32002D0227



Official Journal L 075 , 16/03/2002 P. 0067 - 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Marzu 2002

dwar ir-rikonoxximent tat-twaqqif u d-dħul fl-operat b’mod sodisfaċenti tas-sistema ta’ mmonitorjar tal-prattika ta’ laboratorju tajba (GLP) Iżrealjana

(2002/227/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/662/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar rikonoxximent reċiproka tal-prinċipji ta’ l-OKEŻ ta’ prattika ta’ laboratorju tajba (GLP) u programmi ta’ mmonitorjar tal-konformita bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Speċjali maħtur mill-Kunsill,

Billi:

(1) L-ewwel żewġ laqgħat tal-Kumitat Konġunt UE-Iżrael imwaqqaf mill-Ftehim kienu saru rispettivament fis-27 ta’ Novembru 2000 u fis-16 ta’ Novembru 2001, u ppermettew biex isir eżami ddettaljat tat-twaqqif ta’ sistema nazzjonali ta’ mmonitorjar ta’ PLT Iżraeljana.

(2) L-informazzjoni addizjonali mitluba mis-Servizzi tal-Kummissjoni kienet ipprovduta fil-ħin mill-Awtorita ta’ Akkreditament ta’ Laboratorji ta’ l-Iżrael (ISRAC) li kienet taġixxi bħala l-awtorita nazzjonali għall-immonitorjar ta’ PLT.

(3) Skond l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tal-Ftehim, il-Komunità għandha taqbel li is-sistema ta’ mmonitorjar ta’ PLT Iżraeljana kienet stabbilita u daħlet fis-seħħ b’mod sodisfaċenti qabel ma’ l-perjodu inizjali jista’ jkun terminat,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-Komunità b’dan taqbel li s-sistema ta’ mmonitorjar tal-GLP Iżraeljana kienet stabbilita u daħlet f’operazzjoni b’mod sodisfaċenti matul il-perjodu inizjali tal-Ftehim, u li l-perjodu inizjali jista’ hekk ikun terminat bil-ħsieb li wieħed jimxi lejn il-fażi operazzjonali tal-ftehim fl-1 ta’ Mejju 2002 l-aktar tard.

Magħmula fi Brussel, 13 Marzu 2002

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 263, 09.10.99, p. 6.

--------------------------------------------------