhom, għal terminu ta' 10 snin wara li tkun ġiet fabbrikata l-aħħar subsistema, iżomm għad-disposizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-punt 3.4, il-punti 4.4 u 4.5.

6. Il-proċedura tal-verifika tal-KE

6.1. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha fil-Komunità għandha tagħmel applikazzjoni għall-verifika tal-KE tas-subsistema (permezz ta' assikurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni) inkluża koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-sistemi tal-kwalità bħal fil-punt 6.5, ma' korp notifikat magħżul minnha. Lentità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha tinforma lill-fabbrikanti involuti dwar din l-għażla u dwar l-applikazzjoni.

6.2. L-applikazzjoni għandha tippermetti li jinftiehmu d-diżinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni, u operazzjoni tas-subsistema u tippermetti li ssir stima tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI.

Għandha tinkludi:

- id-dokumentazzjoni teknika dwar it-tip approvat, inkluż iċ-ċertifikat dwar l-eżami tat-tip, kif maħriġ wara l-kompletazzjoni tal-proċedura definita fil-modulu SB, u, jekk mhux inklużi f'din id-dokumentazzjoni,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinn tekniku, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej, li ġew applikati,

- ix-xhieda appoġġanti meħtieġa għall-adegwatezza tagħhom, partikolarment fejn ma ġewx applikati b'mod sħiħ l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48. Din ix-xhieda appoġġanti għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet imsemmija mil-laboratorju xieraq tal-fabbrikant jew għalih,

- id-dokumentazzjoni teknika dwar il-manifattura u l-assemblaġġ tas-subsistema,

- lista tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità li għandhom jiġu inkorporati fis-subsistema,

- lista tal-fabbrikanti kollha, involuti fid-diżinjar, il-manifattura, l-assemblaġġ u l-stallazzjoni tas-subsistema,

- il-wirja li l-istadji kollha, kif imsemmija fil-punt 3.2, huma koperti minn sistemi tal-kwalità tal-fabbrikanti u /jew ta' l-entità aġġudikanti involuta u x-xhieda ta' l-effettivita' tagħhom,

- indikazzjoni tal-korp notifikat/korpijiet notifikati responsabbli għall-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' dawn is-sistemi tal-kwalità.

6.3. Il-korp notifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni dwar il-validità ta' l-eżami dwar tip u ċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip.

6.4. Il-korp notifikat għandu mbagħad jeżamina, jekk l-istadji kollha tas-subsistema msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-punt 3.2 huma b'mod suffiċjenti u tajjeb koperti mill-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-sistema/i tal-kwalità ta' l-applikant/i.

Jekk il-konformità tas-subsistema mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE u l-konformità tas-subsistema mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI hija bażata fuq aktar minn sistema tal-kwalità waħda, għandu jeżamina b'mod partikolari:

- jekk ir-relazzjonijiet u l-interfaces bejn is-sistemi tal-kwalità humiex dokumentati b'mod ċar, u

- jekk humiex definit b'mod suffiċjenti u tajjeb ir-responsabbilitajiet u l-poteri ġenerali tal-ġestjoni għall-konformità; tas-subsistema kollha u sħiħa għall-kuntrattur ewlieni.

6.5. Il-korp notifikat responsabbli għall-verfika tal-KE, jekk ma jwettaqx is-sorveljanza tas-sistema/i tal-kwalità konċernati bħal fil-punt 4, għandu jikkoordina l-attivitajiet tas-sorveljanza u kull korp notifikat ieħor responsabbli għal dik il-funzjoni, sabiex jaċċerta li ssir ġestjoni korretta ta' interfaces bejn is-sistemi tal-kwalità differenti minħabba l-integrazzjoni tas-subsistemi. Din il-koordinazzjoni tinkludi d-dritt tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika tal-KE:

- li jirċievi d-dokumentazzjoni kollha (approvazzjoni u sorveljanza) maħruġa mill-korpijiet notifikati l-oħrajn,

- li jkun xhud għall-verifiki tas-sorveljanza fil-punt 4.4,

- li jibda verifiki addizzjonali kif taħt il-punt 4.5 taħt ir-responsabbilità tiegħu u flimkien ma' korp notifikat ieħor/korpijiet notifikati oħra.

6.6. Fejn is-subsistema tilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI, il-korp notifikat għandu mbagħad, fuq il-bażi ta' l-eżami dwar tip u l-approvazzjoni u s-sorveljanzza tas-sistema/i tal-kwalità, joħroġ ċertifikat ta' verifika tal-KE maħsuba għall-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità, mbagħad toħroġ id-dikjarazzjoni tal-verifikat tal-KE maħsuba għall-awtorità sorveljanti fl-Istat Membru fejn hija u/jew fejn topera s-subsistema.

Id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom ikollhom data u jiġu ffirmati. Id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb fl-istess ilsien tal-fajl tekniku u għandu jkun fih għall-inqas l-informazzjoni inkluża f'Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

6.7. Il-korp notifikat għandu jkun responsabbli li jiġbor il-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lid-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE . Il-fajl tekniku għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni indikata f'Artikolu 18(3) tad-Direttiva 96/48/KE, u partikolarment kif ġej:

- id-dokumenti meħtieġa kollha relatati mal-karatteristiċi tas-subsistema,

- lista tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità inkorporati fis-subsistema,

- kopji tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-KE u, fejn xieraq, tad-dikjarazzjonijiet tal-KE ta' l-adegwatezza għall-użu, u dawn il-kostitwenti għandhom jiġu provduti skond Artikolu 13 tad-Direttiva, akkumpanjati, fejn xieraq, mid-dokumenti korrispondenti (ċertifikati, dokumenti ta' l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-sistema tal-kwalità) maħruġa minn korpijiet notifikati fuq il-bażi ta' l-STI,

- l-elementi kollha relatati mal-kondizzjonijiet u l-limiti għall-użu,

- l-elementi kollha relatati mal-istruzzjonijiet dwar servizzjar, sorvaljanza kostanti jew rutina, aġġustament u manutenzjoni,

- iċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE għas-subsistema u d-dokumentazzjoni teknika li takkumpanjah,

- ċertifikat tal-verifika tal-KE tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 6.5, akkumpanjat minn noti ta' kalkoli korrispondenti u ffirmati minnu, li jgħid li l-proġett jikkonforma mad-Direttiva 96/48/KE u l-STI, isemmi fejn xieraq, riservazzjonijiet reġistrati matul it-twettiq ta' l-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat għandu jiġi akkumpanjat ukoll mir-rapporti ta' ispezzjoni u verifika maħruġa b'konnessjoni mal-verifika, kif imsemmija fil-punti 4.4 u 4.5 u partikolarment.

7. Ir-records sħaħ li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat tal-verfika tal-KE għandhom jiġu ppreżentati lill-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha bħala appoġġ għaċ-certifikat tal-verifka tal-KE maħruġ mill-korp notifikat u għandu jinhemeż mad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħruġa mill-entità ġudikanti maħsuba għall-awtorità sorveljanti.

8. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha żżomm kopja tar-records matul it-terminu tas-servizz kollu tas-subsistema; għandha tintbagħat lil kull Stat Membru ieħor li jitlobha.

111.4. Modulu SF (verifika tal-prodott)

Subsistema tal-verifika u tal-manutenzjoni tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura tal-verifika tal-KE li biha korp notifikat jivverifika u jattesta fuq talba ta' entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità li subsistema tal-manutenzjoni, li għaliha diġa' nħareġ ċertifikat ta' eżami dwar tip tal-KE minn korp notifikat:

- tikkonforma ma' dan l-STI u kull STI ieħor applikabbli, li juri li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 96/ 48/KE ntlaħqu,

- tikkonforma mar-regolamenti ohrajn derivanti mit-Trattat u tista' titqiegħed fis-servizz.

2. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha tippreżenta applikazzjoni għall-verifika tal-KE (permezz ta' verifika tal-prodott) tas-subsistema ma' korp notifikat magħżul minnha.

L-applikazzjoni tinkludi:

- isem u indirizz ta' l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha,

- id-dokumentazzjoni teknika

3. F'dik il-parti tal-proċedura l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità tivverifka u tattesta li s-subsistema konernata hija konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE u tissoddisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48 /KE u l-STI li jgħoddu għalihom.

4. L-entità ġudikanti għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-proċess tal-manifattura (inklużi assemblaġġ u integrazzjoni tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità) jaċċerta l-konformità tas-subsistema mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE u mar-rekwiżiti ta' l-STI li jgħoddu għalihom.

5. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li d-diżinn, manifattura, stallazzjoni u operazzjoni tas-subsistema jinftiehmu, u għandha tippermetti li tiġi stmata l-konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip u r-rekwiżiti tad-Direttiva u l-STI.

Għandha tinkludi:

- iċ-ċertifikat ta' eżami dwar tip u d-dokumenti li jakkumpanjawh u addizzjonijiet, u sa fejn mhux inkluż fid-dokumenti li jakkumpanjaw - iċ-ċertifikat ta' eżami dwar tip tal-KE

- deskrizzjoni ġenerali tas-subsistema, diżinn u struttura ġenerali,

- diżinn konċettwali u tpinġjiet tal-manifattura u skemi ta' subassemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

- dokumentazzjoni teknika dwar il-manifattura u l-assemblaġġ tas-subsistema,

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinn tekniku, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej li ġew applikati,

- l-evidenza appoġġanti għall-adegwatezza tagħhom, partikolarment fejn ma ġewx applikati b'mod sħiħ l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej,

- lista tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità, li għandhom jiġu inkorporati fis-subsistema,

- lista tal-fabbrikanti involuti fid-diżinn, manifattura, assemblaġġ u stallazzjoni tas-subsistema,

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej. Jekk l-STI jitlob informazzjoni ulterjuri għad-dokumentazzjoni teknika, dan għandu jiġi inkluż.

6. Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżamijiet u t-testijiet xierqa sabiex jivverifika l-konformità tas-subsistema mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip tal-KE u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI permezz ta' eżami u testjar ta' kull subsistema, fabbrikata bħala prodott serjali, kif speċifikat fil-punt 4.

7. Verifika bl-eżami u testjar ta' kull subsistema (bħala prodott serjali).

7.1 Il-korp notifikat għandu jwettaq it-testijiet, eżamijiet u verifiki, biex jaċċerta l-konformità tas-subsistema bħala prodotti serjali mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva u ta' l-STI. L-eżamijiet, testijiet u verifiki għandhom jestendu għall-istadji segwenti kif provdut fl-STI:

- struttura tas-subsistema, inklużi assemblaġġ tal-kostitwenti u aġġustamenti ġenerali,

- testjar finali tas-subsistema,

- u, kull fejn speċifikat fl-STI, validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħaħ.

7.2. Is-subsistemi kollha (bħala prodott serjali) għandhom individwalment jiġu eżaminati u għandhom jitwettqu testjiet u verifiki xierqa kif stabbiliti fl-STI u fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej rilevanti (jew testijiet ekwivalenti) sabiex jiġi verifikat li jikkonformaw mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' eżami dwar tip u r-rekwiżit ta' l-STI li jgħodd għalihom.

8. Il-korp notifikat jista' jiftiehem ma' l-entità ġudikanti l-postijiet fejn jitwettqu t-testijiet u jista' jaqbel li t-testjar finali tas-subsistema u, fejn mitlub fl-STI, testijiet jew validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħaħ, jitwettqu mill-entità ġudikanti taħt sorveljanza diretta u attendenza tal-korp notifikat.

9. Il-korp notifikat għandu jkollu aċċess permanenti għall-iskopijiet ta' testjar u verifika għal workshops tal-produzzjoni, lokazzjonijiet ta' assemblaġġ u stallazzjoni, u fejn xieraq, faċiltajiet ta' prefabbrikazzjoni u testjar sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif provdut fl-STI.

10. Fejn is-subsistema tilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI, il-korp notifikat għandu mbagħad, fuq il-bażi tat-testijiet u l-verifiki mwettaq fuq il-prodotti serjali kollha kif indikat fil-punt 7, u mitluba mill-STI u fl-ispeċifikazzjoni Ewropea msemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48/KE, joħroġ iċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE maħsuba għall-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità li mbagħad toħroġ dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħsuba għall-awtorità sorveljanti fl-Istat Membru fejn tinsab u/jew topera is-subsistema. Is-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandhom ikollhom data u jiġu ffirmati. Id-dikjarazzjoni għandha tkun bil-mitkub fl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha għall-inqas l-informazzjoni inkluża f'Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

11. Il-korp notifikat għandu jkun responsabbli li jiġbor il-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lid-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE. Il-fajl tekniku għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni indikata f'Artikolu 18(3) tad-Direttiva 96/48/KE, u partikolarment kif ġej:

- id-dokumenti kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi tas-subsistema,

- lista ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità inkorporati fis-subsistema,

- kopji tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-KE u, fejn xieraq, tad-dikjarazzjonijiet ta' adegwatezza għall-użu tal-KE, li dawn il-kostitwenti għandhom jiġu provduti skond Artikolu 13 tad-Direttiva, akkumpanjati, fejn xieraq, mid-dokumenti korrispondenti (ċertifikati, dokumenti ta' approvazzjoni u sorveljanza tas-sistema tal-kwalità) maħruġa mill-korpijiet notifikati fuq il-bażi ta' l-STI,

- l-elementi kollha relatati mal-kondizzjonijiet u l-limiti għall-użu,

- l-elementi kollha relatati ma' l-istruzzjonijiet dwar servizzjar, sorveljanza kostanti jew ta' rutina, aġġustament u manutenzjoni,

- Iċ-ċertifikat ta' eżami dwar tip tal-KE u dokumentazzjoni teknika li takkumpanjah,

- ċertifikat tal-verifika tal-KE tal-korp notifikat kif imsemmi taħt il-punt 10, akkumpanjat minn noti ta' kalkoli korrispondenti u ffirmati minnu, li jgħid li l-proġett jikkonforma mad-Direttiva u mal-STI, u jsemmi, fejn xieraq, reservazzjonijiet irreġistrati matul it-twettiq ta' l-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat għandu jiġi akkumpanjat ukoll, jekk relevanti, mir-rapporti ta' l-ispezzjoni u l-verifika li saru in konnesssjoni mal-verifika.

12. Ir-records sħaħ li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE għandhom jingħataw lill-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha b'appoġġ taċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE maħruġ mill-korp notifikat u għandhom jinhemżu mad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħruġa mill-entità ġudikanti maħsuba għall-awtorità sorveljanti.

13. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha żżomm kopja tar-records matul it-terminu tas-servizz kollu tas-subsistema; għandha tintbagħat lil kull Stat Membru li jitlobha.

III.5. Modulu SG (Verifika ta' l-unita')

Verifikazzjoni tas-subsistema tal-manutenzjoni tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura tal-verifika tal-KE li biha korp notifikat jivverifika u jattesta, fuq talba ta' entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità, li subsistema tal-manutenzjoni:

- tikkonforma ma' dan l-STI u kull STI ieħor applikabbli, li juri li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 96/48/KE ntlaħqu,

- tikkonforma mar-regolamenti ohrajn derivanti mit-Trattat u tista' titqiegħed fis-servizz.

2. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha tippreżenta applikazzjoni għall-verifika tal-KE (permezz ta' verifika ta' l-unità) tas-subsistema ma' korp notifikat magħżul minnha.

L-applikazzjoni tinkludi:

- isem u indirizz ta' l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha,

- id-dokumentazzjoni teknika.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li d-diżinn, manifattura, stallazzjoni u operazzjoni tas-subsistema jinftiehmu, u li tiġi stmata l-konformità mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami dwar tip u r-rekwiżiti tal-STI.

Għandha tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tas-subsistema, diżinn u struttura ġenerali,

- diżinn konċettwali u tpinġjiet tal-manifattura u skemi ta' subassemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

- dokumentazzjoni teknika dwar il-manifattura u l-assemblaġġ tas-subsistema

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinn tekniku, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej li ġew applikati ,

- l-evidenza appoġġanti meħtieġa għall-adegwatezza taghħom, partikolarment fejn ma ġewx applikati b'mod sħiħ l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija fl-STI u l-klawsoli rilevanti,

- lista tal-kostitwenti ta' l-interoperabilità, li għandhom jiġu inkorporati fis-subsistema,

- lista tal-fabbrikanti involuti fid-diżinn, manifattura, assemblaġġ u stallazzjoni tas-subsistema,

- lista ta' l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija fl-STI jew fl-ispeċifikazzjoni tad-diżinn tekniku.

Jekk l-STI jitlob aktar informazzjoni għad-dokumentazzjoni teknika, din għandha tiġi inkluża.

4. Il-korp notifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni u jwettaq it-testijiet u l-verifiki xierqa kif stabbilit fl-STI u /jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija fl-STI, biex tiġi aċċertata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva kif dispost fl-STI. L-eżamijiet, testijiet u verifiki għandhom jestendu għall-istadji segwenti kif dispost fl-STI:

- diżinn ġenerali,

- struttura tas-subsistema, inklużi, partikolarment u fejn rilevanti, attivitajiet ta' inġinerija ċivili, assemblaġġ tal-kostitwenti, aġġustamenti ġenerali,

- testjar finali tas-subsistema,

- u, fejn speċifikat mill-STI, il-validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħiħa.

5. Il-korp notifikat jista' jiftiehem ma' l-entità ġudikanti l-postijiet fejn jitwettqu t-testijiet u jista' jaqbel li t-testjar finali tas-subsistema u, fejn mitlub fl-STI, testijiet taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħaħ, jitwettqu mill-entità ġudikanti taħt sorveljanza diretta u attendenza tal-korp notifikat.

6. Il-korp notifikat għandu jkollu aċċess permanenti għall-iskopijiet ta' testjar u verifika għal postijiet tad-diżinn, siti tal-bini, workshops tal-produzzjoni, postijiet ta' assemblaġġ u stallazzjoni, u fejn xieraq, faċiltajiet ta' prefabbrikazzjoni u testjar sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif provdut fl-STI.

7. Fejn is-subsistema tilħaq ir-rekwiżiti tal-STI, il-korp notifikat għandu mbagħad, fuq il-bażi tat-testijiet u l-verifiki mwettqa kif mitlub mill-STI u fl-ispeċifikazzjoni Ewropea msemmija fl-STI, joħroġ iċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE maħsuba għall-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità li mbagħad toħroġ dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħsuba għall-awtorità sorveljanti fl-Istat Membru fejn hija lokata u/jew topera is-subsistema. Is-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE u d-dokumenti li jakkumpanjawha għanu jkollhom data u jiġu ffirmati. Id-dikjarazzjoni għandha tkun bil-mitkub fl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha għall-inqas l-informazzjoni inkluża f'Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

8. Il-korp notifikat għandu jkun responsabbli li jiġbor il-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lid-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE. Il-fajl tekniku għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni indikata f'Artikolu 18(3) tad-Direttiva 96/48/KE, u partikolarment kif ġej:

- id-dokumenti kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi tas-subsistema,

- lista ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità inkorporati fis-subsistema,

- kopji tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-KE u, fejn xieraq, tad-dikjarazzjonijiet ta' adegwatezza għall-użu tal-KE, liema kostitwenti għandhom jiġu provduti skond Artikolu 13 tad-Direttiva, akkumpanjati fejn xieraq mid-dokumenti korrispondenti (ċertifikati, dokumenti ta' approvazzjoni u sorveljanza tas-sistema tal-kwalità) maħruġa mill-korpijiet notifikati fuq il-bażi ta' l-STI,

- l-elementi kollha relatati mal-kondizzjonijiet u l-limiti għall-użu,

- l-elementi kollha relatati mal-istruzzjonijiet dwar servisjar, sorveljanza kostanti jew rutina, aġġustament u manutenzjoni,

- ċertifikat tal-verifika tal-KE tal-korp notifikat kif imsemmi taħt il-punt 7, akkumpanjat minn noti ta' kalkoli korrispondenti u ffirmati minnu, li jgħid li l-proġett jikkonforma mad-Direttiva u mal-STI, u jsemmi, fejn xieraq, reservazzjonijiet irreġistrati matul it-twettiq ta' l-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat għandu jiġi akkumpanjat ukoll, jekk relevanti, mir-rapporti ta' l-ispezzjoni u l-verifika li saru in konnesssjoni mal-verifika.

9. Ir-records sħaħ li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE għandhom jingħataw lill-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha b'appoġġ taċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE maħruġ mill-korp notifikat u għandhom jinhemżu mad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħruġa mill-entità ġudikanti maħsuba għall-awtorità sorveljanti.

10. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha żżomm kopja tar-records matul it-terminu tas-servizz kollu tas-subsistema; għandha tintbagħat lil kull Stat Membru li jitlobha.

111.6. Modulu SH2 (Assikurazzjoni sħiħa tal-kwalità b'eżami tad-diżinn)

Verifika tas-subsistema tal-manutenzjoni tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura tal-verifika tal-KE li biha korp notifikat jivverifika u jattesta, fuq talba ta' entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità, li subsistema tal-manutenzjoni:

- tikkonforma ma' dan l-STI u kull STI ieħor applikabbli, li juri li r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 96/ 48/KE ntlaħqu,

- tikkonforma mar-regolamenti ohrajn derivanti mit-Trattat u tista' titqiegħed fis-servizz.

Il-korp notifikat iwettaq il-proċedura, inkluża eżami tad-diżinn tas-subsistema taħt il-kondizzjoni li l-entità ġudikanti u l-fabbrikanti involuti jissoddisfaw l-obbligi tal-punt 2.

2. Għas-subsistema, li hija s-suġġett tal-proċedura tal-verifika tal-KE, l-entità ġudikanti tista' tagħmel kuntratt biss ma' fabbrikanti li l-attivitajiet tagħhom li jikkontribwixxu għall-proġett tas-subsistema li għandu jiġi verifikat (diżinn, manifattura, assemblaġġ, stallazzjoni) huma soġġetti għal sistema tal-kwalità approvata għad-diżinn, manifattura u ispezzjoni u testjar finali tal-prodott kif speċifikat fil-punt 3 u li għandha tkun soġġetta għal sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

It-terminu "fabbrikant" jinkludi wkoll kumpanniji:

- responsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment risponsabbilità għall-integrazzjoni tas-subsistema (kuntrattur ewlieni),

- twettiq ta' servizzi tad-diżinn jew studji (eż. konsulenti),

- twettiq ta' assemblaġġ (assemblaturi) u stallazzjoni tas-subsistema. Għall-fabbrikanti li jwettqu biss assemblaġġ u stallazzjoni, hija suffiċjenti sistema tal-kwalità għall-manifattura u l-ispezzjonar u testjar finali tal-prodott.

Il-kuntrattur ewlieni responsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment risponsabbilità għall-integrazzjoni ntas-subsistema), għandu jopera f'kull każ sistema tal-kwalità approvata għad-diżinjar u l-ispezzjonar u testjar finali tal-prodott, kif speċifikat fil-punt 3 u li hija soġġetta għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

Fil-każ li l-entità ġudikanti hija direttament involuta fid-diżinjar u/jew fil-produzzjoni (inklużi assemblaġġ u stallazzjoni) jew li l-entità ġudikanti stess hija responsabbli għall-proġett tas-subsistema sħiħ (inkluża partikolarment risponsabbilità għall-integrazzjoni tas-subsistema), għandha topera sistema tal-kwalità approvata għal dawk l-attivitajiet, kif speċifikat fil-punt 3 u li hija soġġetta għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema tal-kwalità

3.1. Il-fabbrikant(i) involut(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-istima tas-sistema tal-kwalità tagħhom ma' korp notifikat magħżul minnhom.

L-applikazzjoni għandha tinkludi

- l-informazzjoni rilevanti kollha għas-subsistema prevista,

- id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità

Għall-fabbrikanti involuti biss f'parti mill-proġett tas-subsistema, l-informazzjoni hija biss mitluba għal dik il-parti rilevanti speċifika.

3.2. Għall-kuntrattur ewlieni s-sistema tal-kwalità għandha taċċerta konformità ġenerali tas-subsistema mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/48/KE u l-STI. Għal fabbrikanti oħrajn (subprovdituri) is-sistema tal-kwalità għandha taċċerta konformità tal-kontribut rilevanti tagħjom lis-subsistema mar-rekwiżiti ta' l-TSI.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-disposizzjonijiet kollha adotttati mill-applikanti għandhom jiġu dokumentati b'mod sistematiku u ordinat fil-forma ta' politiki, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni tas-sistema għandha taċċerta ftehim komuni dwar il-politiki tal-kwalità u l-proċeduri bħal programmi tal-kwalità, pjanijiet, manwali u records.

Għandu jkun fiha partikolarment deskirzzjoni adegwata ta' dawn li ġejjin għall-applikanti kollha:

- l-għanijiet tal-kwalità' u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni,

- it-tekniċi, proċessi u azzjonijiet u azzjonijiet sistematiċi korrispondenti dwar manifattura, kontroll tal-kwalità u assikurazzjoni tal-kwalità li ser jintużaw,

- l-eżamijiet, il-verifiki u t-testijiet li jitwettqu qabel, waqt u wara l-manifattura, assemblaġġ u stallazzjoni u l-frekwenza li ser jitwettqu biha,

- ir-records tal-kwalità, bħal rapporti ta' l-ispezzjonijiet u informazzjoni dwar testijiet, informazzjoni dwar kalibrazzjoni u rapporti tal-kwalifiki tal-ħaddiema konċernati, eċċ.,

għall-kuntrattur ewlieni u għall-subprovdituri (biss sa fejn rilevanti għall-kontribut speċifiku tagħħom għall-proġett tas-subsistema):

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinn tekniku, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej, li jiġu applikati, u fejn l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija f'Artikolu 10 tad-Direttiva 96/48lKE mhux ser jiġu applikati bis-sħiħ, il-mezzi li ser jintużaw biex jiġi aċċertat li r-rekwiżiti ta' l-STI li jgħoddu għas-subsistema jintlaħqu,

- it-tekniċi, il-proċeduri u l-azzjonijiet sistematiċi għall-kontroll tad-diżinn u l-verifika tad-diżinn li jintużaw waqt li qed tiġi diżinjata s-subsistema,

- il-meżżi ta' sorveljanza ta' l-akkwistar tad-diżinn meħtieġ u l-kwalità tas-subsistema u operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità,

u għall-kuntrattur ewlieni:

- responsabblitajiet u poteri tal-ġestjoni dwar diżinn ġenerali u kwalità tas-subsistema, inkluża partikolarment il-ġestjoni ta' l-integrazzzjoni tas-subsistema.

L-eżamijiet, testijiet u l-verifiki għandhom ikopru l-istadji li ġejjin:

- diżinn ġenerali,

- struttura tas-subsistema, inklużi, partikolarment, attivitajiet ta' inġinerija ċivili, assemblaġġ tal-kostitwenti, aġġustament finali,

- testjar finali tas-subsistema,

- u, fejn speċifikat fl-STI, il-validazzjoni taħt kondizzjonijiet ta' operazzjoni sħiħa.

3.3. Il-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1 għandu jagħmel stima tas-sistema tal-kwalità biex jiddetermina jekk tissoddisfax ir-rekwiżiti isemmija fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi konformitàkonformità ma' dawn ir-rekwiżiti dwar sistemi tal-kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti. Dan l-istandard armonizzat għandu jkun EN ISO 9001 – Diċembru 2000, kompletat, jekk meħtieġ biex tittieħed in konsiderazzjoni l-ispeċifiċità tas-subsistema li jiġi implimentat għaliha.

Għal applikanti li huma biss involuti fl-assemblaġġ u l-stallazzjoni l-istandard armonizzat għandu EN ISO 9001 – Diċembru 2000, jekk meħtieġ biex tittieħed in konsiderazzjoni l-ispeċifiċità tas-subsistema li jiġi implimentat għaliha.

Il-verifika għandha tkun speċifika għas-subsistema konċernata, b'kunsiderazzjoni għall-kontribuzzjoni speċifika ta' l-applikant lis-subsistema. It-tim li jagħmel il-verifika għandu jkollu għall-inqas membru wieħed bl-esperjenza bħala stimatur fit-teknoloġija konċernata tas-subsistema. Il-proċedura ta' l-istima għandha tinkludi żjara biex issir l-istima fuq il-post ta' l-applikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-applikant. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-istima raġunata.

3.4. Il-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti għandhom jintrabtu li jwettqu l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità kif approvata u li jħarsuha sabiex tibqa' adegwata u effiċjenti.

Għandhom iżommu lill-korp notifikat li approva s-sistema tal-kwalità tagħhom informat dwar aġġornament tas-sistema tal-kwalità previst.

Il-korp notifikat għandu jivvaluta l-modifiki proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema tal-kwalità emendata tibqax tissoddisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hijiex meħtieġa stima mill-ġdid.

Għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tiegħu. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u d-deċiżjoni ta' l-istima raġunata.

4. Sorveljanza tas-sistema/i tal-kwalità taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat/korpijiet notifikati

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li taċċerta li l-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti debitament jilħqu l-obbligi li jirriżultaw mis-sistema tal-kwalità approvata.

4.2. Il-korp notifikat/korpijiet notifikati imsemmija fil-punt 3.1 għandu jkollhom aċċess permanenti għall-iskopijiet ta' ispezzjoni għal postijiet tad-diżinn, sit tal-bini, workshops tal-produzzjoni, lokazzjonijiet ta' assemblaġġ u stallazzjoni, ħażniet u fejn xieraq, faċiltajiet ta' prefabbrikazzjoni u testjar u, aktar ġeneralment għall-lokazzjonijiet kollha li jqisu meħtieġa għall-funzjonijiet tagħhom skond il-kontribut speċifiku ta' l-applikant għall-proġett tas-subsistema.

4.3. Il-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità għandhom jibagħtu lill-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1. (jew ikollu mibgħut) id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak l-iskop u partikolarment il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u records tekniċi dwar is-subsistema (sa fejn rilevanti għall-kontribut speċifiku ta' l-applikant għas-subsistema), partikolarment:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kwalità inklużi partikolarment meżżi implimentati biex jiġi aċċertat li:

- (għall-kuntrattur ewlieni) huma definiti b'mod suffiċjenti u tajjeb ir-responsabbilitajiet ġenerali u l-poteri tal-ġestjoni għall-konformità tas-subsistema sħiħa kollha,

- is-sistemi tal-kwalità ta' kull fabbrikant huma ġestiti sew biex tintlaħaq l-integrazzjoni fuq il-livell tas-subsistema,

- ir-records tal-kwalità kif previsti mill-parti tad-diżinn tas-sistema tal-kwalità bħal riżultati ta' analiżi, kalkoli, testijiet, eċċ.,

- ir-records tal-kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura (inklużi assemblaġġ u stallazzjoni) tas-sistema tal-kwalità, bħal rapporti ta' ispezzjoni, informazzjoni dwar testijiet, informazzjoni dwar kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifiki ta' ħaddiema konernati, eċċ.

4.4. Il-korp notifikat/korpijiet notifikati għandu perjodikament iwettaq verifiki biex jaċċerta li l-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti jħarsu u japplikaw is-sistema tal-kwalità u għandu jagħtihom rapport tal-verifika. Il-frekwenza tal-verifiki għandha tkun għall-inqas darba f'sena, b'għall-inqas verifika waħda fit-terminu meta l-attivitajiet rilevanti jiġu mwettqa (diżinmanifattura, assemblaġġ jew stallazzjoni) għas-subsistema li hija s-suġġett tal-proċedura tal-verifika tal-KE imsemmija fil-punt 6.

4.5. Kif ukoll, il-korp notifikat/korpijiet notifikati jista'/għu jżuru minghajr preavviż lis-siti msemmija fil-punt 4.2 ta' l-applikant(i). Fil-ħin ta' dawn iż-żjarat, il-korp notifikat jista' jwettaq verifiki sħaħ jew parzjali sabiex jivverifika l-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-kwalità fejn meħtieġ; għandu jipprovdi lill-applikant(i) b'rapport ta'l-ispezzjoni u jekk saret verifika, rapport tal-verifika

5. Il-fabbrikant(i) u, jekk involuta, l-entità ġudikanti għandhom, għal terminu ta' 10 snin wara li tkun ġiet fabbrikata l-aħħar subsistema iżommu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt 3.1,

- l-aġġornament imsemmi fit- tieni subparagrafu tal-punt 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat imsemmija fl-aħħar subparagrafu tal-punt 3.4, punti 4.4 u 4.5.

6. Proċedura tal-verifika tal-KE

6.1. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità għandha tagħmel applikazzjoni għall-verifikazzjoni tal-KE tas-subsistema (permezz ta' assikurazzjoni tal-kwalità sħiħa b'eżami tad-diżinn), inkluża koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-sistemi tal-kwalità bħal fil-unti 4.4 u 4.5, ma; korp notifikat magħżul minnha. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha stabbilit fil-Komunità għandha tinforma lill-fabbrikanti involuti dwar l-għażla tagħha u dwar l-applikazzjoni.

6.2. L-applikazzjoni għandha tippermetti li jinftiehmu d-diżinn, il-manifattura, l-stallazzjoni u l-operazzjoni tas-subsistema u għandha tippermetti li jiġu stmati l-konformità mar-rekwiżiti ta' l-STI.

Għandha tinkludi:

- l-ispeċifikazzjonijiet tad-diżinn tekniku, inklużi speċifikazzjonijiet Ewropej li ġew applikati,

- l-evidenza appoġġanti meħtieġa għall-adegwatezza taghħom, partikolarment fejn ma ġewx applikati b'mod sħiħ l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej imsemmija fl-STI u l-klawsoli rilevanti. Din l-evidenza appoġġanti għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet imwettqa mil-laboratorju xieraq tal-fabbrikant jew għalih,

- id-dokumentazzjoni teknika dwar il-manifattura u l-assemblaġġ tas-subsistema,

- lista ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità inkorporati fis-subsistema,

- lista tal-fabbrikanti kollha involuti fid-diżinn, il-manifattura, l-assemblaġġ u l-stallazzjoni tas-subsistema,

- il-wirja li l-istadji kollha, kif imsemmi fil-punt 3.2, huma koperti mis-sistemi tal-kwalità tal-fabbrikant(i) u/jew tal-entità ġudikanti involuta, u l-evidenza ta' l-effettività tagħhom,

- indikazzjoni tal-korp notifikat / korpijiet notifikati responsabbli għall-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' dawn is-sistemi tal-kwalità.

6.3. Il-korp notifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni dwar l-eżami tad-diżinn u fejn id-diżinn jilħaq id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 96/48/KE u ta' l-STI li jgħoddu għaliha għandha toħroġ rapport ta' l-eżami tad-diżinn lill-applikant. Ir-rapport għandu jkun fih il-konklużjonijiet ta' l-eżami tad-diżinn kondizzjonijiet għall-validità tiegħu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-diżinn eżaminat u, jekk rilevanti, deskrizzjoni tal-funzjonar tas-subsistema.

6.4. Il-korp notifikat għandu, dwar l-istadji l-oħrajn tal-verifika tal-KE, jeżamina jekk l-istadji kollha tas-subsistema imsemmija fil-punt 3.2 humiex koperti b'mod suffiċjenti u tajjeb mill-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-sistema/i tal-kwalità.

Jekk il-konformità tas-subsistema mar-rekwiżiti ta' l-STI hija bbażata fuq aktar minn sistema tal-kwalità waħda, għandu partikolarment jeżamina:

- jekk ir-relazzjonijiet u l-interfaces bejn is-sistemi tal-kwalità humiex dokumentati tajjeb;

- u jekk ir-responsabbiltà ġenerali u l-poteri tal-ġestjoni għall-konformità tas-subsistema kollha sħiħa għall-kuntrattur ewlieni humiex definiti b'mod suffiċjenti u tajjeb.

6.5. Il-korp notifikat responsabbli għall-verifika tal-KE, jekk ma jissorvejlax is-sistema/i tal-kwalità konċernati bħal fik- punt 4, għandu jikkoordina l-attivitajiet tas-sorveljanza ta' kull korp notifikat ieħor responsabbli għal dik il-funzjoni, sabiex jiġi aċċertat li l-ġestjoni tajba ta' l-interfaces bejn is-sistemi tal-kwalità differenti minħabba l-integrazzjoni tas-subsistema tkun saret. Dan il-koordinament jinkludi d-dritt tal-korp notifikat responsabbli għall-verifika tal-KE:

- li jirċievi d-dokumentazzjoni kollha (approvazzjoni u sorveljanza) maħruġa mill-korp notifikat/korpijiet notifikati l-oħra,

- li jkun preżenti għall-verifiki tas-sorveljanza bħal fil-punt 4.4,

- li jibda l-verifiki addizzjonali bħal fil-punt 4.5 taħt ir-responsabbiltà tiegħu u flimkien mal-korp notifikat/korpijiet notifikati l-oħrajn.

6.6. Fejn is-subsistema tilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96148/KE u l-STI, il-korp notifikat għandu mbagħad, fuq il-bażi ta' l-eżami tad-diżinn u l-approvazzjoni u s-sorveljanzza tas-sistema/i tal-kwalità, joħroġ ċertifikat ta' verifika tal-KE maħsuba għall-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità, li mbagħad toħroġ id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħsuba għall-awtorità sorveljanti fl-Istat Membru fejn hija u/jew fejn topera s-subsistema.

Id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE u d-dokumenti li jakkumpanjawha għandu jkollhom data u jiġu ffirmati. Id-dikjarazzjoni għandha tinkiteb bl-istess lingwa tal-fajl tekniku u għandu jkollha għall-inqas l-informazzjoni inkluż f'Anness V tad-Direttiva 96/48/KE.

6.7. Il-korp notifikat għandu jkun responsabbli li jiġbor il-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lid-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE. Il-fajl tekniku għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni indikata fid-Direttiva 96/48/KE, Artikolu 18 (3), u partikolarment kif ġej:

- id-dokumenti kollha meħtieġa dwar il-karatteristiċi tas-subsistema,

- lista ta' kostitwenti ta' l-interoperabilità inkorporati fis-subsistema,

- kopji tad-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-KE u, fejn xieraq, tad-dikjarazzjonijiet ta' adegwatezza għall-użu tal-KE, liema kostitwenti għandhom jiġu provduti skond Artikolu 13 tad-Direttiva, akkumpanjati fejn xieraq mid-dokumenti korrispondenti (ċertifikati, dokumenti ta' approvazzjoni u sorveljanza tas-sistema tal-kwalità) maħruġa mill-korpijiet notifikati fuq il-bażi ta' l-STI,

- l-elementi kollha relatati mal-kondizzjonijiet u l-limiti għall-użu,

- l-elementi kollha relatati mal-istruzzjonijiet dwar servizzjar, sorveljanza kostanti jew ta' rutina, aġġustament u manutenzjoni,

- ċertifikat tal-verifika tal-KE tal-korp notifikat kif imsemmi taħt il-punt 6.6, akkumpanjat minn noti ta' kalkoli korrispondenti u ffirmati minnu, li jgħid li l-proġett jikkonforma mad-Direttiva u mal-STI, u jsemmi, fejn xieraq, reservazzjonijiet irreġistrati matul it-twettiq ta' l-attivitajiet u mhux irtirati; iċ-ċertifikat għandu jiġi akkumpanjat ukoll, jekk relevanti, mir-rapporti ta' l-ispezzjoni u l-verifika li saru in konnesssjoni mal-verifika kif imsemmi fil-punti 4.4 u 4.5.

7. Ir-records sħaħ li jakkumpanjaw iċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE għandhom jingħataw lill-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha b'appoġġ taċ-ċertifikat tal-verifika tal-KE maħruġ mill-korp notifikat u għandhom jinhemżu mad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħruġa mill-entità ġudikanti maħsuba għall-awtorità sorveljanti.

8. L-entità ġudikanti jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħha mwaqqaf fil-Komunità għandha żżomm kopja tar-records matul it-terminu tas-servizz kollu tas-subsistema; għandha tintbagħat lil kull Stat Membru li jitlobha.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONNESSJONIJIET GĦAS-SISTEMA TA' L-ISKARIKAR TAT-TOILETS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

KONNESSJONI TAD-DĦUL GĦAL TANKIJIET TA' L-ILMA

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------