32002D0256



Official Journal L 087 , 04/04/2002 P. 0057 - 0060


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta' Marzu 2002

li tirretifika d-Deċiżjoni 2000/275/KE dwar ekwivalenzi bejn ċertu kategoriji ta' liċenzji tas-sewqan

(notifikiata taħt id-document numru C(2002) 1175)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/256/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/56/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

Saru żbalji fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/275/KE [3]. Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2000/275/KE huwa rettifikat kif ġej, fil-paġni indikat fil-parentesi:

1. fid-deskrizzjoni tal-Mudell Belġju 1 (p. 3), il-kliem "Ġeneralment huwa roża" huma ssostitwiti bil-kelma "roża";

2. Fit-tabella ta' ekwivalenzi għall-mudell Ġermanja 2 (p. 8), fil-kolonna "Kategoriji korrispondenti", it-tielet linja, il-kliem "inqas minn 25 siġġu tal-passiġġieri" huma sostitwiti bil-kliem "25 siġġu tal-passiġieri jew inqas";

3. Fit-tabella ta' ekwivalenzi għall-mudell Greċja 1 (p. 14), il-kolonna "Kategoriji korrispondenti", it-tielet linja, "B*" huwa ssostitwit b "B għal użu professjonali";

4. Fit-tabella ta' ekwivalenzi għall-mudell Spanja 1 (p. 15), fil-kolonna "Kategoriji korrispondenti", is-sitt u s-sebgħa linji "Ċ 1" u "Ċ 1 E" huma ssostitwiti b"Ċ 1 (ara: 1)" u "Ċ 1 E (ara: 1)" rispettivament, fit-tmien linja, "Ċ, ĊE (ara: 1)" huwa ssostitwit b "Ċ, ĊE (ara: 2)";

5. l-

"Informazzjoni addizzjonali"

fis-sezzjoni ta' Mudell Spanja 1 (p. 15) hija ssostitwita b'li ġej:

"Informazzjoni addizzjonali:

1. jekk ebda restrizzjoni għal massa massima awtorizzata ta' 7500 kg ma tidher fuq paġna 6 tal-liċenzja, il- kategorija Ċ 1 tinkludi d-dritt li jinsaqu vetturi Ċ. Jekk ebda restrizzjoni ma hija indikata u t-titolari huwa intitolat li jsuq vetturi ĊIE jew Ċ2E, dawk il-kategoriji jinkludu d-dritt li jinsaqu vetturi CE;

2. id-detentur ta' liċenzja Ċ2 huwa addizzjonalment intitolat li jsuq vetturi DE jekk anke hu jkollu liċenzja D";

6. tikkonċerna biss il-verżjoni Franċiża;

7. fit-Tabella ta' ekwivalenzi għall-Mudell Awstrija 3 (p. 29), il-kolonna "Kategoriji korrispondenti", il-ħames linja' (ara: 1) "hija sostitwita b""(ara: 2)";

8. Fit-tabella ta' ekwivalenzi għall-Mudell Awstrija 4 (p. 30), il-kolonna "Kategoriji korrispondenti", it-tieni linja, "A1, B" huma ssostitwiti b' "B";

9. Is-sezzjoni intitolata "Mudelli maħruġa fin-Norveġja" (pp. 47-50) hija ssostitwita bit-test li jidher fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni;

10. Il-figura "1." hija inserita wara "Informazzjoni addizzjonali" għall kull wieħed mill-mudelli li ġejjin:

Franza 1 (ĠU L 91, 12.4.2000, p. 16), Franza 2 (p. 17), Franza 4 (p. 18), Franza 5 (p. 19), Portugall 1 (p. 31), Svezja 2 (p. 37), Renju Unit 3 (p. 39), Islanda 1 (p. 44), Islanda 2 (p. 44), Islanda 3 (p. 45), Islanda 4 (p. 45) u Liechtenstein 2 (p. 47).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Marzu 2002.

Għall-Kummissjoni

Loyola de Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 237, 21.9.2000, p. 45.

[3] ĠU L 91, 12.4.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

MUDELLI MAĦRUĠA FIN-NORVEĠJA

Rimarka ġenerali għall-mudelli kollha: il-liċenzji tas-sewqan Norveġiżi kollha stampaw test minn qabel f' "bokmål" jew "nynorsk". Iż-żewġ forom tal-lingwa għandhom status indaqs. Il-kliem "førerkort" u "Norge" juru li t-test hu f' "bokmål"; "førerkort" u "Noreg" jindikaw il-forma "nynorsk".

Mudell Norveġja 1 (N1)

Maħruġ fin-Norveġja mit- 23.4.1967 sal- 31.3.1979

Deskrizzjoni: qoxra ħadra skura, mudell mitwi fil-format A7, sitt paġni. Il-kelma "Førerkort" jew "Førarkort" hija stampata fuq il-qoxra ta' quddiem.

Tabella ta' l-ekwivalenzi

Kategoriji tal-Mudell Nl | Kategoriji korrispondenti |

Klassi 1 | A1, BE |

Klassi 2 | A1, BE |

Klassi 3 | A |

(Klassi 4) | — |

Informazzjoni Addizzjonali:

Dan il-mudell huwa validu sa għeluq il-100 sena tat-titolari, sakemm il-liċenzja jkollha perjodu ta' validità ta' għaxar snin u kienet valida mit-2 ta' April 1982. Il-liġi nazzjonali teħtieġ illi titolari li jsuqu barra b'dan il-mudell ikollhom magħhom ukoll traduzzjoni ċertifikata jew permess internazzjonali skond il-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Traffiku fit-Triq.

Mudell Norveġja 2 (N2)

Maħruġ fin-Norveġja mill- 1.4.1979 sa l- 1.3.1989

Deskrizzjoni: mudell tal-karta roża tgħajjat miksi fi plastik trasparenti, żewġ paġni. Liċenzji maħruġa wara Lulju 1985 jkollhom id-data ta' l-ewwel ħarġa ta' kwalunkwe liċenzja tas-sewqan lit-titolari (Første førerkort').

Tabella ta' l-Ekwivalenzi

Kategoriji tal-Mudell N2 | Kategoriji korrispondenti |

A | A |

A + "Klasse A gjelder bare lett motorsykkel" | A1 (ara: 1) |

B | B |

BE | BE (ara: 2) |

Ċ | Ċ |

ĊE | ĊE |

D | Ċ1, D (ara: 3) |

DE | ĊIE, DE (ara: 3) |

(A + "Klasse A gjelder bare beltemotorsykkel") | — |

(T) | — |

Informazzjoni Addizzjonali:

1. It-timbru huwa fuq wara tal-liċenzja tas-sewqan;

2. titolari ta' liċenzji tas-sewqan tal-kategorija BE maħruġa qabel l-1 ta' April 1979 u ssostitwiti sussegwentement għal mudell N2 huma ntitolati addizzjonalment biex isuqu vetturi tal-kategorija A1;

3. biex jinżamm id-dritt għal intitolament Ċ 1 jew ĊIE, it-titolari għandu jiskambja l-liċenzja tiegħu għal mudell N4 meta jġedded l-intitolament tiegħu D jew DE.

Mudell tan-Norveġja 3 (N3)

Maħruġa fin-Norveġja mill- 1.3.1989 sal- 31.12.1997

Deskrizzjoni: mudell ta' karta roża tgħajjat u griża miksi fi plastik trasparenti, żewġ paġni.

Tabella tal-Ekwivalenzi

Kategoriji tal-Mudell N3 | Kategoriji korrispondenti |

A | A |

A + "Klasse A gjelder bare lett motorsykkel" | A1 (ara: 1) |

A1 | A1 |

B | B |

BE | BE (ara: 2) |

B1 | B1 |

Ċ | Ċ |

ĊE | ĊE |

Ċ1 | Ċ 1 (ara: 3) |

ĊIE | ĊIE (ara: 3) |

D | D |

DE | ĊIE, DE (ara: 4) |

D1 | D1 (ara: 5) |

D1E | DIE (ara: 5) |

D2 | Ċ1, D1 (ara: 4) |

D2E | CIE, DIE (ara: 4) |

(A + "Gjelder beltemotorsykkel") | — |

(S) | — |

(T) | — |

Informazzjoni Addizzjonali:

1. It-timbru huwa fuq wara tal-liċenzja tas-sewqan;

2. liċenzji tas-sewqan tal-kategorija BE l-ewwel maħruġa qanbel l-1 ta' April 1979 u mibdula sussegwentement għall-mudell N3 jintitolaw it-titolari li jsuq il-kategorija A1 f'addizzjoni;

3. kategoriji Ċ 1 u ĊIE ġew introdotti fl-1 ta' Jannar 1997;

4. l-intitolament biex jinsaqu C1 u C1E jista' biss jinżamm jekk it-titolari jiskambja l-liċenzja tiegħu għal mudell N4 meta jġedded l-intitolament DE, D2 jew D2E tiegħu;

5. il-kategoriji D1 u D1E ġew introdotti fl-1 ta' Jannar 1997 u ssostitwew il-kategoriji D2 u D2E

Mudell Norveġja 4 (N4)

Maħruġ fin-Norveġja sa mill- ta' l- 1.1.1998

Deskrizzjoni: Mudell ta' kartolina tal-plastik bl-Anness 1a mad-Direttiva 91/439/KEE.

Tabella ta' l-Ekwivalenzi

Kategoriji tal-Mudell N4 | Kategoriji korrispondenti |

A1 | A1 |

A | A |

B1 | B1 |

B | B |

BE | BE |

Ċ1 | Ċ1 |

Ċ1E | Ċ1E |

Ċ | Ċ |

ĊE | ĊE |

D1 | D1 |

D1E | D1E |

D | D |

DE | DE |

(S, T) | — |

--------------------------------------------------