Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0068 - 0069
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 dwar ir-rikonoxximent tal-ħames faċilitajiet tat-testijiet Iżraeljani li nstabu li huma konformi mal-ħtiġiet tal-prattika tajba tal-laboratorju (GLP) fir-rigward ta’ l-oqsma ta’ l-esperjenza rispettiva tagħhom (2002/228/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/662/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-prinċipji tal-OECD tal-prattika tajba tal-laboratorju (GLP) u tal-koNformità tal-programmi tal-monitoraġġ, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael [1], u partikolarment l-Artikolu 3(1) tiegħu, Wara li kkonsultat lill-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill, Billi: (1) B’segwiment ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-ispetturi nnominati tal-KE bejn it-28 ta’ Marzu 1996 u l-1 ta’ Jannar 2000, b’konformità ma’ l-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-prinċipji tal-OECD tal-prattika tajba tal-laboratorju (GLP) u dwar il-konformità tal-programmi tal-monitoraġġ, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael, ħames faċilitajiet tat-testijiet Iżraeljani nstabu li kienu konformi mal-ħtiġiet tal-GLP fl-oqsma ta’ l-esperjenzi rispettivi tagħhom. (2) B’konformità ma l-Artikolu 12 tal-Ftehim, il-ħames faċilitajiet tat-testijiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Komunità. IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu uniku Il-Komunità b’dan tirrikonoxxi l-ħames faċilitajiet tat-testijiet Iżraeljani referuti fl-Anness bħala li huma konformi mal-GLP fl-oqsma ta’ l-esperjenzi rispettivi tagħhom. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 263, tad-9.10.1999, pġ. 6. -------------------------------------------------- ANNESS Il-faċilitajiet tat-testijiet Iżraeljani li nstabu li huma konformi mal-GLP/PTL fil-qasam ta’ l-esperjenza tagħhom Agan Chemical Manufacturers Ltd Analytical Laboratory 77102 Ashdod,Israel Qasam ta’ l-esperjenza Iżraeljana: It-testijiet fiżiċi-kemikali Aminolab Ltd Analytical Laboratory Services Weizmann Science Park 76326 Rehovot,Israel Qasam ta’ l-esperjenza Iżraeljana: Il-kemistrija analitika u klinika Analyst Research Laboratories Hamanov Street 3 76111 Rehovot,Israel Qasam ta’ l-esperjenza Iżraeljana: It-testijiet fiżiċi-kemikali u il-kemistrija analitika u klinika Harlan Biotech Israel Ltd Kiryat Weizmann,Building 13B 76326 Rehovot,Israel Qasam ta’ l-esperjenza Iżraeljana: Studji tat-tossiċità Makteshim Chemical Works Ltd Physicochemical Research 84100 Beer Sheva,Israel Qasam ta’ l-esperjenza Iżraeljana: It-testijiet fiżiċi-kemikali --------------------------------------------------