32002D0638



Official Journal L 206 , 03/08/2002 P. 0031 - 0032


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Lulju 2002

li tagħti amministrazzjoni ta’ għajnuna lill-aġenziji eżekuttivi għall-miżuri meħtieġa qabel is-sħubija, fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fir-Rumanija fil-perjodu ta’ qabel is-sħubija

(2002/638/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-kordinament tal-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta’ l-istrateġija ta’ qabel is-sħubija u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [1], u partikolarment l-Artikolu 12(2) tiegħu,

billi:

(1) Skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għall-miżuri tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-Pajjiżi Applikanti fl-Ewropa Ċentrali u l-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni [2], hekk kif emendat mir-Regoalment (KE) Nru. 2500/2001 [3], Programm għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ġie approvat, definitivament, mid- Deċiżjoni tal-Kummssjoni C(2000) 3742 fit-12 ta’ Diċembru 2000, u emendat mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni H/2002/1936, fil-11 ta’ Lulju 2002 għar-Rumanija.

(2) Il-Gvern tar-Rumanija u l-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, iffirmaw, fit-2 ta’ Frar 2001, il-Ftehim Finanzjarju Multiannwali (hawnhekk iżjed il’ quddiem imsejjaħ l-MAFA). Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-qafas tekniku, legali u amministrattiv biex jiġi applikat il-Programm Sapard.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru. 1266/1999 jipprovdi illi t-talba ta’ approvazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1266/1999 tista tkun rinunzjata fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ kull każ tal-programm/proġett ta’ kapaċità amministrattiv, nazzjonali u settorjali, ta’ proċeduri ta’ kontrolli finanzjajri u strutturi ta’ finanzi pubbliċi; r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2222/2000 [4], hekk kif emendat mir-Regolament (KE) Nru. 2252/2001 [5], jipprovdi regoli fid- dettal biex ikun jista jsir dan l-analiżi.

(4) L-awtorità lokali kompetenti tar-Rumanija ħatret l-Aġenzija Sapard, istituzzjoni pubblika b’ personalità legali, fis-subordinazzjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura, Ikel u Forestrija. Din ser tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri: "L-Ipproċessar u l-Marketing ta’ Prodotti tal-Agrikoltura u Sajd", L-Iżvilupp u t-Titjib ta’ l-Infrastruttura Rurali u "L-Assistenza Teknika" hekk kif stabbilit fil-Programm ta’ l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali li kien approvat, definitivament, mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 3742 fit-12 ta’ Diċembru 2000, u emendat mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni H/2002/1936 fil-11 ta’ Lulju 2002; l-Fond Nazzjonali tal-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, ġie stabbilit għall-funzjonijiet finanzjarji li huwa dovut li jippresta fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programm Sapard.

(5) Skond ir-Regolament (KE) Nru. 1266/1999 u r-Regolament (KE) Nru. 2222/2000, il-Kummissjoni analiza l-programm/proġett ta’ kapaċità amministrattiv nazzjonali u settorjali, l-proċeduri ta’ kontrolli finanzjajri u strutturi ta’ finanzi pubbliċi u jikkonsidra li, għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri msemmija, r-Rumanija tħares id- disposizzjonijiet tal-Artikoli 4 sa 6 u tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2222/2000. Ir-Rumanija tħares ukoll il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 1266/1999.

(6) Partikolarment, l-Aġenzija Sapard implimentat dawn il-kriterji ta’ akkreditament li ġejjin, b’ soddisfazzjon: proċeduri bil-miktub, seperazzjoni tax- xogħolijiet, approvazzjoni tal-proġett u kontrolli qabel ma jsir il-ħlas, proċeduri tal-pagamenti, proċeduri tal-kontijiet, sigurtà tal-kompjuters, audits interni u fejn jinħass il-bżonn, disposizzjonijiet għall-appalti pubbliċi.

(7) Fil-11 ta’ Lulju 2002 l-awtoritajiet Rumeni pprovdu lista reveduta ta’ spiża eleġibli skond l-Artikolu 4(1), taqsima B tal-MAFA, u din ma ġabet l’ ebda oġġezzjoni mill-Kummissjoni.

(8) Il-Fond Nazzjonali tal-Ministeru tal-Finanzi implimenta, b’ soddisfazzjon, dawn il-kriterji għall- funzjonijiet finanzjarji li huwa dovut li jippresta fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programm Sapard fir-Rumanija: verifika tal-audit, amministrazzjoni tat-teżor, irċevuti tal-fondi, ħruġ ta’ flus lill-Aġenzija Sapard, sigurtà tal-kompjuter u verifiki interni.

(9) Huwa għalhekk xieraq li tkun rinunzjata t-talba ta’ approvazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru. 1266/1999 u biex tingħata lill-Aġenzija Sapard u lill-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, l-amministrazzjoni tal-għajnuna fuq bażi deċentralizat.

(10) Madankollu, minħabba illi l-verifikazzjonijiet magħmulin mill-Kummssjoni huma bbażati fuq sistema ta’ operazzjoni u mhux fuq sistema …, huwa għalhekk xieraq illi tingħata l-amministrazzjoni tal-Programm Sapard lill-Aġenzija Sapard u lill-Fond Nazzjonali tal-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru. 2222/2000, fuq bażi proviżjonali.

(11) Il-mogħtija sħiħa tal-amministrazzjoni tal-Programm Sapard għandu jsir biss wara li jkunu saru aktar verifikazzjonijiet, bil-għan illi tkun assigurata li s-sistema taħdem kif mixtieq, u wara li l-rakkomandazzjonijiet, rigward il-mogħtija tal-amministrazzjoni tal-għajnuna lill-Aġenzija Sapard u lill-Fond Nazzjonali tal-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, li l-Kummissjoni tista tagħmel ikunu ġew implimentati.

(12) Bil-għan illi jittieħed każ tat-talbiet tal-Artikolu 8(1)(b), taqsima A tal-MAFA, l-ispejjeż li jintefqu minħabba din id- Deċiżjoni huma eleġibli għal kofinanzjament tal-Komunità jekk jintefqu biss minn benfikarji mill-ġurnata ta’ din id- Deċiżjoni jew, jekk il-flus jintefqu wara din il-ġurnata, mid- data li fih isiru benefikarji minħabba l-proġett fil-kwistjoni. Huma eskluzi l-ispejjez li jintefqu minħabba possibiltà u studji relatati, u għajnuna teknika, fejn din il-ġurnata tkun it-12 ta’ Diċembru 2000 u bil-kondizzjoni illi f’kull każ l-għajnuna ma tkunx imħallsa mill-Aġenzija Sapard qabel il-ġurnata ta’ din id- Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-talba tal-Kummissjoni tal-approvazzjoni ex ante tas-selezjoni, magħmula mir-Rumanija, tal-proġett u appalti hija hawnhekk rinunzjata.

Artikolu 2

Amministrazzjoni tal-Programm Sapard hija mogħtija fuq bażi proviżorja lil:

1. L-Aġenzija Sapard taħt il-Ministeru Rumen tal-Agrikoltura, Ikel u Forestrija, Negustori Street 1 B, Sector 2, RO Bucharest 2, għall-implimentazzjoni tal-miżuri "L-Ipproċessar u l-Marketing ta’ Prodotti tal-Agrikoltura u Sajd", "L-Iżvilupp u t-Titjib ta’ l-Infrastruttura Rurali" u "L-Assitenza Teknika" hekk kif stabbilit fil-Programm tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali li kien approvat, definitivament, mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2000) 3742 fit-12 ta’ Diċembru 2000, u emendat mid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni H/2002/1936, fil-11 ta’ Lulju 2002; u

2. Il-Fond Nazzjonali tal-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi, Apolodor Street 17, Sector 5, RO 70663 Bucharest, għall-funzjoniijiet finanzjarji li huwa dovut li jippresta fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Programm Sapard fir-Rumanija.

Artikolu 3

L-ispejjeż li jintefqu minħabba din id- Deċiżjoni huma eleġibli għal kofinanzjament tal-Komunità jekk jintefqu biss minn benfikarji mill-ġurnata ta’ din id- Deċiżjoni jew, jekk il-flus jintefqu wara din il-ġurnata, mid- data li fih isiru benefikarji minħabba l-proġett fil-kwistjoni. Huma eskluzi l-ispejjez li jintefqu minħabba possibiltà u studji relatati, u għajnuna teknika, fejn din il-ġurnata tkun it-12 ta’ Diċembru 2000 u bil-kondizzjoni illi f’kull każ l-għajnuna ma tkunx imħallsa mill-Aġenzija Sapard qabel il-ġurnata ta’ din id- Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2002.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, 26.06.1999, p. 68.

[2] ĠU L 161, 26.06.1999, p. 87.

[3] ĠU L 342, 27.12.2001, p. 1.

[4] ĠU L 253, 07.10.00, p. 5.

[5] ĠU L 304, 21.11.2001, p. 8.

--------------------------------------------------