Official Journal L 033 , 02/02/2002 P. 0031 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Frar 2002 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ħlewwa stellata (notifikata bid-dokument numru K(2002) 379) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2002/75/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-iġjene ta’ oġġetti ta’ l-ikel [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu, Billi: (1) Ħlewwa stellata (Illicium verum), magħrufa wkoll bħala ħlewwa stellata Ċiniża jew badian Ċiniża, hija tajba għall-konsum uman u komunement użata f’oġġetti ta’ l-ikel. (2) Il-varjeta botanika ta’ ħlewwa stellata magħrufa bħala ħlewwa stellata Ġappuniża (Illicium anisatum, magħrufa wkoll bħala Illicium religiosum, Illicium japonicum, shikimmi u skimmi), hija rrikonoxxuta xjentifikament bħala velenuża ħafna u għalhekk mhix tajba għall-konsum uman. (3) Analiżijiet ta’ kunsinni ta’ ħlewwa stellata minn ċerti pajjiżi terzi kixfu wkoll il-preżenza ta’ ħlewwa stellata Ġappuniża; il-preżenza ta’ ħlewwa stellata Ġappuniża kienet marbuta f’ċerti każijiet ma’ vvelenar b’ikel fil-Komunità. (4) Hemm għalhekk problema ta’ iġjene f’ċerti pajjiżi terzi li toħloq theddida serja għas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunità u miżuri protettivi għandhom ikunu adottati fuq livell Komunitarju. (5) Huwa meħtieġ li ħlewwa stellata importata minn pajjiżi terzi, li hija maħsuba għall-konsum uman jew biex tkun użata bħala ingredjent f’oġġetti ta’ l-ikel, ma jkollhiex fiha ħlewwa stellata Ġappuniża. (6) L-Awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi għandhom jipprovdu xiehda dokumentata biex takkompanja kull kunsinna ta’ ħlewwa stellata mill-pajjiżi tagħhom, li tikkonferma li l-prodotti jikkonsistu biss fi ħlewwa stellata u huma mingħajr ħlewwa stellata Ġappuniża. (7) Huwa għalhekk meħtieġ, biex tkun issalvagwardata s-saħħa pubblika, li kunsinni ta’ ħlewwa stellata importata lejn il-Komunità, li huma maħsuba għall-konsum uman jew bħala ingredjent f’oġġetti ta’ l-ikel, ikunu suġġetti bl-addoċċ għal teħid ta’ kampjuni u analiżi qabel ma jkunu rrilaxxjati għal ċirkolazzjoni libera; għall-istess raġuni huwa meħtieġ li jkunu kkontrollati wkoll il-prodotti diġa fis-suq. (8) Filwaqt li hu magħruf li l-miżuri pprovduti b’din id-Deċiżjoni ikollhom impatt serju fuq ir-riżorsi ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri, ir-riżultati ta’ dawn il-miżuri għandhom ikunu stmati wara perjodu qasir ta’ żmien u l-miżuri jkunu emendati jekk xieraq. (9) Stati Membri kienu kkonsultati dwar il-miżuri li tipprovdi għalihom din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 93/43/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 2001, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Stati Membri jistgħu jippermettu importazzjonijiet ta’ ħlewwa stellata (Illicium verum) li taqa’ fil-kodiċi tan-NK 09091000 minn pajjiżi terzi, fejn hija maħsuba għall-konsum uman jew biex tintuża bħala ingredjent f’oġġetti ta’ l-ikel, sakemm: (a) kull kunsinna tkun akkompanjata bir-rapport dwar ir-riżultati ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi uffiċjali, u b’ċertifikat skond il-mudell fl-Anness I mimli, iffirmat u vverifikat mill-Awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi esportaturi, li juru li l-kunsinna ma fihiex ħlewwa stellata Ġappuniża (Illicium anisatum, magħruf ukoll bħala Illicium religiosum, Illicium japonicum, shikimmi u skimmi), li mhix tajba għall-konsum uman; (b) kunsinni jkunu imporati lejn il-Komunità minn wieħed mill-punti ta’ dħul elenkati fl-Anness II; (ċ) kull kunsinna tkun identifikata b’kodiċi, li jikkorrispondi mal-kodiċi fuq iċ-ċertifikat u fuq ir-rapport li jakkompanjaha li jkun fih ir-riżultat tat-teħid ta’ kampjuni u analiżi uffiċjali li jirreferi għalihom il-punt (a). 2. L-Awtoritàjiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom jiżguraw li l-ħlewwa stellata importata minn pajjiżi terzi tkun suġġetta għal kontrolli dokumentarji biex ikun żgurat li r-rekwiżit għaċ-ċertifikat u r-riżultati uffiċjali ta’ teħid ta’ kampjuni li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(a) ikun osservat. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jiżguraw li l-importaturi jkunu obbligati jagħtu notifika minn qabel lill-Awtoritajiet kompetenti fil-punt ta’ dħul lejn il-Komunità li tispeċifika l-ammont, natura u ħin tal-wasla stmat tal-kunsinna. 3. Stati Membri għandhom jagħmlu bl-addoċċ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ kunsinni ta’ ħlewwa stellata minn pajjiżi terzi, li tkun maħsuba għall-konsum uman jew ser tkun użata bħala ingredjent f’oġġetti ta’ l-ikel, qabel rilaxx għal ċirkolazzjoni libera mill-punt ta’ dħul lejn il-Komunità, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati billi jużaw is-sistema rapida ta’ twissija għall-ikel (SRTGħI). Stati Membri jistgħu jiċċarġjaw l-ispiża ta’ l-analiżijiet lill-importatur jew l-aġent tiegħu. Artikolu 2 Stati Membri jistgħu jippermettu importazzjonijiet ta’ ħlewwa stellata Ġappuniża biss jekk tkun maħsuba għal użu barra dak ta’ konsum uman. Kull kunsinna ta’ ħlewwa stellata Ġappuniża importata fil-Komunità minn pajjiżi terzi għandu jkollha tikketta li tiddikjara li l-prodott mhux tajjeb għall-konsum uman. Artikolu 3 Stati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, inklużi teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ ħlewwa stellata diġa fis-suq biex jivverifikaw l-assenza ta’ ħlewwa stellata Ġappuniża. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun irriveduta qabel l-1 ta’ Ġunju 2002, biex issir stima jekk il-kondizzjonijiet speċjali preskritti fl-Artikolu 1 jipprovdux livell ta’ protezzjoni biżżejjed tas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunità. Artikolu 5 Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni d. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni. Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Frar 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 175, 19.07.1993, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II Lista ta' punti ta' dħul li minnhom ħlewwa stellata li toriġina minn pajjiżi terzi tista' tkun importata lejn il-Komunità Ewropea Stat Membru | Punt ta' dħul | Il-Belġju | Antwerp | Id-Danimarka | Il-portijiet u l-ajruporti kollha u l-istazzjonijiet fil-konfini kollha Daniżi | Il-Ġermanja | L-ajruport HZA Munich fl-ajruport HZA Munich-ZAHZA Bremerhaven-ZA Rotersand fi HZA Bremen-ZA BremerhavenIt-terminal tal-kontenituri HZA Bremerhaven-ZA fit-terminal tal-kontenituri HZA Bremen-ZA BremerhavenIt-terminal HZA Hamburg-Freihafen fil-HZA Hamburg-Hafen-ZA WaltershofHZA Hamburg-Freihafen-ZA Ericus Terminal Südbahnhof fil-HZA Hamburg-ZA WaltershofHZA Hamburg-Freihafen-ZA Köhlfleetdamm fil-HZA Hamburg-ZA WaltershofHZA Hamburg-St Annen-ZA Altona wird ersatzlos aufgehoben ab ta' l- 1.1.2002It-terminal ZA Hamburg-Waltershof fil-HZA Hamburg-ZA WaltershofHZA Hamburg-Waltershof-Flughafen fl-ajruport HZA Itzehoe-ZA HamburgHZA Lüneburg-ZA Stade fil-HZA Oldenburg-ZA StadeHZA Trier-ZA Idar-Oberstein fil-HZA Koblenz-ZA Idar-Oberstein | Il-Greċja | Ateni, Pireas, Elefsis, Ajruport ta' Ateni, Thessaloniki, Volos, Patra, Iraklion Kreta, Ajruport ta' Kreta, Euzoni, Idomeni, Ormenio, Kipi, Kakavia, Niki, Promahonas, Pithio, Igoumenitsa, Kristalopigi | Spanja | A Coruña-Laxe (port), Algeciras (port), Alicante (ajruport u port), Almería (ajruport u port), Asturias (airport), Barcelona (airport and port), Bilbao (airport and port), Cádiz (port), Cartagena (port), Gijón (port), Gran Canaria (ajruport), Huelva (port), Las Palmas de Gran Canaria (port), Madrid (ajruport), Málaga (ajruport u port), Márin (port), Palma de Mallorca (ajruport), Pasajes (port), Santa Cruz de Tenerife (port), Santander (ajruport u port), Santiago de Compostela (ajruport), San Sebastián (ajruport), Sevilla (ajruport u port), Tarragona (port), Tenerife Norte (ajruport), Tenerife Sur (ajruport), Valencia (ajruport u port), Vigo (ajruport u port), Villagarcía-Ribeira-Caraminal (port), Vitoria (ajruport), Zara-goza (ajruport). | Franza | Marseilles (Bouches-du-Rhone), Le Havre (Seine-Maritime) | L-Irlanda | Dublin (port u ajruport), Cork (port u ajruport), Shannon (ajruport), Waterford (ajruport) | L-Italja | Il-portijiet, ajruporti u stazzjonijiet fil-konfini kollha | Il-Lussemburgu | Ċentru doganali, Croix de Gasperich, il-Lussemburgu | L-Olanda | Rotterdam | Awstrija | HZA Graz, HZA Vienna, Wiener Neustadt, Linz | Il-Portugall | Il-portijiet, ajrporti u stazzjonijiet ta' konfini | Il-Finlandja | Helsinki | L-Isvezja | Gothenberg | Ir-Renju Unit | Belfast, Felixstowe, Ajruport ta' Southampton Gatwick, Ajruport ta' Heathrow, Hull, Liverpool, London, | --------------------------------------------------