Official Journal L 277 , 20/10/2001 P. 0012 - 0012
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2055/2001 tad-19 t’ Ottubru 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2603/1999 li jippreskrivi r-regoli g]at-transizzjoni ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp rurali provvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Bil-kunsiderazzjoni g]ar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti regolamenti [1], u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu, Billi: (1) Għar-Regolamenti referit għalihom fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/1999 [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1929/2000 [3], l-Artikolu 4(2) jagħżel data sakemm l-applikazzjoni għal pagamenti għandha tkun irċevuta mill-Kummissjoni bil-għan li tkompli tiffinanza it-Taqsima tal-Gwida tal-FAEGG. Din id-dispożizzjoni tqassar il-limitu tal-ħin maħsub minn qabel mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiggarantixxi l-appoġġ mit-Taqsima tal-Gwida tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, fil-konġustjoni ma’ l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [5]. (2) Dan iż-żmien iqsar li fih il-Kummissjoni kellha tirċievi l-applikazzjonijiet għal pagamenti jistgħa jirreżulta minn fl-infiq baxx sinifikanti tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija tat-Taqsima tal-Gwida; għal din ir-raġuni huwa tal-parir li tiġġedded id-data fil-kwistjoni bil-għan li tippermeti il-konsumazzjoni kollha tal-flus disponibbli taħt it-Taqsima tal-Gwida tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija. (3) Il-miżuri provvduti għalhekk f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 (2) tar-Regolament (KE) No 2603/1999 jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Pagamenti li jiġu mir-rabtiet, inkluż l-benefiċċji kompensarji li jirrelattaw, mill-inqas, sa sena 1999, magħmula mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 2000 u għall-liema infieq huwa magħmul mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 2000 għandu jkompli jkun finanzjat mit-Taqsima tal-Gwida tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija bi qbil mal-Kundizzjonijiet preskritti fir-Regolamenti referit għalihom fil-paragrafu 1 u suġġett għad-disponibilità tal-fondi." 2. L-Artikolu 4 (3) tar-Regolament (KE) No 2603/1999 jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. L-appoġġ mill-Komunità għall-infieq multiannwali għall-azzjonijiet referit għalihom fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 2 għall-liema infieq huwa magħmul mill-Istati Membri wara l-1 ta’ Jannar 2002 għandhom ikunu ffinanzjati mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija fiż-zoni mhux koperti bl- Għan 1 kif definit mill-1 ta’ Jannar 2000." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 t’ Ottubru 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [2] ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 26. [3] ĠU L 231, tat-13.9.2000, p. 5. [4] ĠU L 374, tal-31.12.1988, p. 1. [5] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11. --------------------------------------------------