Official Journal L 187 , 16/07/2002 P. 0044 - 0047
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-adattament tal-partijiet III u VIII ta' l-istruzzjonijiet konsulari komuni (2002/585/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet tal-viża [1], Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju u r-Renju ta' Spanja, Billi: (1) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata armonizzazzjoni massima possibbli fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża depożitati permezz ta' aġenziji ta' l-ivjaġġar mal-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari ta' l-Istati Membri sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' viża shopping u abbuż ta' proċedura. (2) Huwa meħtieġ li jiġu inkorporati fir-regoli ta' l-istruzzjonijiet konsulari komuni li jissupplimentaw f'aktar dettall l-arranġamenti għal u l-monitorjar ta' koperazzjoni ma' aġenziji privati amministrattivi, aġenziji lokali ta' l-ivjaġġar u package tour operators fil-proċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża ma' missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari ta' l-Istati Membri. (3) Il-għan tad-definizzjoni tal-kondizzjonijiet għal koperazzjoni ma' aġenziji ta' l-ivjaġġar mhuwiex li ma titħalliex kompetizzjoni ħielsa bejniethom imma biss biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li bihom il-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari jistgħu jikkoperaw ma' aġenziji ta' l-ivjaġġar biex jiġu proċessati applikazzjonijiet għall-viża. (4) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness i mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni timmira biex jibqa' jinbena l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bi qbil ma' l-Artikolu 5 tal-Protokoll msemmi id-Danimarka se tiddeċiedi f'perjodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill adotta din id-Deċiżjoni jekk hux se tbiddilha fil-liġi nazzjonali tagħha. (5) Rigward ir-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jidħlu taħt l-erja riferita fl-Artikolu1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/EC tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti biex jiġi applikat il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li għandu x'jaqsam ma' l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen [2], (6) Bi qbil ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dawk l-Istati Membri msemmija fuq mhumiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk mhumiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fil-punt 4 tal-parti III ta' l-istruzzjonijiet konsulari komuni għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "Il-Parti VIII.5 tikkontjeni aktar regoli dettaljati dwar applikazzjonijiet għall-viża proċessati minn aġenziji privati amministrattivi, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour operators u l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom." Artikolu 2 It-taqsima li ġejja għandha tiżdied mal-Parti VIII ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni: "5. Applikazzjonijiet għall-viża proċessati minn aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u package tour operators Ir-regola bażika għal applikazzjonijiet għall-viża hija li għandu jkun hemm il-possibilita ta' interview personali. Madankollu, dan jista' jiġi evitat (dispensed) safejn u sakemm, ma jkunx hemm dubju raġonevoli rigward il-bona fede ta' l-applikant, l-għan tal-vjaġġ jew l-intenzjoni attwali ta' l-applikant li jirritorna lejn il-pajjiż ta' l-oriġini, entita magħrufa u solvent, li torganizza vjaġġi għal gruppi, jipprovdi lill-missjoni diplomatika jew post konsulari bid-dokumentazzjoni meħtieġa u tixhed, bi kreddibiltà raġunevoli, għall-bona fede ta' l-applikant, l-għan tal-vjaġġ u l-intenzjoni reali ta' l-applikant li jirritorna (ara punt III.4). Huwa kemm komuni u anke ta' użu, partikolarment f'pajjiżi b'erja tal-wiċċ kbira, għal aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour operators u l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom li jaġixxu bħala intermedjari awtorizzati ta' l-applikant. Dawn l-intermedjarji kummerċjali mhumiex ta' natura uniformi għaliex ma jidħlux fl-istess digriet ta' rbit rigward klijienti li jiġu fdati bil-proċessar ta' viża; biex b'hekk, il-grad ta' solvenza u kredibbiltà mistenni minnhom ikun, bħala prinċipju, direttament proporzjonali mal-grad ta' involviment tagħhom fl-ippjanar totali tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, assigurazzjoni medika u ta' l-ivjaġġar, u r-responsabbiltà tagħhom għar-ritorn tal-klijient lejn il-pajjiż ta' l-oriġini. 5.1. Tipi ta' intermedjarji (a) It-tipi l-aktar sempliċi ta' intermedjarji huma aġenziji amministrattivi privati, fejn l-għajnuna mogħtija lill-klijient tinvolvi biss il-provvista ta' identita u dokumenti oħra ta' appoġġ f'isem il-klijent. (b) It-tieni tip ta' entita kummerċjali hija dik ta' aġenziji ta' trasport jew aġenziji lokali ta' l-ivjaġġar, f'xi każijiet magħquda ma' ġarrara ta' l-ajru/ajruplani, kemm jekk huma ġarrara ta' bnadar u kemm jekk le, involuti fi trasport tal-passiġġijieri skedat jew mikri. L-għajnuna tagħhom lill-klijent tinkludi l-provvista ta' dokumenti ta' appoġġ kif ukoll, fejn ikun xieraq, bejgħ ta' biljetti u riservazzjonijiet tal-lukanda. (ċ) It-tielet tip ta' intermedjarju huwa kostitwit minn persuni li jorganizzaw il-vjaġġi jew tour operators, li huma persuni naturali jew legali li jorganizzaw package tours fuq bażi mhux okkażjonali (tħejjija ta' dokumentazzjoni ta' l-ivjaġġar, trasport, akkomodazzjoni, servizzi turistiċi oħra mhux anċillari għal dawn l-elementi, assigurazzjoni medika u ta' l-ivjaġġar, trasferimenti interni, eċċ.) li jbiegħu package tours, jew joffruhom għall-bejgħ direttament jew permezz ta' bejjiegħ bl-imnut jew aġenzija ta' l-ivvjaġġar magħqud b'kuntratt mat-tour operator. Għat-tour operator u l-aġenzija li qed tbigħ bl-imnut il-vjaġġ pakkett, l-applikant għall-viża mhuwiex aktar mill-konsumatur tal-vjaġġ mħejji, bl-offerta biex tiġi proċessata l-applikazzjoni għall-viża bħala parti mill-arranġament. Dan it-tielet tip kumpless ta' servizz intermedjarju jikkomprendi diversi fażijiet u facets li jistgħu ikunu suġġetti għal monitorjar oġġettiv: dokumentazzjoni tan-negozju, tmexxija, it-tlestija attwali u d-destinazzjoni tal-vjaġġ, akkomodazzjoni u dħul u ħruġ ta' gruppi skedati. 5.2. Armonizzazzjoni ta' koperazzjoni ma' aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar, tour operators u l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom (a) Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari kollha lokati fl-istess belt għandhom jagħmlu sforz biex jiksbu applikazzjoni armonizzata fil-livell lokali tal-linji ta' gwida dikjarat hawn taħt ibbażat fuq it-tip ta' rwol intermedjarju mwettaq mill-aġenziji konċernati. Għalkemm huwa f'idejn kull missjoni dipplomatika jew post konsulari li jiddeċiedu jekk jaħdmux ma' l-aġenziji jew le, għandhom jżommu l-għażla li jirtiraw akkreditazzjoni f'kull ħin jekk l-esperjenza u l-interessi ta' politika komuni tal-viża jiddettaw hekk. Jekk missjoni diplomatika jew post konsulari jiddeċiedi li jaħdem ma' aġenzija, għandu iżomm mal-prattiċi u l-proċeduri tax-xogħol dikjarati f'din it-taqsima. - Il-postijiet konsulari ta' l-Istati Membri għandhom jkunu partikolarmet viġilanti u se jikoperaw mill-viċin fl-evalwazzjoni u l-akkreditazzjoni eċċezzjonali ta' aġenziji amministrattivi privati. Il-proċessar ta' l-applikazzjonijiet tal-viża tagħhom ikunu bla ħsara għal eżami metikoluż, bi spezzjonijiet kondotti f'kull każ fuq id-dokumenti ta' appoġġ tal-pussessur tal-viża u fuq dawk li għandhom x'jaqsmu mal-liċenza u d-dħul fir-reġistru kummerċjali ta' l-aġenzija privata. - Għall-evalwazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-viża depożitati minn aġenziji ta' trasport jew aġenziji lokali ta' l-ivjaġġar, attenzjoni partikolari għandha tingħata liċ-ċirkostanzi ta' l-applikant u l-verifika każ b'każ tad-dokumenti ta' appoġġ. Il-postijiet konsulari għandhom jikoperaw mill-viċin, huma u jirinfurzaw il-mekkaniżmi rispettivi tagħhom biex jinstabu irregolaritajiet fl-aġenziji u fil-ġarrara nfushom, u, b' appoġġ ta' dawk il-mekkaniżmi, irregolaritajiet kommessi mill-aġenziji għandhom jiġu mgħarrfa fil-livell ta' koperazzjoni konsulari lokali u reġjonali. - Il-kriterji li jirregolaw l-akkreditazzjoni ta' aġenziji ta' l-ivjaġġar (tour operators u bejjjiegħa bl-imnut), fost ħwejjeġ oħra, se jqisu: il-liċenza korrenti, ir-reġistru kummerċjali, l-istatuti tal-kumpanija, kuntratti mal-banek li jużaw, kuntratti aġġornati mar-reċipjenti Komunitarji ta' servizzi ta' turiżmu, li għandhom jinkludu l-elementi kollha tal-vjaġġ pakkett (akkomodazzjoni u servizzi tat-tour package), kuntratti ma' linji ta' l-ajru, li għandhom jinkludu vjaġġi bir-ritorn fissati għal barra u garantiti, kif ukoll l-assigurazzjoni meħtieġa medika u ta' l-ivjaġġar. Applikazzjonijiet għall-viża depożitati minn dawn l-aġenziji ta' l-ivjaġġar għandhom jiġu skrutinizzati b'attenzjoni. (b) Fil-kuntest ta' koperazzjoni konsulari lokali, missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari se jagħmlu sforz ukoll biex jarmonizzaw prattiċi u proċeduri tax-xogħol kif ukoll il-kriterji għall-monitorjar tal-funzjonament kif suppost ta' aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour organisers (tour operators u bejjiegħa bl-imnut). Monitorjar bħal dan għandu għall-inqas jikkomprendi spezzjonijiet f'kull ħin fuq dokumentazzjoni ta' akkreditazzjoni, spezzjonijiet fuq il-post li jinvolvu intervisti personali jew bit-telefon ma' applikanti, verifikazzjoni ta' vjaġġi u akkomodazzjoni, u, fejn possibbli, verifikazzjoni tad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' ritorn tal-grupp. (ċ) Għandu jkun hemm skambju intensiv ta' tagħrif rilevanti dwar l-operat ta' aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour organisers (tour operators u bejjiegħa bl-imnut): notifika ta' irregolaritajiet notati, skambji regolari li jirrigwardjaw viżajiet rifjutati, komunikazzjoni ta' forom notati ta' frodi tad-dokument ta' l-ivjaħħar u nuqqas li jsiru vjaġġi skedati. Koperazzjoni ma' aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour organisers (tour operators u bejjiegħa bl-imnut) għandha tiġi diskussa fil-laqgħat regolari organizzati fil-qafas tal-koperazzjoni konsulari komuni. (d) Fil-livell ta' koperazzjoni konsulari lokali, għandhom jiġu mibdula listi ta' aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour organisers (tour operators u bejjiegħa bl-imnut) li għalhom tkun ingħatat akkreditazzjoni minn kull missjoni diplomatiku jew post konsulari jew minn fejn tkun ġiet irtirata akkreditazzjoni, flimkien mar-raġunijiet għal irtirar bħal dan. (e) Aġenziji amministrattivi privati, aġenziji ta' l-ivjaġġar u tour organisers (tour operators u bejjiegħa bl-imnut) għandhom jissottomettu lill-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari li għalihom huma akkreditati l-ismijiet ta' membru wieħed jew tnejn ta' l-istaff awtorizzati bħala intermedjarji biex jiġu depożitati applikazzjonijiet għall-viża." Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 2002. Għall-Kunsill Il-President T. Pedersen [1] ĠU L 116, tas-26.4.2001, p. 2. [2] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31. --------------------------------------------------