Official Journal L 169 , 28/06/2002 P. 0063 - 0063
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambji ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja illi jikkonċerna ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 6 tal-Ftehim dwar il-konċessjoni tal-kummerċ preferenzjali reċiproku għal ċerti nbejjed (notifikat taħt id-dokument numru K(2002) 666) (2002/501/KE) IL-KUMMISSJONI TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/918/KE [1] and 2001/919/KE [2] li jikkonċernaw il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ l-Istabilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, fuq in-naħa l-oħra, u l-Protokoll Addizzjonali li jaġġusta l-aspetti tal-Kummerċ tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja biex tikkonsidra r-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet dwar il-konċessjoni preferenzali reċiproka għal ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid u r-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet għall-ispirti u x-xorb aromatiku, u partikolarment l-Artikolu 3 tagħhom, Billi: (1) F’dawn id-Deċiżjonijiet, il-Kunsill ikkonkluda mal-Protokolli Addizzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja dwar il-konċessjoni preferenzali reċiproka għal ċerti nbejjed, ir-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet ta’ l-inbid u r-rikonoxximent reċiproku, il-protezzjoni u l-kontroll ta’ l-ismijiet għall-ispirti u x-xorb aromatiku, li iżjed ‘il quddiem hawnhekk huwa msejjaħ "Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid". Il-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2002. (2) Paragrafu 6 ta’ l-Anness 1 (il-Ftehim dwar il-konċessjoni preferenzali reċiproka għal ċerti nbejjed) tal-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid għall-Ftehim ta’ l-Istablizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju, li tlesta fis-7 Diċembru 2001, jistipula li l-jedd biex wieħed jibbenefika mill-konċessjoni ta’ tariffi huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat maħruġ mill-korp uffiċjali li jidher fil-lista konġunta li saret, b’effett li l-inbid diskuss iħares punt 5(b). (3) Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u r-Repubblika tal-Kroazja qablu dwar il-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbid għall-Istabilizzazzjoni u l-Assoċċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju li jimplimenta regoli għaċ-ċertifikat imsemmi hawn fuq. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tapprova dawn ir-regoli miftehma f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri. (4) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni u fl-Ittri ta’ Skambju annessi huma skond l-opinjoni tal-Kummissjoni tal-Kodiċi Doganali, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja li jikkonċerna ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 6, l-Anness 1 tal-Ftehim dwar il-konċessjoni tal-kummerċ preferenzali reċiproku għal ċerti nbejjed, qed jkun hawnhekk approvat f’isem il-Komunità. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hu awtorizzat li jiffirma l-Ftehim f’forma ta’ Skambju ta’ Ittri. Artikolu 2 Din id-Deċizjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Marzu 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 42. [2] ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 60. --------------------------------------------------