32001R2104



Official Journal L 283 , 27/10/2001 P. 0008 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2001

tas-26 ta' Ottubru 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2015/2001 [4], jippreskrivi għal differenza ta' EUR 10 kull tunnellata metrika rigward il-kalkolazzjoni tad-dazji ta' importazzjoni fuq ċereali importati bl-art jew bi xmara, jew bil-baħar fuq bastimenti minn portijiet li jinsabu fil-Mediterran, fil-Baħar l-Iswed jew fil-Baħar Baltiku. Dik id-differenza hija bbażata fuq spejjeż ta' trasport li huma konsiderevolment inqas minn dawk użati biex jiġu kkalkolati dazji ta' importazzjoni. Fuq il-bażi ta' tagħrif tas-suq, jidher li l-vantaġġ tal-viċinanza huwa kkumpensat minn żvantaġġi loġistiċi maħluqa permezz ta' infrastrutturi ta' trasport, ħażna u tagħbija u li, fil-prattika, spejjeż ta' trasport fuq il-futur imbiegħed huma l-istess. Fuq il-bażi ta' l-esperjenza, jidher li l-eżistenza ta' dan id-dazju ta' importazzjoni supplimentari għandu l-effett li joħloq diffikultajiet ta' fluss lejn is-suq. It-tnaqqis ta' EUR 10 kull tunnellata metrika previst fl-Artikolu 4 għandu għalhekk jiġi abolit. Is-sitwazzjoni tiġi riveduta qabel is-sena tas-suq li jkun imiss.

(2) L-Artikolu 3 ta' u l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 1249/96 jippreskrivu l-kriterji ta' kwalità li jridu jiġu osservati f'importazzjonijiet fil-Komunità. Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1908/84 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2507/87 [6], ippreskriva l-metodi ta' riferenza sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali. Dan ir-Regolament ġie mħassar bħala konsegwenza ta' l-abolizzjoni ta' l-istandard ta' kwalità għaċ-ċereali. Hija għalhekk meħtieġa riferenza għall-metodi analitiċi preskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 tad-19 ta' April 2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għat-teħid tal-kontroll taċ-ċereali mill-aġenziji ta' intervent u jippreskrivi metodi ta' analiżi li jistabbilixxu l-kwalità taċ-ċereali [7].

(3) In-nota f'qiegħ il-paġna ta' l-Anness II tippreskrivi li fejn l-ebda kwotazzjoni ma tkun disponibbli li tista, tintuża biex tikkalkola prezz cif rappreżentattiv ta' importazzjoni, kwotazzjonijiet fob disponibbli pubblikament fl-Istati Uniti tal-Amerika jistgħu jintużaw. Madankollu, dik id-dispożizzjoni hija diffiċli biex tiġi applikata, ladarba ma jistgħux jitqiesu spejjeż ta' trasport interni fl-Istati Uniti tal-Amerika. In-nota f'qiegħ il-paġna trid għalhekk tiġi emendata sabiex jitqiesu dawk l-ispejjeż ta' trasport.

(4) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4(2) huwa mibdul b'dan li ġej:

"2. Il-prezzijiet cif rappreżentattivi ta' importazzjoni għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum u, fil-każ ta' qamħ komuni, għal kull kwalità standard għandhom ikunu s-somma tal-komponenti imsemmijin fil-paragrafi (a), (b) u (ċ).

F'każi fejn pajjiżi terzi jagħtu sussidji fuq esportazzjonijiet ta' qamħ komuni ta' kwalità medja jew baxxa lill-pajjiżi Ewropej jew fil-baċir tal-Mediterran sabiex il-prezzijiet tas-suq fid-dinja jistgħu jitniżżlu taħt dawk tas-suq, il-Kummissjoni tista' tqis dawk is-sussidji waqt li tkun qed tistabbilixxi l-prezz cif rappreżentattiv għal importazzjoni lejn il-Komunità."

2. L-ewwel tabella fl-Anness I hija mibdula bit-tabella li ġejja:

"Standard ta' klassifika għal prodotti importati

(fuq il-bażi ta' kontenut ta' ndewwa ta' 12 % fl-użin jew ekwivalenti)

Prodott | speltmeslinQamħ komuni u minbarra | durumQamħ | Qamħirrun iebes | Qamħ ir-run ieħor minbarra iebes | Qmuħ oħra |

Kodiċi NM | 100190 | 100110 | 10059000 | 1005109010059000 u | 1002100310070090, u |

Kwalità | Għoli | Medju | Baxx | Għoli | Medju | Baxx | | | |

1.Perċentwal minimu ta' proteina | 14,0 | 11,5 | — | — | — | — | — | — | — |

2.Użin speċifiku minimu kg/hl | 77,0 | 74,0 | — | 76,0 | 76,0 | — | 76,0 | — | — |

3.Impurità massima Perċentwal (Schwarzbesatz) | 1,5 | 1,5 | — | 1,5 | 1,5 | — | — | — | — |

4.Qamħ vitriju minimu perċentwal | — | — | — | 75,0 | 62,0 | — | 95,0 | — | — |

5.Indiċi ta' flotazzjoni massima | — | — | — | — | — | — | 25,0 | — | — |

3. It-tabella fl-Anness II hija mibdula b'dan li ġej:

"Boroż ta' kwotazzjoni u varjetajiet ta' riferenza

Prodott | Qamħ komuni | durumQamħ | Qamħirrum | Qmuħ oħra |

Kwalità standard | Għoli | Medju | Baxx | | | |

Varjetà ta' riferenza (tip/grad) għal kwotazzjonijiet ta' skambju | Hard Red Spring Nru 2 | Hard Red Winter Nru 2 | Soft Red Winter Nru 2 | Qamħ durum Hard Amber Nru 2 | Yellow Corn Nru 3 (Qamħirrum ħelu Isfar Nru 3) | US Barley Nru 2 |

Borża ta' kwotazzjoni | Minneapolis Grain Exchange | Kansas City Board of Trade | Chicago Board of Trade | Minneapolis Grain Exchange | Chicago Board of Trade | Minneapolis Grain Exchange |

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mid-9 ta' Novembru 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Ottubru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

[3] ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

[4] ĠU L 272, tat-13.10.2001, p. 31.

[5] ĠU L 178, tal-5.7.1984, p. 22.

[6] ĠU L 235, ta' l-20.8.1987, p. 10.

[7] ĠU L 100, ta' l-20.4.2000, p. 31.

--------------------------------------------------