Official Journal L 028 , 30/01/2002 P. 0129 - 0129
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (2002/53/KE) IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej b’mod partikolari l-Artikolu 133, maqgħud ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Huwa neċessarju għall-Komunità u l-Afrika t’ Isfel li tipprovdi applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar il-kummerċ fl-inbid (il-"Ftehim") mit-28 Jannar 2002 sakemm id-dispożizzjonijiet rikjesti mill-Afrika t’Isfel ikunu tlestew sabiex il-Ftehim jidħol fis-seħħ. (2) Biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċertu dispożizzjonijiet tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tingħata permess li tagħmel aġġustamenti tekniċi skond il-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni. tas-suq fl-inbid [1] (3) Il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri għal dak il-għan għandu għalhekk ikun approvat, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim f’forma ta’ skambju ta’ ittri li jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’ Isfel dwar kummerċ fl-inbid mit-28 ta’ Jannar 2002 huwa għalhekk approvat minN naħa tal-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa f’forma ta’ skambju ta’ ittri u t-test tal-Ftehim dwar kummerċ fl-inbid huma mhemuża mad-Deċisjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) li għandha (għandhom) s-setgħa li tiffirma(jiffirmaw) il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri u b’hekk tesprimi r-rieda tal-Komunità li tkun marbuta b’dan il-ftehim. Artikolu 3 Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 7(8) u 18(2) tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbid, il-Kummissjoni għalhekk hija awtorizzata, bi ftehim mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1493/1999, li jikkonkludi l-istrumenti rikjesti biex jiġi emendat dan il-Ftehim. Artikolu 4 Il-Kummissjoni għandha tirrappresenta il-Komunità fil-kumitati konġunti mwaqqaf taħt l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar il-kummerċ fl-inbid. Artikolu 5 Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 21 Jannar 2002. F’isem il-Kunsill Il-President M. Arias Cañete [1] ĠU L 179, 14.07.99, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 (ĠU L 345, 29.12.01, p. 10). --------------------------------------------------