32002D0635



Official Journal L 206 , 03/08/2002 P. 0020 - 0026


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Lulju 2002

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE dwar l-importazzjoni taż-żwieme irreġistrati mit-Turkija u li tħassar id-Deċiżjoni 98/404/KE

(notifikata taħt dokument numru C(2002) 2878)

(Test b’ rilevanza għall-AEE)

(2002/635/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ekwini [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/160/KE [2], u partikolarment l-Artikoli 13, 15, 16 u l-Artikolu 19(i) u (ii) tagħha,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [3], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/43/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 18 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/731/KE [6], li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-annimali bovini, majjali, ekwini, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam tinkludi lit-Turkija fit-2 Parti ta’ l-Anness, u b’hekk tippermetti biss l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati.

(2) Taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE tal-5 ta’ Marzu 1992 li tistabbilixxi r-reġjunalizzazzjoni ta’ xi pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet ta’ l-ekwini [7], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/622/KE [8], dwar it-Turkija, l-ammissjoni u dħul mill-ġdid termporanji biss huma permessi għal żwiemel irreġistrati, u biss minn sitt provinċji.

(3) Il-kundizzjonijiet sanitarji u l-attestazzjoni veterinarja għall-ammissjoni temporanja, l-importazzjonijiet permanenti u dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati huma armonizzati u stabbiliti rispettivament fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE [9] u 93/197/KEE [10], it-tnejn kif l-aħħar emendati bid-Deċiżjoni 2001828/KE [11], u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE [12], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/611/KE [13].

(4) Fil-każ tat-Turkija, il-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali u l-attestazzjoni veterinarja huma stabbiliti għall-ammissjoni temporanja u dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel irreġistrati rispettivament fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/195/KEE.

(5) Billi fil-kors ta’ żjara ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni lit-Turkija fl-1998, dehru ħafna difetti fil-proċeduri għall-esportazzjoni taż-żwiemel mit-Turkija lejn il-Komunità, il-Kummissjoni addottat id-Deċiżjoni 98/404/KE tat-12 ta’ Ġunju 1998 li tintroduċi miżuri protettivi dwar l-importazzjoni ta’ l-ekwini mit-Turkija [14], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/507/KE [15].

(6) Wara l-addozzjoni tad-Deċiżjoni 98/404/KE, l-awtoritajiet kompetenti tat-Turkija kkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri mmirati sabiex itejbu s-sorveljar veterinarju u l-attestazzjoni ta’ l-esportazzjoni bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni wara dik iż-żjara ta’ spezzjoni.

(7) Oltre, l-awtoritajiet kompetenti, assistiti mis-settur privat taż-żwiemel lestew programm ta’ sorveljanza ta’ glanders li nkluda wkoll sorveljanza għall-marda taż-żwiemel Afrikana u d-durina, u taw rapport finali lill-Kummissjoni f’ Aprtil 2001. Il-programm ta’ sorveljanza kkonferma dwar il-prevalenza tal-glanders is-sejbiet tal-missjoni mwettqa fl-1998. Numru kbir ta’ mallein reactors identifikati fost iż-żwiemel mhux irreġistrati, bgħula u ħmir inqerdu u ġew ikkompensati.

(8) Għalhekk jidher xieraq li jiġu permessi l-ammissjoni temporanja u d-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta’ żwiemel irreġistrati fil-Komunità u l-importazzjonijiet permenenti ta’ żwiemel irreġistrati minn dawk il-provinċji fit-Turkija elenkati fid-Deċiżjoni 92/160/KEE taħt il-kundizzjonijiet sanitarji ta’ l-annimali stabbiliti għal żwiemel minn żoni ta’ sitwazzjoni epidemjoloġika simili. Iżda, t-testijiet sanitarji meħtieġa skond il-kundizzjonijiet rilevanti għall-importazzjoni għandhom jitwettqu fil-laboratorji maqbula mill-Istat Membru destinatarju.

(9) Id-Deċiżjonijiet 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati b’ dan il-mod u d-Deċiżjoni 98/404/KE tiġi mħassra.

(10) Il-pajjiżi li jidhru fuq il-lista li huma identifikati skond il-kodiċijiet ISO alpha 2 użati mil-leġislazzjoni Komunitarja għan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-kummerċ estern, b’mod speċjali r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2000, l-istat proviżorju ta’ dawn il-kodiċijiet għandu jiġi speċifikat fejn xieraq.

(11) Il-miżuri previsti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali; the Food Chain and Animal Health,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-kliem "Turkija(2)" fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE huma sostitwiti b’ "Turkija".

L-Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) il-lista ta’ pajjiżi terzi fil-Grupp B hija sostitwita b’ din li ġejja:

"l-Awstralja (AU), il-Bulgarija (BG), il-Belarus (BY), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (EE), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), il-Litwanja (LI), il-Latvja (LV), ir-Repubblika tal-Maċedonija (MK) (2), New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika Slovakka (SK), is-Slovenja (SL), l-Ukrajna (UA), ir-Repubblika Federali tal-Jugolavja (YU);"

(b) tiżdied in-nota li ġejja:

"(2) Il-Kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li jiġi attribwit wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa qegħdin isiru fil-Ġnus Magħquda."

(ċ) il-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp C hija sostitwita b’ din li ġejja:

"il-Kanada (CA), Hong Kong (HK), il-Ġappun UP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peninsula) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (US).";

2. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) it-tielet inċiż tat-taqsima III(d) taċ-ċertifikati tas-saħħa A, B, C u D huwa sostitwit bis-segwenti:

"— l-Emirati Uniti Għarbin, l-Awstralja, il-Bulgarija, il-Belarus, il-Kanada, l-Isvizzera, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Greenland, Hong Kong, il-Kroazja, l-Ungerija, Iceland, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Litwanja, il-Latvia, ir-Repubblika tal-Meċedonja, il-Makaw, il-Malasja (peninsula), in-Norveġja, New Zealand, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja (1), Singapor, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenija, it-Tajlandja, l-Ukrajna, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja.";

(b) iċ-ċertifikat tas-saħħa E huwa emendat kif ġej:

(i) taqsima III "Informazzjoni sanitarja" hija sostitwita bl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(ii) tiżdied nota kif ġej:

"(6) It-testijiet tal-laboratorju meħtieġa skond il-kundizzjonijiet f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat mill-Istat Membru destinatarju. Ir-riżultati tat-test, attestati mil-laboratorju, għandhom jkunu mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jakkumpanja lill-annimal. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu għall-pajjiżi li ġejjin: it-Turkija (TR)."

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) il-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp B hija sostitwita b’ din li ġejja:

"l-Awstralja (AU), il-Bulgarija (BG), il-Belarus (BY), Ċipru (CY), ir-Repubblika Ċeka (CZ), l-Estonja (EE), il-Kroazja (HR), l-Ungerija (HU), il-Litwanja (LI), il-Latvja (LV), ir-Repubblika tal-Maċedonija (MK) (3), New Zealand (NZ), il-Polonja (PL), ir-Rumanija (RO), ir-Russja (1) (RU), ir-Repubblika Slovakka (SK), is-Slovenja (SL), l-Ukrajna (UA), ir-Repubblika Federali tal-Jugolavja (YU)"

(b) tiżdied in-nota tal-qiegħ kif ġej:

"(3) Il-kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li jiġi attribwit wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa qegħdin isiru fil-Ġnus Magħquda."

(ċ) Il-kliem "Turkija (1) (2) (TR)" jiżdiedu fl-ordni alfabetiku tal-kodiċi ISO tal-pajjiż fil-lista tal-pajjiżi terzi fil-Grupp E.

2. Iċ-ċertifikat tas-Saħħa E fl-Anness II huwa emendat kif ġej:

It-titolu huwa sostitwit b’ dan li ġej:

"Ċertifikat tas-Saħħa

Għall-importazzjonijiet lejn it-territorju Komunitarju ta’ żwiemel irreġistrati mill-Emirati Għarab Magħquda, il-Baħrejn, l-Eġittu (1), il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Lebanon, il-Libja, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja t’ Isfel (1), is-Sirja, it-Turkija (1) u ta’ ekwini rreġistrati u ekwini għat-trobbija u l-produzzjoni fl-Alġerija, l-Iżrael, il-Marokk, Malta, il-Mawrizju u t-Tuneżija."

(a) It-Taqsima III "Informazzjoni Sanitarja" hija sostitwita bl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(b) tiżdied in-nota tal-qiegħ kif ġej:

"(5) It-testijiet tal-laboratorju meħtieġa skond il-kundizzjonijiet f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat mill- Istat Membru destinatarju. Ir-riżultati tat-test, attestati mil-laboratorju, għandhom jinhemżu maċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jakkumpanja lill-annimal. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu għall-pajjiżi li ġejjin: it-Turkija (TR)."

L-Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 98/404/KE hija b’ dan imħassra.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għat-Turkija u jġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

[2] ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 37.

[3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991,p. 56.

[4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[5] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[6] ĠU L 274, tas-17.10.2001, p. 22.

[7] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27.

[8] ĠU L 216, ta’ l-10.8.2001, p. 26.

[9] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67.

[10] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16.

[11] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 41.

[12] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1.

[13] ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 49.

[14] ĠU L 178, tat-23.6.1998, p. 41.

[15] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p. 42.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------